3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9851 — Naturgy/Sonatrach/BlackRock/Medgaz)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 183/05)

1.   

Fil-25 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Naturgy Energy Group S.A. (“Naturgy”, Spanja),

SONATRACH S.p.A (“SONATRACH”, l-Alġerija),

Global Energy & Power Infrastructure Fund III L.P. (“GEPIF III”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ġestita minn BlackRock Alternatives Management (“BAM”, l-Istati Uniti tal-Amerka) li tappartjeni għall-BlackRock Group (“BlackRock”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Medgaz S.A. (“Medgaz”, Spanja).

Naturgy, SONATRACH u BlackRock jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Medgaz kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Naturgy hija attiva fis-swieq tal-elettriċità kif ukoll fis-swieq midstream u downstream tal-gass, kif ukoll fin-negozji tal-ħażna, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-gass,

Sonatrach hija kumpanija nazzjonali parastatali taż-żejt u l-gass tal-Alerġija u hija attiva tul il0katina kollha tal-idrokarbuni,

GEPIF III huwa fond li jiffoka fuq investimenti fl-enerġija u fil-katina tal-valur tal-infrastruttura tal-enerġija. Huwa ġestit minn BAM,

Medgaz hija proprjetarja u tħaddem il-pipeline tal-ass bejn l-Alġerija u l-Ewropa li jġorr il-gass naturali mill-Alerġija għal Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9851 — Naturgy/Sonatrach/BlackRock/Medgaz

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.