|
1.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9604 — NENT/Telenor/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 108/04)
1.
Fit-23 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nordic Entertainment Group AB (“NENT”, l-Iżvezja), |
|
— |
Telenor ASA (“Telenor”, in-Norveġja), |
|
— |
il-Joint Venture (“JV”, l-Iżvezja). |
NENT u Telenor jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
NENT: (i) il-provvista ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni tat-televiżjoni u kanali televiżivi fin-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja, u l-ħolqien, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ varjetà televiżiva, reklami, feature films u kontenut kummerċjali, u (ii) barra r-reġjun Nordiku, it-tħaddim ta’ kumpaniji tal-produzzjoni f’pajjiżi oħra Ewropej, u l-bejgħ ta’ kontenut lil klijenti madwar id-dinja, |
|
— |
Telenor: il-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet ċellulari u fissi u servizzi ta’ distribuzzjoni tat-televiżjoni fin-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja, u l-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet ċellulari fl-Asja, |
|
— |
il-JV: il-provvista ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni tat-televiżjoni fin-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9604 — NENT/Telenor/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).