8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/38


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10055 — MIRA/Romanian assets of CEZ)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 424/11)

1.   

Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Infrastructure and Real Assets (Europe) Limited (“MIRA”, ir-Renju Unit), proprjetà tal-Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

Il-ġenerazzjoni tal-elettriċità Rumena, id-distribuzzjoni tal-elettriċità, u l-assi tal-provvista tal-elettriku u tal-gass naturali lill-konsumatur (“l-assi Rumeni ta’ CEZ”, ir-Rumanija), li bħalissa huma miżmuma minn ČEZ a.s. (“CEZ”, iċ-Ċekja).

MIRA takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-assi Rumeni ta’ CEZ.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MIRA: il-ġestjoni tal-infrastruttura u assi immobbli oħra, inklużi l-proprjetà immobbli, l-enerġija u l-assi agrikoli. MIRA tifforma parti mid-diviżjoni ta’ Macquarie Infrastructure and Real Assets ta’ Macquarie, fornitur ta’ investiment globali, servizzi bankarji u finanzjarji,

l-assi Rumeni ta’ CEZ: seba’ kumpaniji li flimkien iħaddmu network ta’ distribuzzjoni tal-elettriċità, portafoll ta’ assi tal-enerġija rinnovabbli u negozju tal-provvista tal-elettriċità u tal-gass lill-konsumatur, u li kollha jinsabu fir-Rumanija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10055 — MIRA/Romanian assets of CEZ

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.