22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9869 — EQT Fund Management/TowerBrook Capital Partners/ACPS Automotive)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 208/02)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Mid Market Credit u EQT Mid Market Credit II (“EQT Acquirer Funds”), ikkontrollata minn EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu),

TowerBrook Capital Partners, L.P. (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Hitched Holdings 1 B.V. (“ACPS”, in-Netherlands).

EFMS u Towerbrook jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ACPS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EQT Acquirer Funds tfittex li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ kapital tad-dejn flessibbli u fit-tul lil negozji Ewropej ta’ daqs medju, tul firxa wiesgħa ta’ setturi. Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll ta’ EQT hija kfzteile24, bejjiegħ online ta’ partijiet u aċċessorji tal-karozzi fil-kanal IAM, li jopera prinċipalment fil-Ġermanja.

TowerBrook hija ditta ta’ ġestjoni tal-investimenti. Hija bbażata fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerka u tiffoka fuq li tagħmel investimenti f’kumpaniji Ewropej u tal-Amerika ta’ Fuq fi swieq kbar u medji,

ACPS hija manifattur u fornitur dinji ta’ tagħmir u aċċessorji tal-karozzi. B’mod partikolari, ACPS tispeċjalizza fil-manifattura u l-bejgħ ta’ vireg għall-irmonk u rmonki għat-trailers kif ukoll sistemi għall-ġarr tat-tagħbija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9869 — EQT Fund Management/TowerBrook Capital Partners/ACPS Automotive

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.