|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9780 — BNP Paribas/Banko of Baroda/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/07)
1.
Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BNP Paribas Asset Management Asia ("BNPP AM Asia”, Hong-Kong), li tappartjeni għall-grupp BNP Paribas ("BNPP”, Franza), |
|
— |
BNP Paribas Asset Management India Private Limited ("BNPP AMC”, l-Indja), |
|
— |
BNP Paribas Trustee India Private Limited ("BNPP TC”, l-Indja), |
|
— |
Bank of Baroda ("BOB”, l-Indja), |
|
— |
Baroda Asset Management India Limited ("BOB AMC”, l-Indja), |
|
— |
Baroda Trustee India Private Limited ("BOB TC”, l-Indja, flimkien ma’ BNPP AMC, BOB AMC u BNPP TC, il-“JV”, l-Indja). |
BNPP AM Asia u BOB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint venture (JV) kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezzi oħrajn.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BNPP: grupp bankarju kkwotat fil-Euronext Paris u bil-kwartieri ġenerali f’Pariġi, attiv f’għadd kbir ta’ pajjiżi. Huwa għandu tliet negozji bankarji ċentrali: servizzi bankarji għall-konsumaturi, servizzi bankarji għall-korporati u l-investiment kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni tal-assi; BNPP huwa attiv fl-Indja permezz tas-sussidjarja tiegħu BNPP AM Asia, |
|
— |
BNPP AMC: kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi, sussidjarja ta’ BNPP AM Asia, twaqqif u ġestjoni ta’ fondi reċiproċi, kif ukoll provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-portafolji fl-Indja, |
|
— |
BNPP TC: kumpanija fiduċjarja ddedidata għall-fondi reċiproċi ġestiti minn BNPP AMC, |
|
— |
BOB: bank proprjetà tal-istat, prinċipalment attiv fl-Indja fejn joffri varjetà ta’ servizzi bankarji għall-individwi, intrapriżi medji, zgħar u mikro u korporati, |
|
— |
BOB AMC: sussidjarja li hija kollha kemm hi proprjetà tal-Bank of Baroda, impenjata f’attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi fl-Indja (twaqqif u ġestjoni ta’ fondi reċiproċi), |
|
— |
BOB TC: kumpanija fiduċjarja ddedikata għall-fondi reċiproċi ġestiti minn BOB AMC. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9780 – BNP PARIBAS/BANK OF BARODA/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).