|
30.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10048 — Mazda Motor Corporation/Mazda Motor Manufacturing de Mexico)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 412/13)
1.
Fid-19 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mazda Motor Corporation (“Mazda”, il-Ġappun), |
|
— |
Mazda Motor Manufacturing de Mexico S.A. de C.V. (“MMVO”, il-Messiku). |
Mazda takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ MMVO kollha kemm hi. Qabel it-tranżazzjoni, MMVO kienet ikkontrollata bi sħab minn Mazda u Sumitomo Corporation.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mazda: Hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali. Il-prodotti prinċipali tagħha huma vetturi b’erba’ roti, magni petrol reċiprokanti, magni diżil, u trażmissjonijiet awtomatiċi u manwali għall-vetturi, |
|
— |
MMVO: Hija primarjament attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi tal-marka Mazda fl-Amerki. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10048 — Mazda Motor Corporation/Mazda Motor Manufacturing de Mexico
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).