5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9904 — SCUK/Volvo/Volvo Car Financial Services U.K. Limited JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 327/10)

1.   

Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Volvo Car Corporation (“Volvo Cars”, l-Isvezja), ikkontrollata indirettament minn Zhejiang Geely Holding Group Co. Limited u parti mill-grupp Geely (iċ-Ċina),

Santander Consumer (UK) PLC (“SCUK”, ir-Renju Unit), ikkontrollata indirettament mis-Santander Group (Spanja).

Volvo Cars u SCUK jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Volvo Car Financial Services UK Limited (“VCFS”) kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Volvo Cars hija kumpanija multinazzjonali Żvediża tal-manifattura tal-karozzi li topera fl-industrija awtomobilistika b’negozju relatat mad-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u partijiet tal-karozzi. Volvo Cars hija kkontrollata minn Zhejiang Geely Holding Group Limited u parti mill-grupp Geely.

SCUK hija finalment indirettament proprjetà ta’ Banco Santander S.A. u Santusa Holding S.L., il-kumpanija prinċipali ewlenija ta’ grupp finanzjarju bbażat fi Spanja prinċipalment attiv fis-servizzi bankarji għall-konsumatur, il-ġestjoni tal-assi, is-servizzi bankarji korporattivi u ta’ investiment, it-teżor u l-assikurazzjoni (Santander Group). Santander Group għandu preżenza fl-Ewropa kollha, fl-Istati Uniti tal-Amerika, fl-Amerka Latina u fl-Asja.

Il-JV se toffri soluzzjonijiet ta’ finanzjament għall-karozzi fir-Renju Unit, pereżempju self u kirjiet, u servizzi relatati, bħad-distribuzzjoni tal-assikurazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9904— SCUK/Volvo/Volvo Car Financial Services U.K. Limited JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.