26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9547 — Johnson & Johnson/Tachosil)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 63/04)

1.   

Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 22) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Johnson & Johnson (“J&J”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Topaz Investment AS (“Topaz”, in-Norveġja), sussidjarja li hija kollha kemm hi proprjetà ta’ Takeda Pharmaceuticals International AG, li finalment hija proprjetà ta’ Takeda Pharmaceutical Company Limited (il-Ġappun).

J&J takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Topaz kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

Il-Konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Bundeskartellamt Ġermaniż skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Mar-referenza sussegwentament ingħaqdu Spanja, Franza, l-Awstrija, il-Finlandja u n-Norveġja.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

J&J: grupp dinji ta’ kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom huma maqsuma fi tliet settur tan-negozju: konsumatur; prodotti mediċinali; u tagħmir mediku,

Topaz: entità li għandha l-maġġoranza tad-drittijiet, assi u obbligi marbuta mal-prodott tal-kumpressa emostatika, TachoSil (u l-prodotti predeċessuri tiegħu).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9547 – Johnson & Johnson/Tachosil

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).