3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9410 — Saudi Aramco/SABIC)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 35/07)

1.   

Fit-23 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija),

Saudi Basic Industries Corporation (“SABIC”, l-Arabja Sawdija).

Saudi Aramco takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ SABIC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Saudi Aramco hija primarjament impenjata fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum, gass naturali u karburanti bbażati fuq iż-żejt għat-trasport kif ukoll fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati u petrokimiċi.

SABIC hija primarjament attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ kimċi tal-kommodità (inklużi petrokimiċi), intermedjati, polimeri, fertilizzanti u metalli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9410 — Saudi Aramco/SABIC

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks u jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).