|
15.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/126 |
P9_TA(2020)0187
Ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat: dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (C(2020)04140 – 2020/2695(DEA))
(2021/C 371/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2020)04140), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 3 ta' Lulju 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14(5) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjonijiet ma ġew espressi fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, li skada fid-9 ta' Lulju 2020, |
|
A. |
billi fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tad-9 ta' April 2020, il-Ministri tal-Finanzi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro pproponew li jiġi stabbilit l-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika, abbażi tal-Linja ta' Kreditu b'Kundizzjonijiet Imsaħħa tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19; |
|
B. |
billi r-rapport tal-Grupp tal-Euro jiddikjara li l-uniku rekwiżit għall-aċċess tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika se jkun li l-Istati Membri taż-żona tal-euro li jitolbu l-appoġġ jimpenjaw ruħhom li jużaw din il-linja ta' kreditu biex jappoġġaw il-finanzjament domestiku ta' spejjeż diretti u indiretti relatati mal-kura tas-saħħa, il-kura u l-prevenzjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19; |
|
C. |
billi f'ittra konġunta bid-data tas-7 ta' Mejju 2020, il-Viċi President Eżekuttiv Dombrovskis u l-Kummissarju Gentiloni ħabbru l-intenzjoni li jemendaw ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 tat-27 ta' Ġunju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (2) biex jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti ta' rappurtar li japplikaw għall-Istati Membri li jużaw l-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika; |
|
D. |
billi l-att delegat jemenda r-rekwiżiti ta' rapportar u jispeċifika li r-rapportar fis-sitwazzjoni attwali jikkonċerna biss l-użu tal-fondi tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti u indiretti relatati mal-kura tas-saħħa, il-kura u l-prevenzjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19, fid-dawl tal-ambitu limitat u speċifiku ħafna tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika u billi l-Anness II il-ġdid jistabbilixxi l-mudell ta' rapportar; |
|
E. |
billi dan l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun sabiex ir-rekwiżiti ta' rapportar li japplikaw għall-Istati Membri li jużaw l-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika jiġu razzjonalizzati; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |