25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9564 — LSEG/Refinitiv Business)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 174/04)

1.   

Fit-13 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

London Stock Exchange Group plc (“LSEG”, ir-Renju Unit),

Refinitiv Business (il-“Kumpanija fil-Mira”, l-istati Uniti tal-Amerka).

LSEG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

LSEG: negozju internazzjonali ta’ infrastruttura tas-swieq finanzjarji. L-attivitajiet prinċipali tal-LSEG huma (i) fis-swieq kapitali permezz tal-ekwità internazzjonali, fondi negozjati fil-borża, postijiet għall-introjtu fiss u d-derivattivi (LSE, Borsa Italiana, MTS, Turquoise, u CurveGlobal Limited); (ii) wara n-negozju u l-ġestjoni tar-riskju permezz ta’ kmamar tal-ikklerjar (LCH u CC&G) u n-negozju ta’ kustodja u ta’ saldu (Monte Titoli); (iii) servizzi tal-informazzjoni permezz ta’ fornituri ta’ prodotti tad-data (pereż. il-fornitur tal-indiċi FTSE Russell); u (iv) servizzi tat-teknoloġija permezz tal-kummerċ, sorveljanza tas-suq u sistemi ta’ wara n-negozju għal organizzazzjonijiet u boroż.

il-Kumpanija fil-Mira: negozju ta’ data u infrastruttura tas-swieq finanzjarji. Il-Kumpanija fil-Mira hija attiva (i) fid-data u l-analitika (pereż. permezz tas-soluzzjoni desktop tagħha, Eikon; l-ipproċessar tad-data f’ħin reali għand Elektron; il-pjattaforma tagħha tad-data tas-suq, Thomson Reuters Enterprise Platform; u n-negozju tal-indiċi tagħha); (ii) soluzzjonijiet tas-swieq kapitali u tal-fluss tax-xogħol (permezz ta’ Tradeweb, FXall, u Matching); u (iii) servizzi ta’ ġestjoni tar-riskju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9564 — LSEG/Refinitiv Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).