29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/41


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9917 — Liberty/Ascoval/Hayange)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 321/04)

1.   

Fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Liberty House Group PTE Ltd. (“Liberty”, Singapore), li tappartjeni għall-grupp Liberty Group,

France Rail Industry (“FRI”, Franza), finalment ikkontrollata minn Greybull,

Ascoval Saint-Saulve (“Ascoval”, Franza), finalment ikkontrollata minn Greybull.

Liberty takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll FRI u Ascoval kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Liberty: Liberty tappartjeni għal-Liberty Group, grupp internazzjonali tal-metalli u l-industrija, li jispeċjalizza fil-prodotti bażiċi, ir-riċiklaġġ tal-metalli, il-manifattura tal-azzar, l-aluminju u l-prodotti tal-inġinerija,

FRI: FRI tħaddem il-fabbrika tal-azzar ta’ Hayange li tinsab fi Franza. Hayange tipproduċi binarji, tip ta’ prodotti tal-azzar lesti.

Ascoval: Ascoval huwa impjant li jinsab fi Franza li jipproduċi prodotti tal-azzar nofshom lesti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9917 — Liberty/Ascoval/Hayange

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.