15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9853 — HGK/Imperial Shipping Group)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 200/06)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Häfen und Güterverkehr Köln AG (“HGK”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Stadtwerke Köln GmbH (il-Ġermanja),

in-negozju tat-tbaħħir fl-ilmijiet interni Ewropej ta’ Imperial Mobility International B.V. & Co. KG (“Imperial Group”, in-Netherlands).

HGK takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet tal-Imperial Group, jiġifieri n-negozju tat-tbaħħir fl-ilmijiet interni Ewropej u ċerti negozji relatati (“Imperial Shipping Group”, in-Netherlands, il-Ġermanja u Franza).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HGK: trasport fl-ilmijiet interni, servizzi ta’ trasbord / burdnara f’terminals interni, infrastruttura tal-portijiet interni, trasport bil-ferrovija, dispaċċ tal-merkanzija u servizzi ta’ loġistika u tbaħħir fuq rotot qosra fil-Ġermanja b’enfasi fuq Cologne u ż-żona tar-Rhine,

Imperial Shipping Group: navigazzjoni fl-ilmijiet interni, servizzi ta’ trasbord / burdnara, ħażna, loġistika tat-trasport, klirjar ta’ vapuri u kummerċ fil-vetturi, servizzi lill-klijenti fil-Ġermanja, il-Benelux u fil-Grigal ta’ Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9853 — HGK/Imperial Shipping Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).