|
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9829 — Aon/Willis Towers Watson)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/15)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Aon plc (l-Irlanda, “Aon”), |
|
— |
Willis Towers Watson Public Limited Company (l-Irlanda, “WTW”). |
Aon takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ WTW kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Aon hija ditta globali tas-servizzi professjonali attiva f’ħames segmenti tan-negozju: (i) soluzzjonijiet ta’ riskju kummerċjali, (ii) soluzzjonijiet ta’ riassikurazzjoni, (iii) soluzzjonijiet għall-irtirar, (iv) soluzzjonijiet tas-saħħa u (v) servizzi ta’ data u servizzi analitiċi. |
|
— |
WTW hija wkoll ditta globali tas-servizzi professjonali attiva f’erba’ segmenti tan-negozju: (i) il-kapital uman u l-benefiċċji, (ii) ir-riskju u s-senserija korporattiva, (iii) l-investiment, ir-riskju u r-riassikurazzjoni, u (iv) it-twassil u l-amministrazzjoni tal-benefiċċji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9829 — Aon/Willis Towers Watson
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).