|
25.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9820 — Danfoss/Eaton Hydraulics)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 280/10)
1.
Fis-17 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Danfoss A/S (“Danfoss”, id-Danimarka), |
|
— |
Eaton Corporation PLC (“Eaton”, l-Irlanda). |
Danfoss takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet minn Eaton (“Eaton Hydraulics”)
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ stokk u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Danfoss: il-manifattura ta’ komponenti u teknoloġiji ta’ l-inġinerija għar-refriġerazzjoni, l-arja kondizzjonata, it-tisħin, il-kontroll tal-mutur u l-idrawliċi użati fil-makkinarju tal-off-road. Danfoss tipprovdi wkoll soluzzjonijiet għal soluzzjonijiet għall-enerġija rinnovabbli. |
|
— |
Eaton Hydraulics: il-manifattura u l-bejgħ ta’ komponenti u sistemi idrawliċi għal tagħmir industrijali u mobbli. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9820 — Danfoss/Eaton Hydraulics
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).