|
3.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9744 — Mastercard/Nets)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 219/09)
1.
Fis-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mastercard Incorporated (l-Istati Uniti tal-Amerka) (“Mastercard”), |
|
— |
Nets A/S (id-Danimarka) (“Nets”). |
MasterCard takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet min-negozju tas-servizzi korporattivi ta’ Nets (il-“Kumpanija fil-Mira”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità Daniża dwar il-Kompetizzjoni u l-Konsumatur skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, fir-referenza ssieħbu wkoll l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mastercard: hija kumpanija tat-teknoloġija li taħdem fl-industrija tal-pagamenti globali. Hija proprjetarja u tħaddem skemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet tad-ditta u tipprovdi servizzi ta’ bdil għal tranżazzjonijiet bil-kards. MasterCard hija involuta wkoll f’soluzzjonijiet ta’ pagamenti alternattivi, permezz ta’ Vocalink Holdings Limited, li hija kumpanija li tiffoka fuq il-forniment ta’ servizzi infrastrutturali ewlenin għal skemi ta’ pagament. MasterCard tipprovdi wkoll servizzi infrastrutturali ċentrali minn kont għal kont bi skemi fl-Ewropa u barra mill-Ewropa; |
|
— |
il-Kumpanija fil-Mira: hija unità tan-negozju f’Nets, li topera bħala negozju ta’ pagamenti globali li jipprovdi servizzi ta’ pagament u soluzzjonijiet teknoloġiċi, prinċipalment fir-reġjun Nordiku, kif ukoll fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro. L-attivitajiet tagħha jiffokaw fuq (i) servizzi ta’ infrastrutturali ċentrali minn kont għal kont għal ikklerjar f’ħin reali u kklerjar fi gruppi u (ii) firxa ta’ servizzi ta’ pagament b’fattura minn kont għal kont u servizzi anċillari fid-Danimarka u n-Norveġja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9744 — Mastercard/Nets
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).