|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 445/231 |
P9_TA(2020)0353
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: L-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar (C(2020)7523 – 2020/2865(DEA))
(2021/C 445/39)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)7523), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-Regolament Delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-4 ta' Diċembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(7) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji mressaq mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020, |
|
A. |
billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 jispeċifika l-format elettroniku uniku għar-rappurtar, imsemmi fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2004/109/KE, li għandu jintuża mill-emittenti fit-tfassil tar-rapporti finanzjarji annwali tagħhom; |
|
B. |
billi t-tassonomija bażika li għandha tintuża għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar hija bbażata fuq it-tassonomija tal-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS), li tagħha hija estensjoni; il-Fondazzjoni tal-IFRS għandha taġġorna t-tassonomija tal-IFRS kull sena biex tqis, fost żviluppi oħra, il-pubblikazzjoni ta' IFRS ġodda jew l-emendi għal dawk eżistenti, l-analiżi tal-informazzjoni li ġeneralment tiġi trażmessa fil-prattika u t-titjibiet li għandhom isiru lill-kontenut ġenerali ta' dik it-tassonomija jew lit-teknoloġija użata; |
|
C. |
billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 jipprevedi li dan għandu jkun applikabbli għar-rapporti finanzjarji annwali li jkun fihom dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara; billi l-emittenti se jkunu awtorizzati jadottaw it-tassonomija speċifikata f'dak ir-Regolament għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2020 jew wara; |
|
D. |
billi l-Parlament u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika tal-att delegat biex joġġezzjonaw għalih; |
|
E. |
billi l-att delegat ġie nnotifikat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Novembru 2020 u għalhekk il-perjodu ta' tliet xhur għall-oġġezzjonijiet possibbli tal-Parlament jew tal-Kunsill se jiskadi wara l-1 ta' Jannar 2021, li hi d-data prevista mill-att delegat għad-dħul fis-seħħ tiegħu; |
|
F. |
billi m'hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika xi oġġezzjoni għall-att delegat; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |