29.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 180/10)

1.   

Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Il-Caisse des dépôts et consignations (is-“CDC”, Franza),

EDF Pulse Growth Holding (Franza), li tappartjeni għall-grupp Electricité de France (“EDF”),

ENGIE (Franza),

La Poste SA (Franza) li tappartjeni għall-grupp La Poste, ikkontrollata mis-CDC.

Is-CDC (inkluża La Poste), EDF u Engie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Archipels, kumpanija ġdida li għadha kemm twaqqfet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

is-CDC huwa grupp pubbliku li jwettaq kompiti ta’ interess ġenerali b’appoġġ għall-politiki pubbliċi mmexxija mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali.

EDF hija attiva prinċipalment fi Franza u barra mill-pajjiż fis-swieq tal-elettriku. Fis-settur ta’ fiduċja diġitali, l-unika attività ta’ EDF hija li tipprovdi mingħajr ħlas, għodda ta’ EDF li tħaddem katina ġenerali, li tippermetti li jiġi vverifikat li stqarrija għall-istampa maħruġa minn EDF tkun awtentika.

ENGIE hija grupp industrijali u ta’ servizzi fil-livell internazzjonali, attiv f’xogħlijiet tal-gass, tal-elettriku u f’servizzi tal-enerġija. Dan il-grupp mhuwiex attiv fis-settur tal-fiduċja diġitali.

La Poste hija l-operatur storiku tas-servizz postali fi Franza, organizzat f’ħames fergħat ewlenin ta’ attivitajiet, fosthom il-fergħa ta’ La Banque Postale, li twettaq attivitajiet bankarji u tal-assigurazzjoni u l-fergħa Diġitali li tiżviluppa soluzzjonijiet u servizzi diġitali, b’mod partikolari permezz ta’ Docaposte li tipproponi offerti ta’ identifikazzjoni tal-klijent, firem elettroniċi u ċertifikazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).