29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/45


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9929 — EDP/Viesgo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/07)

1.   

Fit-23 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Energias de Portugal S.A. (“EDP”, il-Portugall),

Viesgo Infraestructuras Energéticas, S.L. (“Viesgo”, Spanja).

EDP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett ta’ Viesgo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EDP: EDP hija kumpanija ta’ utilità integrata vertikalment u l-akbar ġeneratur, distributur u fornitur tal-elettriku fil-Portugall, b’operazzjonijiet sinifikanti fis-settur tal-elettriku fi Spanja. IEDP għandha preżenza dinjija, l-aktar fil-Portugall, fi Spanja, fil-Brażil u fl-Istati Uniti tal-Amerka, u hija preżenti f’19-il pajjiż f’erba’ kontinenti. EDP hija preżenti tul il-katina tal-valur tal-elettriku u fis-swieq tal-gass,

Viesgo: L-attivitajiet ewlenin ta’ Viesgo huma l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fi Spanja u l-Portugall u d-distribuzzjoni tal-elettriku fi Spanja. Viesgo bħalissa hija finalment ikkontrollata minn Macquarie Infrastructure and Real Assets Europe Ltd (“MIRAEL”, ir-Renju Unit).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9929 — EDP/Viesgo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).