5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9722 — Asterion/Swiss/EDF/Energy Asset)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 72/05)

1.   

Fl-24 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Asterion Industrial Partners SGEIC, S.A. (“Asterion”, Spanja),

Swiss Life Asset Management AG (“SLAM”, l-Isvizzera),

Electricité de France SA (“EDF”, Franza),

Energy Assets Group (“EAG”, ir-Renju Unit).

Asterion, SLAM u EDF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EAG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Asterion hija ditta indipendenti ta’ ġestjoni tal-investiment li tiffoka fuq l-infrastruttura Ewropea,

SLAM hija fornitur ewlieni Ewropew ta’ soluzzjonijiet komprensivi tal-ħajja u l-pensjonijiet u soluzzjonijiet finanzjarji kemm lill-individwi u kemm lill-korporazzjonijiet,

EDF hija attiva fis-swieq tal-elettriċità (produzzjoni, bejgħ bl-ingrossa, kummerċ, trażmissjoni, distribuzzjoni u provvista) kif ukoll fil-provvista tal-gass, riċiklaġġ tal-iskart u servizzi tal-enerġija.

EAG hija fornitur ta’ meters industrijali u kummerċjali tal-gass u l-elettriċità u ta’ servizzi ta’ data fil-Gran Britannja. EAG tipprovdi wkoll servizzi ta’ network multi-utilità għall-kostruzzjoni u l-adozzjoni lil klijenti residenzjali, u industrijali u kummerċjali fil-Gran Britannja. Bħalissa EAG hija kontrollata bi sħab minn Alinda Capital Partners III Ltd u Hermes GPE LLP.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9722 — Asterion/Swiss/EDF/Energy Asset

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.