20.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 425/164 |
P9_TA(2020)0311
Ħatra ta’ Frank Elderson bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew ((N9-0055/2020 – C9-0331/2020 – 2020/0805(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2021/C 425/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2020 (N9-0055/2020) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C9-0331/2020), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' żewġ Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0218/2020), |
A. |
billi, b'ittra tal-14 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill Ewropew ikkonsulta l-Parlament dwar il-ħatra ta' Frank Elderson għall-kariga ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin, li jibda mill-15 ta' Diċembru 2020; |
B. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-Bank Ċentrali Ewropew; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju bil-miktub indirizzat lilu; |
C. |
billi dan il-Kumitat, imbagħad, fid-9 ta' Novembru 2020 ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat; |
D. |
billi l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew jinkludi l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u d-19-il gvernatur tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; billi, sal-lum, dawn tal-aħħar huma kollha rġiel; |
E. |
billi l-Parlament esprima ripetutament in-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu rigward il-proċedura tal-ħatra għal membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u appella għal proċeduri mtejba f'dan ir-rigward; billi l-Parlament talab li jirċievi, fi żmien debitu, lista ristretta b'bilanċ bejn il-ġeneri ta' mill-inqas żewġ ismijiet; |
F. |
billi fis-17 ta' Settembru 2019, il-Parlament ta opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Christine Lagarde bħala l-ewwel President mara tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
G. |
billi fis-17 ta' Diċembru 2019, il-Parlament ta opinjonijiet favorevoli dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-ħatra ta' Fabio Panetta u Isabel Schnabel bħala Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
H. |
billi n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri ma ħadux din it-talba bis-serjetà u billi jitlob lill-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE jaħdmu b'mod attiv biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini li jmiss; |
I. |
billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri; |
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Frank Elderson bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 338, 12.10.2020, p. 2
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.
(3) Testi adottati, P9_TA(2019)0008.
(4) Testi adottati, P9_TA(2019)0093 u Testi adottati, P9_TA(2019)0094.