23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10034 — Pizarreño/Maderas Arauco/E2E JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 447/07)

1.   

Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Empresas Pizarreño S.A. (“Pizarreño”, iċ-Ċili), ikkontrollata minn Etex N.V. (il-Belġju),

Maderas Arauco S.A. (“Maderas Arauco”, iċ-Ċili), ikkontrollata minn Inversiones Angelini y Compañia Limitada (iċ-Ċili),

E2E S.A. (“E2E”, iċ-Ċili), ikkontrollata bi sħab minn Empresas Pizarreño u Maderas Arauco.

Pizarreño u Maderas Arauco jestendu l-ambitu tal-prodott u dak ġeografiku tal-impriża bi sħab u bi prova tagħhom, E2E, permezz ta’ trasferiment ta’ drittijiet. B’riżultat ta’ dan, E2E ssir entità ekonomika awtonoma fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Pizarreño: il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-kostruzzjoni lesti, bl-użu ta’ siment u ġibs jew colpa,

Maderas Arauco: il-manifattura u l-bejgħ ta’ injam u prodotti tal-foresti, jiġifieri pannelli tal-fiberboard, plywood u injam isserrat, kif ukoll it-tħaddim ta’ segeriji fiċ-Ċili, l-Arġentina, il-Brażil, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada u l-Messiku,

E2E: żvilupp, manifattura, immuntar, stallazzjoni ta’ unitajiet panewulari 2D jew unitajiet modulari 3D.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10034 — Pizarreño/Maderas Arauco/E2E JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.