23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 94/02)

1.   

Fis-16 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ageas Portugal Holding, SGPS, S.A. (“Ageas Portugal”, il-Portugall), ikkontrollata minn Ageas SA/NV (“Ageas Group”, il-Belġju),

José de Mello Residências e Serviços, SGPS, S.A. (“JMRS”, il-Portugall), li hija proprjetà ta’ José de Mello Capital S.A. (“JM Capital”, il-Portugall),

Sociedade Portuguesa de Serviços e Apoio e Assistência a Idosos, S.A (“SPSI”, il-Portugall).

Ageas Portugal, flimkien ma’ JMRS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SPSI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ageas Portugal: kumpanija tal-assikurazzjoni attiva fil-Portugall, li hija proprjetà ta’ Ageas Group, li jipprovdi servizzi tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja lil klijenti perosnali, tan-negozji u istituzzjonali, attiva f’diversi pajjiżi tal-UE u fl-Asja,

JMRS: l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet residenzjali u programmi ortopediċi, ġerjatriċi u ta’ rijabilitazzjoni newroloġika u l-provvista ta’ servizzi personalizzati ta’ kura fid-dar provduti mill-isptarijiet, bħala parti mill-JM Group li jipprovdi servizzi ta’ kura tas-saħħa privati, infrastrutturi tat-toroq u industrija tal-kimiċi, attiva fi Spanja u l-Istati Uniti tal-Amerka.

SPSI: it-tħaddim ta’ żewġt idjar residenzjali ta’ kura għall-anzjani kif ukoll attività tal-proprjetà immobbli fiż-Żona Metropolitana ta’ Lisbona.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn gġaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.