16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9771 — Hitachi/Honda/HIAMS/Keihin/Showa/Nissin Kogyo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 234/06)

1.   

Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hitachi, Ltd. (“HTL”, il-Ġappun),

Honda Motor Co., Ltd. (“Honda”, il-Ġappun),

Hitachi Automotive Systems, Ltd (“HIAMS”, il-Ġappun) sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ HTL,

Keihin Corporation (“Keihin”, il-Ġappun),

Showa Corporation (“Showa”, il-Ġappun),

Nissin Kogyo Co., Ltd (“Nissin Kogyo”, il-Ġappun).

HTL u Honda jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ HIAMS, Keihin, Showa u Nissin Kogyo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal HTL: HTL huwa konglomerat multinazzjonali u huwa l-kumpanija possedenti aħħarija tal-grupp ta’ kumpaniji ta’ Hitachi. HTL hija kumpanija diversifikata ħafna, attiva prinċipalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti u servizzi fis-setturi tal-IT, l-enerġija, l-industrija, il-mobilità u s-setturi “smart life”.

għal Honda: Honda hija l-kumpanija possedenti tal-grupp ta’ kumpaniji Honda, u hija attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-karozzi, tal-muturi u tal-prodotti tal-enerġija.

għal HIAMS: HIAMS hija attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti u teknoloġiji tal-karozzi.

għal Keihin: Keihin hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ sistemi ta’ elettrifikazzjoni għal vetturi ibridi u elettriċi, sistemi ta’ ġestjoni tal-magni għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol u bil-gass naturali, u prodotti għaċ-ċelloli tal-fjuwil.

għal Showa: Showa hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ komponenti għal vetturi, muturi u muturi outboard.

għal Nissin Kogyo: Nissin Kogyo hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ sistemi integrati ta’ bbrejkjar għall-vetturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9771 — Hitachi/Honda/HIAMS/Keihin/Showa/Nissin Kogyo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).