|
27.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9791 — Signa Retail/Central Group/Globus)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 100/08)
1
Fis-16 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SIGNA Retail Selection AG u SIGNA Prime Selection AG (“Signa Group”, l-Isvizzera, l-Awstrija), li jappartjenu għall-grupp SIGNA Holding GmbH, finalment ikkontrollat mill-Familie Benko Privatstiftung, |
|
— |
Harng Central Department Store Ltd (“Central Group”, it-Tajlandja), finalment ikkontrollata mill-familja Chirathivat, |
|
— |
Magazine zum Globus AG (“Globus”, l-Isvizzera). |
Signa Group u Central jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll bi sħab ta’ Globus kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Signa Group: bejgħ fil-ħwienet, inkluż permezz ta’ diversi ċentri kummerċjali fil-Ġermanja (“GALERIA Karstadt Kaufhof”) u fil-Belġju u ħwienet tal-għamara fl-Awstrija, kif ukoll tal-proprjetà immobbli fl-Awstrija u l-Ġermanja, |
|
— |
Central Group: kummerċ, proprjetà immobbli, bejgħ mill-ħwienet, ospitalità u ristoranti primarjament fix-Xlokk tal-Asja, fis-settur tal-ħwienet fl-Italja, id-Danimarka u fil-Ġermanja permezz ta’ ċentri kummerċjali mill-iprem ta’ The KaDeWe Group, |
|
— |
Globus: it-tħaddim ta’ ċentri kummerċjali u ċentri kummerċjali oħra (tal-moda) fl-Isvizzera kollha. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9791 — Signa Retail/Central Group/Globus
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).