|
10.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9716 — AMS/OSRAM)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 195/04)
1.
Fid-29 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AMS (l-Awstrija) |
|
— |
OSRAM (il-Ġermanja) |
AMS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OSRAM kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-7 ta’ Novembru 2019.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AMS: tipprovdi teknoloġiji ta’ sensors bi prestazzjoni għolja fis-swieq tal-konsumaturi, tal-komunikazzjonijiet, tal-karozzi, is-swieq industrijali u mediċi b’enfasi fuq tliet pilastri strateġiċi: sensors ottiċi, tal-immaġni u tal-awdjo; |
|
— |
OSRAM: tipprovdi soluzzjonijiet tad-dawl u sensors, trattamenti ta’ viżwalizzazzjoni u oħrajn bbażati fuq id-dawl, li jinkludu mil-LEDs lil tekonoloġiji oħra bbażati fuq is-semikondutturi, bħalma huma emitturi tal-infrared, lasers u sensors, sa sistemi ta’ ġestjoni tad-dawl, u sa bozoz tradizzjonali u ta’ speċjalità. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9716 — AMS/OSRAM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).