|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9704 — Gilde/Proman/Agilitas)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 26/02)
1.
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Gilde V Management B.V. (“Gilde”, in-Netherlands), li finalment hija ikkontrollata minn Gilde Management Holding B.V., |
|
— |
Proman Expansion (“Proman”, Franza). |
Gilde u Proman jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-grupp Agilitas (“Agilitas Group”, il-Belġju) permezz tal-kumpanija azzjonarja tiegħu Flemish Holdco I N.V. L-Agilitas Group bħalissa huwa kkontrollat unikament minn Gilde.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Gilde: fond tal-ekwità privata li jinvesti f’kumpaniji ta’ daqs medju attivi f’diversi setturi fl-Ewropa u b’mod partikolari fil-Benelux, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Awstrija, |
|
— |
Proman: Attiva fis-settur tal-persunal, fil-qasam ta’ kuntratti interim, indefiniti u ta’ żmien fiss. Proman taħdem fil-Belġju, il-Kanada, Franza (inklużi d-dipartimenti extra-Ewropej La Reunion u Mayotte), il-Lussemburgu, Monaco, il-Portugall, Spanja, l-Isvizzera, ir-Renju Unit, u l-Istati Uniti tal-Amerka, |
|
— |
Agilitas Group: provvista ta’ soluzzjonijiet tar-riżorsi umani b’enfasi fuq persunal temporanju fil-Belġju u n-Netherlands. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9704 — Gilde/Proman/Agilitas
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).