7.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/117


P9_TA(2020)0001

Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti (2020/2512(RSO))

(2021/C 270/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 206 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti u tas-sottokumitati wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE:

I.

il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 71 membru,

II.

il-Kumitat għall-Iżvilupp: 26 membru,

III.

il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 43 membru,

IV.

il-Kumitat għall-Baġits: 41 membru,

V.

il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru,

VI.

il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 60 membru,

VII.

il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 55 membru,

VIII.

il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 81 membru,

IX.

il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 78 membru,

X.

il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 45 membru,

XI.

il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 49 membru,

XII.

il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 43 membru,

XIII.

il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 48 membru,

XIV.

il-Kumitat għas-Sajd: 28 membru,

XV.

il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru,

XVI.

il-Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru,

XVII.

il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 68 membru,

XVIII.

il-Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 28 membru,

XIX.

il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru,

XX.

il-Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru,

is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 30 membru,

is-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 30 membru;

2.

Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' Ġunju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tal-kumitati, li l-bureaux tal-kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi, għal skopijiet ta' informazzjoni, din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 160.