3.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9855 — Onex/Independent Clinical Services)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 219/11)

1.   

Fl-24 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Onex Corporation (“Onex”, il-Kanada),

Independent Clinical Services (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn TowerBrook Capital Partners L.P.

Onex takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Independent Clinical Services kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Onex: tinvesti f’diversi negozji madwar id-dinja fosthom is-servizzi tal-manifattura tal-elettronika, it-teħid tal-immaġni fil-kura tas-saħħa, is-servizzi tal-assigurazzjoni, il-prodotti tal-imballaġġ u l-bejgħ bl-imnut tal-ikel u r-ristoranti.

Independent Clinical Services: tipprovdi soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-forza tax-xogħol, servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali u servizzi ta’ persunal fis-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-kura soċjali u tax-xjenzi tal-ħajja. Hija preżenti primarjament fir-Renju Unit u sa ċertu punt fil-bqija tal-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Asja-Paċifiku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9855 — Onex/Independent Clinical Services

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email : COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks + 32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.