26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9935 — Altor Fund Manager/Stena/Gunnebo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 358/08)

1.   

Fis-16 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Stena Adactum AB (“Stena”, l-Isvezja),

Altor Fund Manager AB (“Altor”, l-Isvezja),

Gunnebo AB (publ) (“Gunnebo”, l-Isvezja).

Altor, permezz ta’ Altor Fund V, u Stena jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Gunnebo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-28 ta’ Settembru 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Stena: parti mill-grupp Stena AB, li huwa attiv madwar id-dinja f’diversi oqsma, bħall-operazzjonijiet tat-tankers u tal-laneċ, il-kiri ta’ bastimenti u t-tħaffir lil hinn mill-kosta. Stena AB hija waħda mit-tliet kumpaniji prinċipali fis-Stena Sphere, li tikkonsisti wkoll fi Stena Sessan AB u Stena Metall AB, kollha stabbiliti fl-Isvezja,

Altor: ditta ta’ ekwità privata li tiffoka, fost l-oħrajn, fuq investimenti u ċessjonijiet fis-segment tas-suq medju tar-reġjun Nordiku kif ukoll investimenti fir-reġjun tad-diskors Ġermaniż (DACH), permezz tal-fondi ġestiti tagħha. Altor Fund V, ġestit minn Altor, huwa parti mill-grupp Altor ta’ fondi ta’ ekwità privata ffukati fuq l-investiment fi u l-iżvilupp ta’ kumpaniji ta’ daqs medju,

Gunnebo: tipprovdi prodotti u servizzi ta’ sigurtà, inkluż ġestjoni tal-flus kontanti, sistemi ta’ kontroll tal-allarm u tal-aċċess, sigurtà tad-dħul, kaxxiforti u kmamar tas-sigurtà, kif ukoll konsulenza u servizzi relatati mas-sigurtà. Hija topera globalment u f’aktar minn 25 pajjiż madwar id-dinja. Fiż-ŻEE, Gunnebo hija prinċipalment attiva fid-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, Spanja, l-Iżvezja, in-Netherlands, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9935 — Altor Fund Manager/Stena/Gunnebo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.