5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9749 — Glencore Energy UK/Ørsted LNG Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 72/06)

1.   

Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Glencore Energy UK Ltd, ikkontrollata minn Glencore plc (“Glencore”, l-Isvizzera).

In-Negozju tal-LNG ta’ Ørsted, ikkontrollat minn Ørsted A/S (“Ørsted”, id-Danimarka).

Glencore Energy takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv tan-negozju tal-LNG ta’ Ørsted. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Glencore: hija kumpanija dinjija kbira ta’ riżorsi naturali diversifikati u produttur kbir u kummerċjalista ta’ diversi komoditajiet,

in-Negozju tal-LNG ta’ Ørsted: huwa jikkonsisti f’arranġamenti bil-kuntratt għall-ħażna tal-gass naturali likwifikat (liquefied natural gas, “LNG”), il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni u servizzi ta’ trażmissjoni fil-Gate Terminal fin-Netherlands u għadd ta’ ftehimiet għall-bejgħ u x-xiri tal-LNG.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9749 — Glencore Energy UK/Ørsted LNG Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.