19.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Kas M.10022 — Premier Oil/Chrysaor Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 394/04)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Premier Oil Plc, (“Premier Oil”, ir-Renju Unit),

Chrysaor Holdings Limited (“CHL”, ir-Renju Unit), ikkontrollata indirettament minn EIG Global Energy Partners (flimkien mal-affiljati tagħha ta’ konsulenza, “EIG”) (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Premier Oil takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll CHL kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Premier Oil: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ interessi sinifikanti taż-żejt u l-gass fir-Renju Unit u madwar id-dinja,

CHL: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ riżervi inkrementali taż-żejt u l-gass, inklużi l-interessi fil-liċenzji għall-esplorazzjoni fis-settur tar-Renju Unit tal-Baħar tat-Tramuntana u n-Norveġja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10022 — Premier Oil/Chrysaor Holdings

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.