Brussell, 18.11.2020

COM(2020) 744 final

PROPOSTA GĦAL RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEGI MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL


WERREJ

DAĦLA    

MESSAĠĠI EWLENIN    

1.    ĦARSA ĠENERALI LEJN IX-XEJRIET U L-ISFIDI SOĊJALI U TAS-SUQ TAX-XOGĦOL FL-UNJONI EWROPEA    

1.1 Xejriet tas-suq tax-xogħol    

1.2 Xejriet soċjali    

2.    DAQQA T’GĦAJN LEJN IT-TABELLA TA’ VALUTAZZJONI SOĊJALI    

2.1 It-tabella ta’ valutazzjoni spjegata    

2.2 Evidenza mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali    

3. IMPJIEGI U RIFORMI SOĊJALI – PRESTAZZJONI U AZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI    

3.1 Linja Gwida 5: Nagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol    

3.1.1    Indikaturi ewlenin    

3.1.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri    

3.2 Linja Gwida 6: Insaħħu l-provvista ta’ ħaddiema u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, għall-ħiliet u għall-kompetenzi    

3.2.1    Indikaturi ewlenin    

3.2.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri    

3.3 Linja Gwida 7: Insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali    

3.3.1    Indikaturi ewlenin    

3.3.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri    

3.4 Linja Gwida 8: Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar    

3.4.1    Indikaturi ewlenin    

3.4.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri    



DAĦLA

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill huwa stipulat bl-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal dan ir-rapport hija parti mill-Pakkett tal-ħarifa. Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jipprovdi ħarsa ġenerali annwali lejn l-iżviluppi ewlenin fl-impjiegi u dawk soċjali fl-Unjoni Ewropea kif ukoll lejn l-azzjonijiet ta’ riforma tal-Istati Membri, f’konformità mal-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri. Ir-rapport isegwi l-istruttura tal-Linji Gwida: nagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol (il-Linja Gwida Nru 5), insaħħu l-provvista ta’ ħaddiema u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, għall-ħiliet u għall-kompetenzi (il-Linja Gwida Nru 6), insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali (il-Linja Gwida Nru 7), u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar (il-Linja Gwida Nru 8).

Barra minn hekk, ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jimmonitorja l-prestazzjoni tal-Istati Membri b’rabta mat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali stabbilita fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Pilastru ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017. Jidentifika l-prinċipji u d-drittijiet fi tliet oqsma: i) l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, ii) il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u iii) il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. Il-monitoraġġ tal-progress f’dawn l-oqsma huwa msejjes fuq analiżi dettaljata tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali li takkumpanja l-Pilastru.

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi huwa mqassam kif ġej: il-kapitolu introduttorju (il-Kapitolu 1) jirrapporta dwar ix-xejriet ewlenin soċjali u tas-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea, b’tali mod li jispjega l-kuntest. Il-Kapitolu 2 jippreżenta r-riżultati ewlenin mill-analiżi tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali assoċjata mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Kapitolu 3 jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-indikaturi ewlenin minn pajjiż għall-ieħor (inkluż mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali), filwaqt li jħares lejn il-prestazzjoni, l-isfidi u l-politiki tal-Istati Membri implimentati biex jindirizzaw il-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi.


MESSAĠĠI EWLENIN

Qabel ma faqqgħet il-kriżi tal-COVID-19, l-UE kienet qed tesperjenza tkabbir fl-impjiegi li kien stabbli, minkejja li kien qed jonqos maż-żmien. Bit-tkomplija tal-prestazzjoni pożittiva fis-swieq tax-xogħol li bdiet fl-2013, l-impjiegi komplew jespandu fl-2019, u laħqu livell rekord fi tmiem is-sena. L-isforzi ta’ riforma mill-Istati Membri wara l-kriżi finanzjarja kkontribwew għal dan it-tkabbir ekonomiku rikk fl-impjiegi, għalkemm l-isfidi ppersistew f’xi Stati Membri u reġjuni, inkluż fir-rigward tal-integrazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol.

Il-pandemija tal-COVID-19 reġġgħet lura din ix-xejra, u f’daqqa waħda biddlet il-modi tax-xogħol u tal-għajxien tagħna. Dan kellu impatt sinifikanti f’termini ta’ ħajjiet umani u kkawża xokk ekonomiku mingħajr preċedent. Ir-rispons mill-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali kien rapidu. Is-salvagwardja tas-saħħa u tal-impjiegi taċ-ċittadini saret prijorità politika ewlenija. L-Istati Membri pprovdew appoġġ b’mod partikolari lill-gruppi u lis-setturi li kienu affettwati aktar minn oħrajn. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, s’issa, evitat il-ħolqien ta’ kriżi fl-impjiegi u soċjali enormi madwar l-UE. Madankollu, għad fadal ħafna inċertezzi, b’mod partikolari dwar kemm se ddum il-pandemija, meta se jimmaterjalizza rkupru ekonomiku sostenibbli, u l-konsegwenzi għal dawk l-aktar vulnerabbli. Is-sitwazzjoni tvarja minn pajjiż għall-ieħor, anke minħabba dak li ġarrbu fil-passat. L-Istati Membri li diġà esperjenzaw sfidi soċjoekonomiċi serji qabel il-pandemija issa huma saħansitra aktar esposti għal vulnerabbiltajiet.

L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-irkupru jkun ġust u inklużiv. Il-prinċipji tal-Pilastru, flimkien mat-tliet dimensjonijiet ta’ opportunitajiet indaqs u aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u ta’ protezzjoni soċjali, saħħa u inklużjoni, jeħtieġ li jiggwidaw it-tfassil tal-miżuri ta’ politika b’appoġġ għall-ħaddiema u għall-unitajiet domestiċi. Il-ġlieda kontra l-impatt tal-pandemija, kif ukoll it-tħejjija tal-irkupru, jirrikjedu t-trawwim tar-reżiljenza soċjali u l-konverġenza ’l fuq billi n-nies jitqiegħdu fiċ-ċentru. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi li ġew adottati riċentement jintegraw gwida speċifika mmirata lejn il-mitigazzjoni tal-impatt soċjali u fuq l-impjiegi tal-COVID-19 u jipprovdu lill-Istati Membri bi gwida konkreta dwar kif jimmodernizzaw l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll is-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tas-saħħa, bl-għan li jagħmluhom aktar inklużivi u ġusti. Huma jinkorporaw ukoll elementi ġodda li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali soċjalment ġusti. Li l-isfidi klimatiċi u ambjentali jinbidlu f’opportunitajiet, u li t-tranżizzjoni ssir ġusta u inklużiva għal kulħadd, huma għan ewlieni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Ir-reazzjoni tal-UE għall-kriżi kienet rapida u b’saħħitha. L-Istati Membri ġew offruti appoġġ finanzjarju mingħajr preċedent sabiex itaffu l-impatt ekonomiku, soċjali u fuq is-saħħa tal-kriżi u sabiex jissaħħaħ l-irkupru, inkluż permezz tal-istrument SURE l-ġdid, l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza u ż-żieda fil-flessibbiltà fl-użu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni taħt l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus. Barra minn hekk, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – li tinsab fiċ-ċentru ta’ Next Generation EU – se tipprovdi appoġġ finanzjarju fuq skala kbira għar-riformi u għall-investimenti mmirati sabiex jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u jagħmlu l-ekonomiji, is-soċjetajiet u s-sistemi tas-saħħa tal-UE aktar reżiljenti u ppreparati aħjar għat-tranżizzjoni doppja. Dan jirrappreżenta opportunità unika sabiex tingħata spinta lill-investiment fin-nies u jitħaffef l-irkupru ekonomiku. Dan ir-rispons rapidu jidħol fi ħdan strateġija fit-tul u jikkontribwixxi għall-kapaċità tal-Unjoni li tikseb l-objettivi fit-tul tagħha.

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri jidentifikaw oqsma prijoritarji għar-riformi u għall-investiment. B’mandat mill-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi ewlenin fl-impjiegi u soċjali fl-Ewropa u lejn l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi. Dan kien parti integrali mis-Semestru Ewropew sa mill-bidu nett, u enfasizza l-isfidi ewlenin tal-impjiegi u dawk soċjali li għandhom jiġu indirizzati fiċ-ċiklu annwali, bħala parti mill-Pakkett tal-Ħarifa. Fis-Semestru Ewropew eċċezzjonali tal-2021, ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi se jgħin ukoll lill-Istati Membri jidentifikaw oqsma prijoritarji għar-riformi u għall-investiment li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u għar-reżiljenza, fl-isfond tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi. Ir-riżultati mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali li takkumpanja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huma ppreżentati fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u jistgħu jservu sabiex jiġu żviluppati l-pjanijiet nazzjonali. Barra minn hekk, anki fl-isfond tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, il-Kummissjoni se tivvaluta s-sustanza tal-pjanijiet f’dokumenti analitiċi li jakkumpanjaw il-proposti għall-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. F’kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Impjiegi u mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kummissjoni se tkompli wkoll tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi soċjali u fis-suq tax-xogħol kollha bl-aġġornament regolari tal-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi u tal-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali korrispondenti.

*********

Il-kriżi tal-COVID-19 affettwat bil-qawwa l-eżiti tas-suq tax-xogħol fl-UE. Għalkemm sinjali ta’ tnaqqis fir-ritmu tal-impjiegi kienu diġà evidenti fit-tieni nofs tal-2019, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tas-suq tax-xogħol interrompew ix-xejra pożittiva tagħhom meta faqqgħet il-pandemija. L-impjiegi totali (li kienu żdiedu bi 15-il miljun minn nofs l-2013) naqsu b’6.1 miljun persuna bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020, l-akbar tnaqqis osservat fuq żewġ trimestri suċċessivi. Wara sitt snin ta’ żviluppi pożittivi fl-ilħuq tal-mira tal-impjiegi tal-Ewropa 2020, ir-rata ta’ impjieg marret qabżitha fl-2020. L-adozzjoni rapida ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u ta’ miżuri oħra għaż-żamma fis-suq tax-xogħol, flimkien ma’ tnaqqis fir-rati ta’ attività, sa issa wasslu għal żieda moderata biss fir-rata tal-qgħad, ta’ punt perċentwali (1 pp) sa Settembru 2020. Madankollu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24) żdied b’mod aktar sinifikanti mill-qgħad għal gruppi ta’ età oħra, u s-sehem ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) kiber ħafna. Il-ħaddiema li twieldu barra mill-UE ntlaqtu wkoll b’mod sever. Dawn l-eżiti jvarjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u s-setturi u jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib u sforzi ta’ politika sabiex jiġi evitat impatt aktar negattiv fuq medda qasira ta’ żmien.

L-użu massiv ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għen sabiex jittaffew il-konsegwenzi tax-xokk fuq is-suq tax-xogħol. Is-sigħat maħduma għal kull ħaddiem naqsu f’daqqa, bi 11,3 % fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbla mal-aħħar trimestru tal-2019; fl-istess ħin, l-assenzi mix-xogħol telgħu, minn 9,7 % fir-raba’ trimestru tal-2019 għal 21,8 % fit-tieni trimestru tal-2020 (madwar nofs din iż-żieda hija dovuta għal sensji temporanji). Sa mill-bidu tal-kriżi, l-Istati Membri estendew (jew introduċew meta ma kinux disponibbli qabel) skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u/jew skemi oħra ta’ preservazzjoni tal-impjiegi, bl-għan li jillimitaw it-telf ta’ impjiegi, jevitaw it-tixrid tal-kapital uman u jsostnu d-domanda aggregata. L-Unjoni Ewropea qed tappoġġa dan l-isforz bl-istrument temporanju  Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE). L-użu straordinarju u sinkronizzat tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għen sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi immedjati tal-kriżi u tiġi evitata żieda fil-qgħad. Madankollu, aktar ma ddum il-kriżi, aktar ikun għoli r-riskju li jiġu ssussidjati l-impjiegi f’kumpaniji li ma għadhomx vijabbli. Għalhekk, meta tiġi kkunsidrata l-eliminazzjoni gradwali tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, huwa importanti li jintiżnu bir-reqqa, minn naħa waħda, il-ħtieġa li jiġu protetti d-ditti u l-impjegati sakemm il-kundizzjonijiet ekonomiċi jirrikjedu dan u, min-naħa l-oħra, l-introduzzjoni ta’ politiki li jippromwovu t-tibdil strutturali u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema (eż. permezz ta’ inċentivi mfassla tajjeb għar-reklutaġġ u miżuri ta’ taħriġ mill-ġdid).

Il-kriżi tal-COVID-19 qed tkisser xejra pożittiva

twila sitt snin fis-suq tax-xogħol

6,1 miljun 
anqas persuni f’impjieg fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbla mar-

raba’ trimestru tal-2019

72 %
ir-rata ta’ impjieg fit-tieni trimestru tal‑2020 (1,1 pp anqas minn sena qabel)

7,5 %
ir-rata tal-qgħad f’Settembru 2020 (1 pp ogħla milli f’Marzu)

-11,3 %
-il siegħa maħduma għal kull ħaddiem fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbla mar-

raba’ trimestru tal-2019

Ir-rati ta’ attività, tal-qgħad u ta’ NEETs fl-EU-27, %

Sigħat maħduma għal kull ħaddiem u assenzi mix-xogħol fl-EU-27

Sors: Eurostat, LFS. Data aġġustata staġjonalment, mhux aġġustata skont il-kalendarju.

Ix-xokk ekonomiku huwa esperjenzat b’mod differenti fis-setturi u fil-kategoriji ta’ ħaddiema. L-attivitajiet ekonomiċi kollha ħlief il-kostruzzjoni naqqsu n-numri ta’ impjiegi tagħhom fis-sena sat-tieni trimestru tal-2020, iżda l-akbar tnaqqis ġie osservat fis-settur tal-ospitalità, fis-settur kulturali u tad-divertiment kif ukoll fost l-attivitajiet professjonali. It-tnaqqis fl-impjiegi affettwa aktar lill-ħaddiema f’forom ta’ impjieg mhux standard, għalkemm b’differenzi kbar bejn il-pajjiżi. L-impjegati temporanji ntlaqtu b’mod sever, bi tnaqqis ta’ 16,7 % sena wara sena fit-tieni trimestru tal-2020, filwaqt li l-impjiegi permanenti baqgħu stabbli, grazzi wkoll għar-rispons permezz tal-politiki. Dan sarraf fi tnaqqis sinifikanti fis-sehem ta’ impjegati temporanji mill-impjegati totali, għal darb’oħra b’differenzi kbar bejn il-pajjiżi.

Il-pandemija kellha impatt differenti fuq l-impjiegi u fuq is-setturi

4,2 miljun

anqas ħaddiema b’kuntratti temporanji fis-sena sat-tieni trimestru tal-2020

Tkabbir fl-impjiegi fl-attivitajiet tal-kostruzzjoni, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ICT

L-akbar tnaqqis f’termini relattivi fil-kummerċ, fl-arti u fid-divertiment u fl-agrikoltura

Impjiegi (15-64) skont it-tip ta’ kuntratt: tibdil perċentwali bejn it-tieni trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020

Sors: Eurostat, LFS. Nota: *Attivitajiet tal-NACE Rev.2.

Minħabba l-COVID-19, l-Istati Membri qed jirriskjaw li jiffaċċjaw żieda qawwija fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, li jitlob riformi u appoġġ imsaħħaħ. Wara tnaqqis kontinwu fl-2019, il-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-UE żdied minn livell baxx ta’ 14,9 % f’Marzu 2020 għal 17,1 % f’Settembru, u żdied b’rata aktar mgħaġġla mill-qgħad ġenerali. Il-kriżi wasslet ukoll għall-akbar żieda bejn żewġ trimestri konsekuttivi fir-rati ta’ dawk bejn il-15 u l-24 sena barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ sa mill-bidu tas-serje tal-Eurostat fl-2006 (minn 10,4 % għal 11,6 % bejn l-ewwel trimestru tal-2020 u t-tieni trimestru tal-2020). Fl-2019, wieħed minn kull għaxar żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena ħalla l-edukazzjoni jew it-taħriġ bi kwalifika ta’ livell anqas minn dak ta’ edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell, u aktar minn kwart tal-persuni ta’ bejn it-30 u l-34 sena ma kellhomx kwalifika b’aċċess dirett għas-suq tax-xogħol (edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali sekondarji jew kwalifika tal-edukazzjoni terzjarja). Il-proposti tal-Kummissjoni għar-Rakkomandazzjoni dwar l-ETV u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ressqu miri sabiex itejbu l-kisbiet kemm fl-ETV kif ukoll fl-edukazzjoni terzjarja. Peress li ż-żidiet fir-rati ta’ NEETs fil-biċċa l-kbira jirriżultaw mit-tnaqqis fid-domanda għax-xogħol, ir-riformi li jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ħiliet se jkunu essenzjali. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, li tiddependi fuq il-funzjonament tajjeb tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, se tkun kruċjali. Għan-nisa żgħażagħ NEETs, li fosthom l-inattività għandha rwol aktar b’saħħtu milli għall-irġiel, ir-riformi jenħtieġ li jinkludu wkoll miżuri sabiex jitneħħew id-diżinċentivi fiskali għax-xogħol u jgħinu fir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tar-responsabbiltajiet ta’ kura (ara wkoll aktar ’l isfel).

Il-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal żieda sostanzjali fir-rati ta’ NEETs

11,6 %
NEETs żgħażagħ (15-24) fit-tieni trimestru tal-2020 (1,2 pp aktar mit-trimestru preċedenti)

-12 %
żgħażagħ b’livell baxx ta’ ħiliet fl-impjieg bejn tmiem l-2019 u t-tieni trimestru tal-2020

26 % 
taż-żgħażagħ (30-34) għandhom kwalifiki li ma jagħtux aċċess dirett għas-suq tax-xogħol (ETV sekondarji jew edukazzjoni terzjarja)

Żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena li la huma f’impjieg u lanqas f’edukazzjoni jew f’taħriġ (NEET), (it-tieni trimestru tal-2020)

Sors: Eurostat, LFS

Id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi staġnat u dik fil-pagi naqset matul l-aħħar ħames snin, iżda l-kriżi ħolqot riskji ġodda u enfasizzat il-ħtieġa ta’ riformi u ta’ investimenti. Għalkemm ir-rati ta’ impjieg tan-nisa żdiedu, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi tjiebet biss bi ftit mill-2013, minkejja l-livell edukattiv medju ogħla tan-nisa. Ir-rappreżentanza żejda tan-nisa f’setturi u f’okkupazzjonijiet bi ħlas aktar baxx tagħmilhom partikolarment vulnerabbli fis-swieq tax-xogħol milquta mill-kriżi tal-COVID-19. Id-differenzi bejn il-ġeneri huma akbar għan-nisa bi tfal żgħar: fl-2019, huma affaċċjaw diskrepanza negattiva fl-impjiegi ta’ 14,3 pp b’kuntrast ma’ nisa mingħajr tfal, filwaqt li l-irġiel fl-istess sitwazzjoni raw diskrepanza pożittiva ta’ 9,6 pp. L-eżiti tal-impjiegi huma agħar b’mod partikolari għal nisa anzjani, mhux imwielda fl-UE, b’livell baxx ta’ ħiliet u b’diżabilitajiet. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tista’ tissaħħaħ permezz ta’ riformi u permezz ta’ investimenti fl-edukazzjoni u fil-kura bikrija tat-tfal kif ukoll permezz ta’ servizzi ta’ kura fit-tul, u permezz ta’ politiki ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħal liv tal-ġenituri u tal-kura bbilanċjat bejn il-ġeneri. Riformi u investimenti oħrajn jistgħu jinkludu miżuri li jiżguraw progressjoni ugwali fil-karriera, miżuri ta’ trasparenza fil-pagi, u aġġustamenti fis-sistema tat-taxxa u tal-benefiċċji, bħal tassazzjoni imposta fuq l-individwu, aktar milli fuq l-unitajiet domestiċi, u tnaqqis ibbażat fuq il-familja, għall-konjuġi dipendenti u trasferibbli.

Id-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi u fil-pagi għadhom sostanzjali

f’diversi Stati Membri

11,4 pp 
id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi fit-tieni trimestru tal-2020, kważi stabbli mill-2013 ’l hawn

14,3 pp
l-impatt tal-paternità fuq l-impjieg (rata ta’ impjieg aktar baxxa għal nsia bi tfal żgħar meta mqabbla ma’ dawk mingħajr tfal)

Differenza mhux aġġustata bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fl-2014 u fl-2018
(punti perċentwali)

Sors: Eurostat. 

Il-kriżi x’aktarx li jkollha impatt sproporzjonat fuq il-migranti mhux imwielda fl-UE, bi sforzi addizzjonali meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. Migranti mhux imwielda fl-UE raw titjib fir-rata medja ta’ impjieg tagħhom bejn l-2017 u l-2019 (minn 61,5 % għal 64,2 %). Madankollu, minn meta bdiet il-kriżi, ir-rata ta’ impjieg naqset b’mod sinifikanti (għal 60,8 % fit-tieni trimestru tal-2020), minħabba r-rappreżentanza żejda tagħhom fost il-ħaddiema temporanji u fis-setturi milquta b’mod qawwi mill-kriżi, għalkemm kellhom rwol kruċjali f’okkupazzjonijiet ewlenin tal-ewwel linja matul il-pandemija. Barra minn hekk, il-ħaddiema migranti tal-ewwel ġenerazzjoni huma aktar probabbli li jinstabu f’impjiegi b’livell aktar baxx ta’ ħiliet, anke meta jkollhom edukazzjoni terzjarja. Ir-risponsi tal-Istati Membri permezz tal-politika b’rabta mal-għoti ta’ korsijiet fil-lingwa, tal-aċċess għall-edukazzjoni u għat-taħriġ, tal-gwida dwar is-suq tax-xogħol u tar-rikonoxximent tal-ħiliet u tal-kwalifiki għenu sabiex titjieb l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. Iż-żamma u t-tisħiħ ta’ dawn il-politiki jgħinu sabiex l-irkupru jsir aktar inklużiv u jibni fuq il-ħiliet u l-potenzjal tal-migranti li jinkludu r-refuġjati.

L-indirizzar tal-kawżi tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, inkluż billi tiġi adattata l-leġiżlazzjoni u jiġi żgurat li jkunu fis-seħħ l-inċentivi t-tajba għar-reklutaġġ b’kuntratti stabbli, huwa essenzjali sabiex tittejjeb ir-reżiljenza soċjali. L-inċidenza tal-impjiegi temporanji tvarja b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi, biż-żgħażagħ u bin-nisa relattivament aktar rappreżentati f’din il-kategorija. L-Istati Membri b’sehem sostanzjali ta’ ħaddiema b’terminu fiss esperjenzaw l-akbar fluttwazzjonijiet fl-impjiegi matul il-kriżi. F’din il-perspettiva, l-iżgurar li l-kuntratti għal terminu fiss jappoġġaw id-dħul fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jservu bħala “pass ’il quddiem” għal impjieg regolari huwa essenzjali sabiex tiżdied ir-reżiljenza soċjali u sabiex jiġi appoġġat l-irkupru ġust u inklużiv. Ir-riformi sabiex tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi huma importanti f’dan il-kuntest, fost l-oħrajn billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ċari għall-użu ta’ kuntratti temporanji, jiġu evitati relazzjonijiet ta’ impjieg li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, u billi jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajba għar-reklutaġġ b’kuntratti permanenti. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-persuni li qed ifittxu impjieg bi storja ta’ xogħol prekarju jkollhom aċċess adegwat għall-protezzjoni soċjali u b’mod partikolari għall-benefiċċji tal-qgħad permezz ta’ rekwiżiti ta’ eliġibbiltà adattabbli u jgawdu minn opportunitajiet sabiex jitħarrġu u jitħarrġu mill-ġdid.

Ħafna ħaddiema għadhom mhumiex protetti b’pagi minimi adegwati. Ħafna drabi l-pagi minimi statutorji huma baxxi meta mqabbla ma’ pagi oħra fl-ekonomija, minkejja ż-żidiet riċenti f’ħafna Stati Membri. Il-paga minima ġeneralment ma tkunx biżżejjed sabiex tipproteġi lill-ħaddiema kontra r-riskju ta’ faqar. Barra minn hekk, id-differenzi fil-kopertura jseħħu kemm f’pajjiżi b’paga minima statutorja (minħabba eżenzjonijiet għal kategoriji speċifiċi) kif ukoll f’pajjiżi fejn il-pagi huma stabbiliti esklussivament permezz ta’ negozjar kollettiv (għal ħaddiema li mhumiex koperti minn ftehimiet kollettivi). Wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva sabiex tiżgura li l-ħaddiema fl-Unjoni jkunu protetti b’pagi minimi adegwati. Il-proposta timmira li tippromwovi n-negozjar kollettiv tal-pagi fl-Istati Membri kollha. F’dan ir-rigward, il-pajjiżi b’pagi minimi statutorji jenħtieġ li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-pagi minimi li jridu jiġu stabbiliti f’livelli adegwati, inklużi kriterji ċari u stabbli għall-iffissar tal-paga minima, valuri ta’ referenza indikattivi sabiex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza, u aġġornamenti regolari u f’waqthom. Dawn il-pajjiżi huma mitluba wkoll jiżguraw l-użu proporzjonat u ġustifikat tal-varjazzjonijiet fil-pagi minimi statutorji u t-tnaqqis minnhom, u l-involviment effettiv tas-sħab soċjali fl-iffissar u fl-aġġornar tal-paga minima statutorja. Fl-aħħar nett, il-proposta tipprevedi infurzar u monitoraġġ aħjar tal-protezzjoni tal-paga minima stabbilita f’kull pajjiż.

L-adattament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol sar ċentrali matul il-pandemija u se jibqa’ kruċjali wara, filwaqt li jirrikjedi investiment fuq il-post tax-xogħol u riformi sabiex tissaħħaħ id-disponibbiltà ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Ħafna Stati Membri adattaw it-termini u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, inkluż billi estendew l-użu tat-telexogħol, b’enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema vulnerabbli. Matul l-emerġenza tas-saħħa, it-telexogħol wera li huwa importanti ħafna sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju, filwaqt li jipprovdi għażliet usa’ sabiex wieħed ilaħħaq ma’ ħtiġijiet addizzjonali ta’ kura. Madankollu, jista’ wkoll iġib miegħu riskji, inklużi dawk relatati mal-benesseri okkupazzjonali, fiżiku u mentali tat-teleħaddiema bbażati d-dar. F’perspettiva, il-pandemija se twassal għal rivoluzzjoni fl-organizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol u tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Jeżistu differenzi fil-kontenut u fil-kopertura tar-regolamenti nazzjonali relatati mat-telexogħol, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għal dan l-għan. Filwaqt li jibnu fuq il-prattiki nazzjonali eżistenti rigward in-negozjar kollettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ambjenti tax-xogħol ikunu sikuri u adattati sew, u li arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu disponibbli b’mod wiesa’, sabiex jinstab bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata. Hija meħtieġa wkoll aktar attenzjoni sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u sabiex dawk f’xogħol mhux dikjarat jiġu attirati lejn impjieg formali. Il-pandemija xeħtet ukoll dawl fuq in-nuqqasijiet f’ċerti professjonijiet tas-saħħa u fuq il-ħtieġa li jiġu adattati jew jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħiliet tagħhom.

L-inċidenza tat-telexogħol matul il-kriżi

tvarja b’mod konsiderevoli bejn il-profili u s-setturi

60 pp

distakk fl-aċċess għat-telexogħol bejn ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet u dawk b’livell baxx ta’ ħiliet 

61 %

minn dawk li jgħixu fil-bliet kellhom aċċess għat-telexogħol, meta mqabbla ma’ 41 % għal dawk li jgħixu fi bliet żgħar

Il-ħaddiema fl-edukazzjoni u fis-servizzi amministrattivi użaw it-telexogħol b’mod aktar wiesa’

Ix-xogħol mid-dar matul il-COVID-19, il-karatteristiċi ewlenin tal-ħaddiema parteċipanti (EU-27, f’ %).

Sors: Eurofound (2020) Living, working and COVID-19 e-survey.

Il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol huma essenzjali sabiex jappoġġaw l-aġġustamenti fis-suq tax-xogħol wara x-xokk tal-COVID-19. L-Istati Membri daħlu fil-kriżi tal-impjiegi b’rati differenti ta’ kopertura tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol (ALMPs). L-appoġġ għal tranżizzjonijiet bla xkiel fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jipprevjeni r-riskji ta’ aktar polarizzazzjoni tal-ħiliet, huwa essenzjali għat-tkabbir inklużiv. Dan huwa partikolarment importanti għall-Istati Membri b’rati ta’ qgħad fit-tul li għadhom għoljin, li x’aktarx se jkomplu jiġu aggravati bħala konsegwenza tax-xokk tal-COVID-19. L-Istati Membri emendaw l-oqfsa eżistenti jew introduċew sistemi ġodda tal-ALMP sabiex jirreaġixxu aħjar għall-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, jippromwovu l-impjiegi kif ukoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, spiss bl-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew. Issa jista’ jkollhom il-possibbiltà li jikkombinaw il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni ma’ finanzjament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex jippromwovu aktar l-ALMPs immirati li jinkludu miżuri ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid.

L-aċċess għall-iskemi tal-benefiċċji tal-qgħad b’livelli u b’durata adegwati tal-benefiċċji huwa essenzjali sabiex jittaffa l-impatt negattiv tal-kriżi, u sabiex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni tal-persuni qiegħda lejn impjiegi ġodda. L-għoti ta’ benefiċċji tal-qgħad adegwati b’durata raġonevoli aċċessibbli għall-ħaddiema kollha, inklużi dawk f’kuntratti mhux standard, huwa essenzjali sabiex jiġu appoġġati l-persuni li jfittxu impjieg matul it-tranżizzjonijiet. Hija meħtieġa attenzjoni partikolari għal individwi li għandhom storja tal-impjiegi qasira jew mhux kontinwa, peress li ħafna drabi jkunu anqas koperti minn dawn l-iskemi. Bħala rispons għall-pandemija, diversi Stati Membri saħħew l-iskemi tagħhom ta’ protezzjoni tal-qgħad. Jista’ jkun meħtieġ li dawn l-iskemi jiġu rieżaminati aktar wara tibdiliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi sabiex jinżamm introjtu adegwat u tiġi appoġġata l-attivazzjoni effettiva fis-suq tax-xogħol ta’ dawk affettwati.

Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi se jkollhom imorru lil hinn mill-modi tradizzjonali ta’ ħidma sabiex jindirizzaw iż-żieda qawwija fin-numru ta’ persuni li qed ifittxu impjieg u jappoġġaw ir-riallokazzjoni tagħhom fost l-okkupazzjonijiet jew is-setturi. Is-sehem ta’ persuni qiegħda li jużaw is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) għat-tfittix ta’ impjieg kien qed jonqos f’dawn l-aħħar snin, għalkemm b’differenzi kbar bejn l-Istati Membri. Iż-żgħażagħ, il-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet u dawk akbar fl-età li qed ifittxu impjieg għadhom irrappreżentati żżejjed fost dawk li qed ifittxu l-għajnuna mill-PES. Fil-kuntest attwali, l-iżgurar ta’ rispons adegwat u effettiv għall-ħtiġijiet ta’ dawk li qed ifittxu impjieg u tal-impjegaturi jista’ jirrikjedi żieda fil-kapaċità fir-rigward tat-tisħiħ tas-sistemi ta’ tfassil ta’ profili, tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ gwida u tal-mentoraġġ għall-persuni li qed ifittxu impjieg. L-investiment f’soluzzjonijiet aġġornati tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal tal-PES se jkunu importanti għat-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom. Appoġġ aktar b’saħħtu bbażat fuq pjanijiet ta’ azzjoni individwali jista’ jgħin lil dawk affettwati mill-kriżi jsibu impjieg fil-kuntest ta’ rkupru fil-ġejjieni.

Il-PES jista’ jkollhom rwol kruċjali fl-iffaċilitar ta’ tranżizzjonijiet bla xkiel u fil-promozzjoni ta’ rkupru rapidu

45 pp

id-differenza bejn l-ogħla u l-anqas livell ta’ użu tal-PES għat-tiftix ta’ impjieg fl-2019

Il-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet u dawk akbar fl-età li qed ifittxu impjieg huma l-aktar rappreżentati fost dawk li qed ifittxu l-għajnuna mill-PES

Ir-rati għoljin tal-qgħad fit-tul qabel il-pandemija jistgħu jżidu sfidi sabiex l-irkupru jaħdem għal kulħadd

Is-sehem ta’ persuni qiegħda li jużaw metodu ta’ tiftix ta’ impjieg partikolari (2019) 

Sors: Eurostat, LFS.

Id-djalogu soċjali u l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil tal-politika huma kruċjali sabiex jitrawwem irkupru ġust u sostenibbli u jiġi appoġġat it-tkabbir inklużiv. F’diversi Stati Membri, il-ftehimiet kollettivi u d-djalogu soċjali għenu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tar-rispons soċjoekonomiku immedjat għall-kriżi tal-COVID-19, inklużi miżuri sabiex il-mudelli tax-xogħol jiġu adattati malajr, bħall-promozzjoni tat-telexogħol, u sabiex jiġu protetti s-saħħa, l-introjti u l-impjiegi tal-ħaddiema tal-ewwel linja u essenzjali. Il-konsultazzjoni tas-sħab soċjali fir-reazzjoni għall-kriżi baqgħet b’saħħitha f’dawk l-Istati Membri bi strutturi ta’ djalogu soċjali diġà żviluppati sew. Fi Stati Membri oħra, il-kriżi għarrqet l-involviment diġà limitat tas-sħab soċjali qabel l-emerġenza tas-saħħa. Sabiex jiġu żgurati t-tfassil u l-implimentazzjoni effettivi u bla xkiel tal-aġendi ta’ riforma u ta’ investiment tagħhom taħt il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza matul il-perjodu 2021-23, huwa kruċjali li l-Istati Membri jinvolvu ruħhom mas-sħab soċjali fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u għar-reżiljenza.

L-inugwaljanzi fl-edukazzjoni jpoġġu f’riskju l-koeżjoni soċjali u t-tkabbir inklużiv, filwaqt li jesiġu riformi sabiex is-sistemi edukattivi jsiru aktar inklużivi u jwasslu eżiti aħjar, jappoġġaw lil dawk l-aktar vulnerabbli u jinvestu fl-infrastruttura edukattiva, inkluża l-edukazzjoni diġitali. Tfal minn gruppi soċjoekonomiċi aktar batuti spiss jaffaċċjaw sfidi sinifikanti fil-livell edukattiv milħuq. Dawn juru parteċipazzjoni konsiderevolment aktar baxxa fl-edukazzjoni u fil-kura bikrija tat-tfal u ħafna drabi jonqsu milli jiksbu ħiliet bażiċi fil-qari fl-iskejjel sekondarji. Huma wkoll sottorappreżentati fl-edukazzjoni terzjarja, flimkien ma’ studenti minn żoni rurali, dawk b’diżabbiltajiet u dawk migranti mhux mill-UE. L-apprendiment mill-bogħod li ġie introdott matul il-lockdowns xeħet dawl fuq dawn l-iżvantaġġi: studenti minn sfond soċjoekonomiku aktar batut tipikament bdew b’ħiliet diġitali aktar baxxi, u ħafna drabi ma kellhomx aċċess għal kompjuters u għal konnessjonijiet tal-internet. Differenza bejn il-ġeneri qed tikber ukoll fil-ħiliet bażiċi u fil-livell edukattiv terzjarju milħuq, fejn is-subien imorru agħar mill-bniet. Hemm riskju li l-kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi ssarraf fi żvantaġġi matul il-ħajja tax-xogħol, anke fid-dawl tad-differenza diġà kbira fl-impjiegi bejn dawk b’livell baxx ta’ ħiliet baxxi u dawk b’livell għoli (29,1 pp fl-2019). Hemm rabta qawwija bejn il-prestazzjoni fl-edukazzjoni, is-suċċess fis-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà, li tenfasizza l-importanza ta’ edukazzjoni inklużiva sabiex jiġi żgurat irkupru ġust u tissaħħaħ ir-reżiljenza soċjali. Ir-riformi jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, il-prevenzjoni ta’ traċċar edukattiv bikri, l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ u ta’ skemi u ta’ servizzi finanzjarji mmirati għal skejjel, għal familji u għal żgħażagħ żvantaġġati, it-trawwim ta’ aċċess imtejjeb għall-edukazzjoni għat-tfal fil-bżonn, inkluża l-integrazzjoni ta’ studenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali f’kuntesti formali, u l-investiment fl-infrastruttura u fit-tagħmir.

   

L-iżvantaġġi soċjoekonomiċi għad għandhom impatt qawwi fuq il-parteċipazzjoni u fuq l-eżiti edukattivi

36,4 % tal-istudenti

bi sfond ekonomiku, soċjali u kulturali aktar baxx ma jirnexxilhomx jiksbu ħiliet bażiċi fil-qari 

11,3 pp 

id-distakk fil-parteċipazzjoni fl-ECEC għat-tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-2016

22,5 %

taż-żgħażagħ li twieldu barra mill-UE jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ (meta mqabbla ma’ 10,2 % fl-UE kollha)

Ir-rata ta’ lħuq ta’ livell insuffiċjenti fil-ħiliet tal-qari skont l-istatus ekonomiku, soċjali u kulturali (f’punti perċentwali ta’ dawk li għandhom 15-il sena, 2018)

Nota: ESCS tfisser status ekonomiku, soċjali u kulturali.

Sors: PISA 2018, OECD.

It-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid huma prijorità ewlenija sabiex jitrawwem irkupru inklużiv u jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi. Qabel il-kriżi, il-kumpaniji tal-UE semmew l-iskarsezza ta’ persunal kwalifikat bħala l-ewwel ostaklu għall-investiment. 20 Stat Membru ma laħqux il-mira ta’ 15 % tal-apprendiment għall-adulti fl-UE kollha sal-2020. L-adulti bi kwalifiki aktar baxxi jipparteċipaw anqas b’mod sinifikanti fl-apprendiment, għalkemm huma l-aktar li għandhom bżonnu. Kwart tal-adulti żgħażagħ ma għandhomx kwalifika li tagħti aċċess dirett għas-suq tax-xogħol. Xi setturi, bħall-ICT, jirrapportaw distakk kbir bejn il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-gradwati. F’ħafna Stati Membri għadu diffiċli wisq li wieħed jaċċessa aktar edukazzjoni u taħriġ wara li jħalli l-edukazzjoni formali, u l-validazzjoni tal-ħiliet għadha mhijiex żviluppata biżżejjed. Flimkien mal-isfidi l-ġodda għall-ħiliet li qed jitfaċċaw b’rabta mat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, dan jindika l-ħtieġa li tiġi appoġġata t-trasformazzjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali u terzjarja. L-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jistabbilixxu politiki għall-apprendiment tul il-ħajja, għat-titjib tal-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid, inkluż Patt għall-Ħiliet u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-ħiliet, it-tbassir, il-gwida u l-validazzjoni. Taħt l-inizjattiva emblematika “Taħriġ mill-Ġdid u Titjib tal-Ħiliet”, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa sabiex iressqu riformi u investiment fil-ħiliet, b’mod partikolari dawk diġitali, għall-finanzjament taħt il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’mod supplimentari u flimkien mal-finanzjament ipprovdut tradizzjonalment mill-Fond Soċjali Ewropew.

Hemm lok għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni fl-apprendiment għall-adulti bħala element ewlieni sabiex jiġu appoġġati l-iżvilupp tal-karriera u t-tranżizzjonijiet b’suċċess tal-impjiegi

28,3 pp

differenza fir-rati ta’ impjieg bejn ħaddiema b’livell baxx u dawk b’livell għoli ta’ ħiliet



6,5 pp

differenza fil-parteċipazzjoni fl-apprendiment għal ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet

F’ 20 Stat Membru

anqas minn 15 % tal-adulti ħadu sehem fl-apprendiment għall-adulti

Nofs l-adulti

jenħtieġ li jieħdu sehem fl-apprendiment għall-adulti fuq perjodu ta’ sena sal-2025, skont l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet (meta mqabbla ma’ 38 % fl-2016)

Rati ta’ impjieg skont il-livell edukattiv milħuq

( % ta’ persuni bejn il-25 u l-64 sena fl-2019)

Is-sehem ta’ adulti u ta’ adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki li jipparteċipaw fl-apprendiment ( % ta’ persuni bejn l-20 u l-64 sena fl-2019)

Sors: Eurostat.

Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-ħiliet diġitali. Matul il-pandemija, il-ħiliet diġitali kienu essenzjali għall-kontinwità tal-operat, għall-attivitajiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, kif ukoll sabiex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi, li jinkludu l-kura tas-saħħa, għal sehem kbir ta’ ċittadini tal-UE. Il-ħiliet diġitali se jkunu dejjem aktar importanti għall-parteċipazzjoni sħiħa fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetajiet tal-ġejjieni, kif ukoll sabiex jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Minkejja dan, il-progress fil-ħiliet diġitali baqa’ lura: għad li sar titjib modest, fl-2019 aktar minn erba’ persuni minn kull għaxra fl-UE ma kellhomx ħiliet diġitali bażiċi, b’mod partikolari dawk akbar fl-età u dawk b’livell baxx ta’ kwalifiki. Barra minn hekk, hemm nuqqas sistematiku ta’ esperti diġitali u ta’ persuni b’ħiliet diġitali avvanzati, sfida xprunata b’mod sinifikanti mis-sottorappreżentanza tan-nisa fost il-gradwati terzjarji fl-STEM u fl-impjiegi fis-settur tal-ICT. Għalkemm il-bniet imorru aħjar mis-subien fil-ħiliet diġitali f’età żgħira, huma jagħżlu l-mogħdijiet rispettivi tal-istudju jew tal-karriera b’rata ferm aktar baxxa mis-subien. Ir-riformi sabiex jissaħħu l-ħiliet diġitali jinkludu aġġornamenti tal-kurrikuli, l-introduzzjoni ta’ korsijiet tal-ICT fl-iskejjel primarji, it-tagħlim tal-ICT bħala dixxiplina fl-edukazzjoni sekondarja, l-appoġġ għall-għalliema u għall-ħarrieġa (inkluż kif jitħeġġu l-interess u l-aspirazzjonijiet tal-bniet), opportunitajiet ta’ apprendiment għall-adulti fil-ħiliet diġitali, miżuri mmirati sabiex iżidu l-attraenza tal-istudji fl-oqsma tal-STEM u tal-ICT (b’mod partikolari għall-bniet), il-kooperazzjoni msaħħa bejn in-negozji, iċ-ċentri tar-riċerka u l-akkademja, kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura u fit-tagħmir diġitali.

Id-diskrepanza fil-ħiliet diġitali għadha sinifikanti

46 % tal-persuni
bejn is-16 u l-74 ma kellhomx ħiliet diġitali bażiċi fl-2019

13,5-il miljun
post tax-xogħol vakanti kienu jeħtieġu ħiliet relatati mal-ICT fl-2018 u fl-2019

57 % 
tal-kumpaniji rrapportaw diffikultajiet

reklutaġġ ta’ speċjalisti tal-ICT fl-2019

50,9 %
tal-għalliema ma rċivewx taħriġ fl-ICT fl-edukazzjoni formali tagħhom

Individwi li għandhom ħiliet diġitali ġenerali bażiċi jew ogħla minn bażiċi (2019, punti perċentwali, persuni li għandhom bejn is-16 u l-74 sena)



Sors: Eurostat

B’mod ġenerali, l-inugwaljanza fl-introjtu naqset ftit matul dawn l-aħħar snin qabel il-pandemija tal-COVID-19, iżda żdiedet fil-livell inferjuri tad-distribuzzjoni tal-introjtu matul l-aħħar għaxar snin, u dan qajjem tħassib dwar l-inklużività tat-tkabbir ekonomiku. Bħala medja madwar l-UE, l-aktar 20 % sinjuri fost l-unitajiet domestiċi għandhom introjtu li jaqbeż b’madwar ħames darbiet dak tal-ifqar 20 %. Fis-snin li għaddew, l-inugwaljanza fl-introjtu żdiedet aktar fil-parti inferjuri tad-distribuzzjoni tal-introjtu (S50/S20) milli fil-parti superjuri (S80/S50). Skont stimi preliminari, l-istabbilizzaturi awtomatiċi u l-miżuri ta’ politika adottati sabiex tiġi ffaċċjata l-emerġenza s’issa naqqsu l-effett tal-COVID-19 fuq l-inugwaljanza. L-indirizzar tal-inugwaljanzi fl-introjtu jeħtieġ riformi mill-Istati Membri f’oqsma ta’ politika differenti, inkluż it-tfassil tas-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji tagħhom, il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi, l-inklużività u l-opportunitajiet indaqs fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (li jibdew minn età bikrija), u l-aċċess għal servizzi affordabbli u ta’ kwalità għal kulħadd. Jenħtieġ li tiġi żgurata l-valutazzjoni tal-impatti distributtivi tal-politiki, b’mod partikolari fir-rigward tal-politiki li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja.

Għalkemm dan l-aħħar naqset, l-inugwaljanza

żdiedet fil-parti inferjuri tad-distribuzzjoni tal-introjtu

5 darbiet
huwa l-proporzjon tal-proporzjon tas-sehem tal-introjtu tal-ogħla 20 % tal-introjti meta mqabbel mal-anqas 20 % fl-2019

21,4 %
huwa s-sehem tal-introjtu ggwadanjat mill-anqas 40 % tal-popolazzjoni, li juri żieda mill-2015 ’l hawn

Proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu (S80/S20) u diżaggregazzjoni

skont il-parti ta’ fuq u ta’ isfel tad-distribuzzjoni

Sors: komputazzjoni fuq id-data tal-Eurostat

Qabel il-kriżi tal-COVID-19, in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali kien qed jonqos għas-seba’ sena konsekuttiva, għalkemm il-progress bil-mod f’pajjiżi b’rati ogħla ta’ faqar jindika sfidi għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Fl-2019, madwar 92,4 miljun kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE), jiġifieri 2,3 miljun persuna anqas meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Sa mill-ogħla livell milħuq fl-2012, id-deprivazzjoni materjali estrema kienet il-komponent li tjieb l-aktar, segwit mis-sehem ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità tax-xogħol baxxa ħafna, minħabba l-prestazzjoni b'saħħitha tas-suq tax-xogħol qabel il-kriżi, filwaqt li t-tnaqqis fir-rata ta’ riskju ta’ faqar kien anqas evidenti. Madankollu, dawn l-iżviluppi pożittivi kienu qed juru xi tnaqqis fir-ritmu f’ħafna Stati Membri. Il-faqar fost dawk li jaħdmu u l-intensità tal-faqar kienu qed jonqsu bil-mod, inkluż għal persuni f’unitajiet domestiċi b’intensità tax-xogħol baxxa ħafna. Il-kriżi tal-COVID-19, biż-żieda assoċjata fil-qgħad u fl-inattività, tagħmel ferm improbabbli l-kisba tal-mira tal-Ewropa 2020 ta’ 20 miljun persuna anqas fil-faqar jew f’esklużjoni soċjali (meta mqabbla mal-2008). Is-sitwazzjoni attwali toħloq sfidi għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżgurar sostenibbli ta’ introjtu adegwati u tal-provvista ta’ servizzi ta’ kwalità speċjalment għal dawk kollha li l-aktar għandhom bżonnhom.

Il-faqar baqa’ għoli għall-aktar gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari għall-familji bit-tfal, għall-persuni b’diżabbiltà u għal dawk li ma twildux fl-UE, li lkoll intlaqtu b’mod sproporzjonat mill-kriżi tal-COVID-19. Is-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-protezzjoni soċjali, b’mod partikolari s-servizzi soċjali, tqiegħdu taħt pressjoni bla preċedent, li kompliet taggrava l-isfidi għall-persuni fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli. Filwaqt li naqas f’dawn l-aħħar ftit snin, ir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali għat-tfal (taħt it-18-il sena) baqa’ 1 pp ogħla minn dak għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, u kien għoli ħafna f’xi Stati Membri. Minbarra livelli ta’ introjtu adegwati, l-aċċess għas-servizzi, li jinkludu l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, għandu rwol ewlieni fl-appoġġ tal-familji bit-tfal, u jiżgura opportunitajiet indaqs fil-ħajja. Fl-2021, il-Kummissjoni se tipproponi Garanzija Ewropea għat-Tfal sabiex tipprovdi qafas għal azzjoni fil-livell tal-UE. Il-persuni b’diżabbiltà u dawk li twieldu barra mill-UE, it-tnejn li huma esposti għal riskji ogħla ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali, ukoll jeħtieġu appoġġ imsaħħaħ. L-Istrateġija l-ġdida dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà li se titnieda mill-Kummissjoni fl-2021 se jkollha l-għan li tippromwovi l-inklużjoni ekonomika u soċjali tal-persuni b’diżabbiltà. Hija mistennija tiffoka fuq firxa wiesgħa ta’ oqsma, li jinkludu l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-protezzjoni soċjali adegwata, l-aċċessibbiltà u n-nondiskriminazzjoni. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jtenni d-dritt ta’ aċċess tal-persuni għal servizzi ta’ kwalità. It-tisħiħ tal-aċċess għas-servizzi, li jinkludu s-servizzi soċjali u s-servizzi tal-komunità u dawk ibbażati d-dar għall-għajxien indipendenti u għall-inklużjoni fil-komunità, se jkun rifless f’numru ta’ inizjattivi u ta’ flussi ta’ ħidma pendenti tal-Kummissjoni, bħall-istrateġiji msemmija u l-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni għall-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni.

Ir-rata ta’ AROPE kienet qed tonqos qabel

il-kriżi tal-COVID-19, għalkemm bil-mod

92,4 miljun
persuna f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-EU-27 fl-2019, 2,3 miljun anqas milli fl-2018

22,5 % tat-tfal
jinsabu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali 

9 % tal-ħaddiema
jinsabu f’riskju ta’ faqar

Ir-rata tar-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali

u s-subkomponenti tagħha fl-UE



Sors: Eurostat

Filwaqt li l-kostijiet tal-abitazzjoni għadhom għoljin ħafna għal sehem kbir ta’ unitajiet domestiċi, il-kriżi teħtieġ azzjoni sabiex jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli. Ewropew minn kull għaxra huwa affettwat minn piż żejjed tal-kostijiet tal-abitazzjoni. L-unitajiet domestiċi bl-anqas introjtu u n-nies li jgħixu fil-bliet huma l-aktar affettwati. Il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar, l-aktar forma estrema ta’ esklużjoni mill-abitazzjoni, żdied tul l-aħħar għaxar snin f’ħafna mill-Istati Membri. Il-kriżi tas-saħħa kompliet tixħet dawl fuq dawn id-diffikultajiet fl-abitazzjoni. Ħafna Stati Membri ħadu miżuri ta’ emerġenza sabiex jipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli, inkluż billi pprovdew akkomodazzjoni ta’ emerġenza għall-persuni mingħajr dar. Ir-riformi tal-Istati Membri jenħtieġ li jiffokaw b’mod partikolari fuq l-investiment fir-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjonijiet residenzjali u soċjali u fuq iż-żieda tal-aċċess għal dawn tal-aħħar.

Il-kriżi tal-COVID-19 tfakkar bil-qawwa l-importanza tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u r-rwol tagħhom fil-mitigazzjoni tal-effetti ekonomiċi u soċjali ta’ tnaqqis fl-attività ekonomika. Il-kriżi tal-COVID-19 x’aktarx li żżid in-numru ta’ persuni li jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad u appoġġ ieħor għall-introjtu, u b’hekk tixħet pressjoni fuq il-kapaċità tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħna. Il-pajjiżi estendew u żiedu l-iskemi eżistenti, u espandew il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tagħhom fuq bażi temporanja. F’fażi ta’ rkupru, huma meħtieġa sforzi sostnuti sabiex il-protezzjoni soċjali għal kulħadd tinżamm u tissaħħaħ b’mod sostenibbli. Filwaqt li tibni fuq ir-reazzjoni għall-kriżijiet, il-protezzjoni ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ħaddiema mhux standard jenħtieġ li tittejjeb aktar fuq bażi strutturali, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni dwar l-Aċċess għall-protezzjoni soċjali. Ir-riformi jenħtieġ li jindirizzaw, fost l-oħrajn, il-kopertura, l-adegwatezza, it-trasferibbiltà tad-drittijiet tal-protezzjoni soċjali, u l-appoġġ għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li jistgħu jaħdmu.

Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-livell ta’ introjtu minimu

jaqa’ taħt is-soll tal-faqar

Bħala medja, it-trasferimenti soċjali (esklużi l-pensjonijiet) inaqqsu l-faqar bi 32,7 %

63,9 %
tal-popolazzjoni tal-UE f’riskju ta’ faqar irċiviet xi tip ta’ benefiċċju fl-2018

Introjtu nett ta’ dawk li jaqilgħu l-introjtu minimu (sena tal-introjtu: 2018)

Sors: komputazzjoni fuq data tal-OECD u tal-Eurostat

Il-COVID-19 poġġiet is-sistemi tas-saħħa u tal-kura fit-tul tal-Istati Membri taħt stress bla preċedent. Il-kapaċità ta’ reazzjoni għall-kriżijiet tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħna spiss tqiegħdet taħt pressjoni u l-isfidi strutturali eżistenti relatati mal-effettività, mal-aċċessibbiltà u mar-reżiljenza tal-kura tas-saħħa ġew aggravati. Dawn huma relatati, pereżempju, ma’ finanzjament insuffiċjenti għall-investimenti fis-saħħa (inklużi t-tħejjija u r-reazzjoni għall-kriżijiet), il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni limitati tal-kura, il-kura primarja dgħajfa u l-ostakli persistenti għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-ħtiġijiet mhux issodisfati għall-kura medika. Diffikultajiet bħal dawn affettwaw ħafna lil dawk l-aktar vulnerabbli. Kif imsemmi aktar ’il fuq, il-pandemija enfasizzat ukoll in-nuqqasijiet f’ċerti professjonijiet tas-saħħa u l-importanza li jiġu adattati jew jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħiliet tagħhom. Ir-riformi jenħtieġ li jkopru b’mod partikolari t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri (b’mod partikolari l-kapaċità ta’ ġestjoni taż-żidiet f’daqqa u tal-kriżijiet), koordinazzjoni aħjar bejn il-kura għal pazjenti fl-isptar, għal pazjenti ta’ barra u dik primarja, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema tas-saħħa u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, is-saħħa diġitali u t-tnaqqis tal-ħlas mill-but. Is-sistemi tal-kura fit-tul ġew affettwati wkoll b’mod qawwi mill-pandemija, b’rabta mal-vulnerabbiltà għolja tal-utenti u tal-persunal tagħhom għall-COVID-19. L-isfidi għas-sistemi tal-kura fit-tul – li jvarjaw minn sitwazzjonijiet diffiċli għall-ħaddiema u għall-persuni li jindukraw b’mod informali, id-diskontinwità tas-servizzi u kwistjonijiet ta’ kapaċità – saru evidenti. Ir-riformi jenħtieġ li jkopru, fost l-oħrajn, miżuri preventivi bħat-tixjiħ attiv u f’saħħtu, u miżuri reattivi bħall-istabbiliment ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura soċjali integrati kif xieraq, l-espansjoni tal-aċċess u tal-kopertura, b’mod partikolari għall-kura fid-djar u għas-servizzi bbażati fil-komunità, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol u l-għoti ta’ appoġġ għas-servizzi ta’ kura integrata u tal-għajxien indipendenti.

F’diversi Stati Membri, il-livelli tal-introjtu jaffettwaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa

1,8 %

tal-popolazzjoni tal-UE rrapportat ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati fl-2019, qabel il-kriżi tal-COVID-19

fi 11-il SM 

il-ħlas mill-but jammonta għal aktar minn 20 % tan-nefqa fuq is-saħħa

Ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati għal eżami mediku

skont il-livell ta’ introjtu, 2019

Sors: komputazzjoni fuq id-data tal-Eurostat

It-tibdil demografiku jkompli joħloq sfidi fit-tul għas-sistemi tal-pensjonijiet. L-adegwatezza tal-pensjonijiet baqgħet ġeneralment stabbli fl-2019. L-introjtu mill-pensjonijiet iddeterjora kemxejn meta mqabbel mal-introjtu mix-xogħol, filwaqt li s-sehem ta’ persuni anzjani li jsofru minn deprivazzjoni materjali estrema kompla jonqos. Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet għadha kbira, minkejja tnaqqis gradwali matul dawn l-aħħar għaxar snin. L-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi u l-introjtu mix-xogħol, b’mod partikolari għall-ħaddiema mhux standard u għal dawk li jaħdmu għal rashom, iżid mar-riskji għall-adegwatezza tal-pensjonijiet fuq medda itwal ta’ żmien. Ir-riformi jenħtieġ li jkollhom l-għan li jibnu sistemi tal-pensjonijiet inklużivi u sostenibbli, li jipprovdu aċċess adegwat u opportunitajiet ta’ tfaddil kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa u għall-persuni f’tipi differenti ta’ kuntratti u ta’ attivitajiet ekonomiċi, filwaqt li jiżguraw introjtu minimu adegwat fix-xjuħija.

L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw l-isfidi tal-impjiegi, tal-ħiliet u tal-politika soċjali identifikati f’dan ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi. L-analiżi ppreżentata fir-rapport tenfasizza numru ta’ oqsma prijoritarji għar-riformi u għall-investimenti. Dawn jenħtieġ li jkollhom l-għan li jrawmu l-ħolqien tal-impjiegi, jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet mill-qgħad għall-impjiegi u bejn is-setturi, itejbu r-reżiljenza ekonomika u soċjali u jtaffu l-impatt soċjali u fuq l-impjiegi tal-kriżi. Il-finanzjament tal-UE, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (bir-riżorsi addizzjonali disponibbli minn REACT-EU) u l-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri sabiex iħaffu l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ politika f’dawn l-oqsma. F’konformità mal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi, l-Istati Membri huma mistiedna:

-Iżommu fis-seħħ skemi ta’ xogħol għal żmien qasir sakemm ikun meħtieġ u jikkombinawhom ma’ skemi ta’ titjib tal-ħiliet/ta’ taħriġ mill-ġdid; hekk kif il-kundizzjonijiet jippermettu, jintroduċu appoġġ għar-riallokazzjoni tal-ħaddiema (eż. permezz ta’ inċentivi ta’ reklutaġġ imfassla tajjeb) b’mod partikolari lejn ekonomija ekoloġika u diġitali, filwaqt li jipproteġu lill-ħaddiema matul it-tranżizzjoni;

-Jiżguraw li l-ambjenti tax-xogħol ikunu sikuri u adattati sew għar-rekwiżiti l-ġodda tat-tbegħid soċjali, u li l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu disponibbli b’mod wiesa’;

-Itejbu l-appoġġ għas-suq tax-xogħol u l-opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet sabiex tiġi indirizzata ż-żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-apprendistati (b’mod partikolari fl-SMEs), is-sussidji għar-reklutaġġ, l-infrastruttura tal-apprendiment, it-teknoloġija u t-tagħmir;

-Jinvestu fis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, b’mod partikolari sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom, jimmodernizzaw l-infrastruttura tal-ICT tagħhom, isaħħu s-sistemi ta’ tfassil ta’ profili, u jipprovdu lill-persunal b’ħiliet adegwati;

-Jippromwovu n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali; jekk ikun hemm pagi minimi statutorji fis-seħħ, jiżguraw kundizzjonijiet sabiex dawn jiġu stabbiliti f’livelli adegwati, permezz ta’ kriterji ċari u stabbli, u permezz ta’ aġġornamenti regolari u f’waqthom, u b’involviment effettiv tas-sħab soċjali;

-Ir-riforma tar-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol, kif ukoll is-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji, sabiex jiżguraw li s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol titnaqqas u l-irkupru jagħti spinta lill-impjiegi ta’ kwalità; jiżguraw li l-ħaddiema f’forom ta’ xogħol mhux standard u dawk li jaħdmu għal rashom jiksbu aċċess għall-protezzjoni soċjali;

-Jinvestu fit-taħriġ mill-ġdid u fit-titjib tal-ħiliet, b’mod partikolari fil-ħiliet diġitali, billi jsaħħu s-sistemi tal-ETV, jappoġġaw sħubijiet bejn diversi partijiet konċernati pubbliċi u privati fuq skala kbira skont il-Patt għall-Ħiliet, jipprovdu inċentivi akbar lin-negozji u lill-ħaddiema sabiex jinvolvu ruħhom fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid, jinvestu fl-infrastruttura u fit-tagħmir, inkluż dawk diġitali, jappoġġaw lill-għalliema u lill-ħarrieġa; jiżguraw aċċess ugwali għall-edukazzjoni u għat-taħriġ;

-Jinvestu fi protezzjoni soċjali sostenibbli għal kulħadd, billi jappoġġaw ir-riformi sabiex iżommu u jsaħħu l-livelli ta’ protezzjoni, u jtejbu l-protezzjoni ta’ dawk li mhumiex koperti; jiżguraw benefiċċji adegwati, trasferibbiltà tad-drittijiet, aċċess għas-servizzi u appoġġ għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li jistgħu jaħdmu; jinvestu fil-kwalità u fl-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal (ECEC) u tas-servizzi tal-kura fit-tul; jivvalutaw l-impatti distributtivi tal-politiki;

-Jinvestu fir-rinnovament tal-akkomodazzjonijiet residenzjali u soċjali; jiffaċilitaw l-aċċess għal akkomodazzjonijiet soċjali u affordabbli fejn xieraq;

-Jinvestu fil-kapaċità tas-sistema tal-kura tas-saħħa inkluża l-kapaċità għaż-żidiet f’daqqa, il-kura primarja, il-koordinazzjoni tal-kura, il-persunal tal-kura tas-saħħa u l-e-Saħħa. Inaqqsu l-ħlasijiet mill-but, itejbu l-kopertura tal-kura tas-saħħa u jippromwovu t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema tas-saħħa.


1.ĦARSA ĠENERALI LEJN IX-XEJRIET U L-ISFIDI SOĊJALI U TAS-SUQ TAX-XOGĦOL FL-UNJONI EWROPEA 

Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet u l-isfidi soċjali u tas-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea fil-livell aggregat.

1.1 Xejriet tas-suq tax-xogħol

It-tkabbir ekonomiku kompla jsostni l-ħolqien tal-impjiegi fl-2019, għalkemm b’pass aktar bil-mod milli fis-snin li għaddew. Fir-raba’ trimestru tal-2019, 209,3 miljun persuna kellhom impjieg fl-EU-27 (1,9 miljun aktar mir-raba’ trimestru tal-2018), l-ogħla livell li qatt intlaħaq. Il-ħaddiema akbar fl-età u dawk b’livell għoli ta’ ħiliet komplew ikunu l-xprunaturi ewlenin tat-tkabbir fl-impjiegi f’dan il-perjodu, u appoġġaw iż-żieda fir-rata ġenerali ta’ impjieg ta’ persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għal 73 % fl-2019. Il-qgħad laħaq livell baxx rekord ta’ 6,5 % fir-raba’ trimestru tal-2019. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u fit-tul kien qed jonqos ukoll, għalkemm kien għadu għoli f’xi Stati Membri.

Il-kriżi tal-COVID-19 reġġgħet lura x-xejra pożittiva fl-impjiegi tal-aħħar sitt snin fl-EU-27. Ir-reċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija kellha impatt qawwi fuq is-suq tax-xogħol. L-impjiegi totali naqsu b’pass mgħaġġel matul l-ewwel żewġ trimestri tal-2020, u niżlu għal 203,1 miljuni fit-tieni trimestru tal-2020. B’madwar 6,1 miljun (jew 2,9 %) anqas persuni impjegati, dan kien l-akbar tnaqqis li qatt ġie osservat fuq żewġ trimestri suċċessivi mill-1995 ’l hawn. F’termini annwali, wara li żdiedu b’1 % fl-2019, l-impjiegi totali huma mistennija li jonqsu b’4,5 % fl-2020 u mbagħad jirkupraw 1,8 % fl-2021, b’riskji negattivi kbar għat-tbassir li jiddependu minn kif se tevolvi l-pandemija.

Ir-rata ta’ impjieg ta’ persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena naqset minkejja r-rispons rapidu tal-politika u l-miżuri meħuda sabiex jitrażżan it-telf ta’ impjiegi. Fl-2019, ir-rata ta’ impjieg fl-EU-27 kompliet tiżdied għal medja ta’ 73,1 % (72,7 % fiż-żona tal-euro), 0,7 pp aktar milli fl-2018 (kemm għall-UE kif ukoll għaż-żona tal-euro; Figure 1 ). Madankollu, wara li laħqet l-ogħla livell ta’ 73,3 % fit-tieni trimestru tal-2019, bdiet tonqos bil-mod fit-tieni parti tas-sena. Hekk kif faqqgħet il-kriżi tal-COVID-19, ir-rata ta’ impjieg naqset għal 72 % fit-tieni trimestru tal‑2020 , li huwa 1,1 punt perċentwali (pp) anqas minn dawk fir-raba’ trimestru tal-2019 u 1,3 pp taħt il-livell osservat fit-tieni trimestru tal‑2019. Fiż-żona tal-euro, it-tnaqqis kien aktar evidenti, bir-rata ta’ impjieg li laħqet il-71,4 % fit-tieni trimestru tal-2020, rispettivament 1,2 pp u 1,5 pp anqas mir-raba’ trimestru tal-2019 u mit-tieni trimestru tal-2019. Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa naqset b’mod anqas sinifikanti (b’0,9 pp fl-EU-27 u b’pp 1 fiż-żona tal-euro) minn dik tal-irġiel (b’1,1 pp u b’1,3 pp, rispettivament), għalkemm id-distakk għadu b’mod ġenerali fil-livelli ta’ qabel il-pandemija (kien ta’ 11,7 pp fl-2019 u għadu qrib il-11,4 pp fit-tieni trimestru tal-2020). Wara sitt snin ta’ żviluppi pożittivi fl-ilħuq tal-mira ta’ 75 % tal-Ewropa 2020, ir-rata ta’ impjieg bdiet titbiegħed minnha, filwaqt li għad hemm inċertezza għolja fir-rigward ta’ żviluppi ulterjuri fl-attività ekonomika u fir-riperkussjonijiet relatati fuq l-impjiegi.

Illustrazzjoni 1: Il-pandemija pproduċiet xokk kbir fis-suq tax-xogħol, li temm perjodu ta’ 6 snin konsekuttivi ta’ prestazzjoni pożittiva

Ir-rati ta’ impjieg u tal-qgħad fl-UE u fiż-żona tal-euro

*medja tal-ewwel trimestru tal-2020 u tat-tieni trimestru tal-2020, aġġustata skont l-istaġun.

Sors: Eurostat, LFS.

Il-kriżi rriżultat f’impatt moderat fuq ir-rati tal-qgħad madwar l-Ewropa, meta mqabbla mal-kobor tax-xokk fuq il-PDG. Ir-rata tal-qgħad kompliet tonqos matul l-2019 kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro ( Figure 1 ). Fit-tieni trimestru tal-2020, 6,7 % tal-popolazzjoni attiva kienet qiegħda, li hija 0,2 pp taħt ir-raba’ trimestru tal-2019 (l-aktar livell baxx li qatt ġie rreġistrat fl-EU-27) u fl-istess livell bħal fit-tieni trimestru tal-2019. Fiż-żona tal-euro, ir-rata tal-qgħad kienet ogħla, 7,3 % fit-tieni trimestru tal-2020, l-istess bħal fir-raba’ trimestru tal-2019, iżda 0,2 pp anqas mit-tieni trimestru tal-2019. Id-differenzi xorta waħda huma sinifikanti meta wieħed iħares lejn id-diżaggregazzjoni skont il-gruppi ta’ età. Ir-rata tal-qgħad żdiedet b’mod partikolari għaż-żgħażagħ (15-24 sena), wara tnaqqis fl-2019 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020, żdiedet b’1,2 pp fl-EU-27 u b’1,1 pp fiż-żona tal-euro. Għall-kuntrarju, il-qgħad fil-fatt naqas għal dawk bejn 55 u 74 sena (-0,4 pp u -0,5 pp, rispettivament). Meta wieħed iħares lejn id-data ta’ kull xahar, ir-rata ġenerali tal-qgħad segwiet żieda kostanti minn mindu faqqgħet il-pandemija, u laħqet is-7,5 % fl-EU-27 (8,3 % fiż-żona tal-euro) f’Settembru li għadda. B’riżultat ta’ dan, 16-il miljun persuna kienu qiegħda fl-EU-27 f’dak il-punt, madwar 1,8 miljun aktar milli fl-istess xahar tal-2019 (13,6-il miljun u 1,4 miljun rispettivament fiż-żona tal-euro). Żewġ raġunijiet ewlenin jistgħu jispjegaw din ir-reazzjoni batuta tal-qgħad. L-ewwel nett, it-tnaqqis sinifikanti fis-sigħat maħduma għal kull persuna impjegata (l-aktar bis-saħħa tal-adozzjoni rapida ta’ miżuri ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar) u r-restrizzjonijiet fuq is-sensji imposti f’diversi Stati Membri għenu sabiex titrażżan il-qerda tal-impjiegi. It-tieni, is-severità tax-xokk ekonomiku ġiegħlet lil ħafna nies qiegħda jidħlu f’inattività (effett ta’ “ħaddiem skoraġġut”). Madankollu, hemm eteroġenità sinifikanti fl-Istati Membri kollha (ara l- Figure 2 u t-Taqsima 3.1.1). Fil-livell ta’ 2 % tal-popolazzjoni attiva fit-tieni trimestru tal-2020, il-qgħad fit-tul laħaq l-aktar livell baxx li qatt deher fl-EU-27 (2,4 % fiż-żona tal-euro). L-impatt potenzjali tal-kriżi fuq dan l-indikatur se jkun viżibbli biss wara ċertu żmien.

Is-sigħat totali maħduma raw tnaqqis qawwi fil-biċċa l-kbira relatat mal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konteniment għall-ġlieda kontra l-pandemija. Il-COVID-19 kisret xejra pożittiva li kienet bdiet mal-irkupru fl-2013. In-numru totali ta’ sigħat maħduma fl-ekonomija żdied sa massimu ta’ madwar 85 biljun fir-raba’ trimestru tal-2019. Imbagħad waqa’ f’daqqa (trimestru wara trimestru) bi 3,1 % fl-ewwel trimestru tal-2020 u b’10,7 % fit-tieni trimestru tal-2020. In-numru ta’ sigħat maħduma għal kull persuna impjegata fl-EU-27, li diġà kien qabad xejra ta’ tnaqqis ( Figure 2 ), naqas bi 2,7 % fl-ewwel trimestru tal-2020 u b’10,1 % fit-tieni trimestru tal-2020 (tibdil minn trimestru għal ieħor). Dan it-tnaqqis qawwi huwa dovut l-aktar għall-użu estensiv ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew ta’ sensja temporanja, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-għoti tas-sensji imposti minn diversi Stati Membri sabiex jgħinu fil-preservazzjoni tal-impjiegi. Madankollu, it-tfixkil fl-impjiegi ġġenerat mill-pandemija jista’ jkollu wkoll impatt sostnut fuq is-sigħat maħduma. Xejriet fit-tul bħal sehem għoli ta’ xogħol part-time, ta’ xogħol fuq talba fuq pjattaformi diġitali u ta’ tibdil okkupazzjonali aktar strutturali lejn setturi anqas intensivi fix-xogħol jistgħu jgħarrqu din ix-xejra.

Illustrazzjoni 2: Ix-xejriet fl-impjiegi u fis-sigħat maħduma ġew affettwati severament mill-pandemija

Tkabbir fl-impjiegi (15-64) u sigħat maħduma għal kull persuna impjegata fl-EU-27 u fiż-żona tal-Euro (tibdil kumulattiv, data trimestrali – indiċi tar-raba’ trimestru tal-2008 = 100)

Sors: Eurostat, Kontijiet nazzjonali, data aġġustata skont l-istaġun u l-kalendarju (kalkoli tad-DĠ EMPL).

Il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol naqset drastikament matul il-pandemija. Wara li żdiedet sa massimu ta’ 78,4 % fl-EU-27 u 78,8 % fiż-żona tal-euro fit-tieni trimestru tal-2019, ir-rata ta’ attività għall-grupp ta’ età ta’ 20-64 niżlet rispettivament għal 77 % u għal 76,9 % fit-tieni trimestru tal-2020, b’differenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi. Ir-rati ta’ attività naqsu, flimkien mar-rati ta’ impjieg, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (ara Figure 3 u l-Kapitolu 3.1). Dan it-tnaqqis ma rax differenzi sostanzjali skont il-ġeneri (-1,4 pp fl-EU-27 u -1,9 pp fiż-żona tal-euro għall-irġiel, meta mqabbel ma’ -1,5 pp u -1,8 pp rispettivament għan-nisa). Madankollu, dan affettwa aktar il-koorti żgħażagħ (15-24) meta mqabbla ma’ ħaddiema akbar fl-età (55-64).

Illustrazzjoni 3: L-impatt tal-pandemija nħass b’mod differenti fl-Istati Membri kollha

Ir-rati ta’ impjieg, tal-qgħad u tal-attività fl-EU-27: tibdil kumulattiv (f’pp) bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020

Sors: Eurostat, LFS. Data aġġustata skont l-istaġun, mhux aġġustata skont il-kalendarju.

Ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti naqset b’mod sinifikanti, wara li diġà kienet bdiet tonqos qabel il-kriżi tal-COVID-19. Il-kurva ta’ Beveridge ( Figure 4 ) turi tnaqqis qawwi fin-numru ta’ postijiet tax-xogħol vakanti flimkien ma’ żieda żgħira fil-qgħad (15-74 sena). Fl-EU-27, ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti kienet ta’ 1,6 % fit-tieni trimestru tal-2020, minn 1,9 % fl-ewwel trimestru tal-2020 u minn 2,3 % fit-tieni trimestru tal-2019. Dawn l-aħħar żviluppi jmorru kontra ż-żidiet moderati, għalkemm kostanti, fir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti osservati bejn l-2014 u l-bidu tal-2019 (minn 1,3 % fl-ewwel trimestru tal-2014 għal 2,3 % fl-ewwel trimestru tal-2019), qabel il-kriżi. F’dan il-kuntest ġdid, tqabbil aħjar tal-ħaddiema u tal-impjiegi huwa mistenni li jkollu rwol ewlieni fil-ħolqien ta’ swieq tax-xogħol reżiljenti u kompetittivi (ara t-Taqsima 3.3). Filwaqt li s-sitwazzjoni tvarja sostanzjalment bejn l-Istati Membri f’termini ta’ domanda għax-xogħol, il-kapaċità li jiġu identifikati u ssir tħejjija għat-tibdil fil-ħtiġijiet b’rabta mal-ħiliet se taffettwa b’mod importanti l-evoluzzjoni tar-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti fil-perjodu ta’ wara l-kriżi.

Illustrazzjoni 4: Il-postijiet tax-xogħol vakanti jonqsu filwaqt li l-qgħad jiżdied b’mod moderat

Il-kurva ta’ Beveridge għall-UE, 2008-2020, data trimestrali

Sors: Eurostat, LFS u statistiki dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti.

Nota: Data aġġustata skont l-istaġun (ħlief ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti għall-2008 u għall-2009).

Ix-xokk ekonomiku affettwa l-impjiegi fis-setturi kollha, għalkemm b’differenzi importanti bejn l-attivitajiet ekonomiċi. L-attivitajiet ekonomiċi kollha ħlief il-kostruzzjoni (klassifikazzjoni NACE) raw tnaqqis fl-impjiegi bejn it-tieni trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020. F’termini assoluti, “negozju bl-ingrossa u bl-imnut, akkomodazzjoni u trasport” kienu l-aktar attivitajiet affettwati fl-EU-27 (2,8 miljun persuni anqas impjegati meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019; tnaqqis b’5,5 %), segwiti minn “attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi” (jiġifieri servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ), b’miljun persuna anqas impjegati meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019 (tnaqqis ta’ 3,6 %). F’termini relattivi, l-attivitajiet tal-“arti, divertiment u rikreazzjoni” u tal-“agrikoltura, forestrija u sajd” raw l-akbar tnaqqis (b’5 % u b’4,3 %, rispettivament). Fil-każ tal-agrikoltura, l-impatt tal-pandemija fuq l-impjiegi seta’ aċċellera x-xejra ta’ tnaqqis fit-tul tagħha. In-numru ta’ persuni impjegati fil-kostruzzjoni xorta waħda wera żieda żgħira meta mqabbel mat-tieni trimestru tal-2019 (b’0,4 %).

Iż-żgħażagħ huma fost l-aktar affettwati mid-deterjorament tas-suq tax-xogħol, għalkemm b’differenzi kbar bejn l-Istati Membri. Fl-2019 ir-rata ta’ impjieg taż-żgħażagħ (15-24) żdiedet sa 33,5 % fl-EU-27, 0,6 pp aktar mill-2018 (34 % u 0,6 pp fiż-żona tal-euro). Hekk kif bdiet il-kriżi tal-COVID-19, din naqset b’1,6 pp fis-sena sat-tieni trimestru tal-2020, u niżlet għal 31,2 % (-1,5 pp fiż-żona tal-euro, tnaqqis għal 31,8 % fit-tieni trimestru tal-2020). Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24), li qabel laħqet il-minimu fl-2019, żdiedet b’1,4 pp fl-EU-27 (b’1,2 pp fiż-żona tal-euro) bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020. B’mod ġenerali, 2,8 miljun żagħżugħ u żagħżugħa kienu qiegħda fl-UE fit-tieni trimestru tal-2020, u dan in-numru jespandi għal 5,4 miljun meta jitqiesu dawk kollha li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET). Ir-rata ta’ NEETs trimestrali żdiedet sa 11,6 % fl-UE u sa 12 % fiż-żona tal-euro fit-tieni trimestru tal-2020 (minn minimu ta’ 9,8 % u ta’ 9,9 %, rispettivament, fit-tieni trimestru tal-2019).

Il-ħaddiema akbar fl-età rnexxielhom ikampaw aħjar bl-impatt tal-pandemija f’termini tal-eżiti tas-suq tax-xogħol. Ir-rata ta’ attività tal-ħaddiema akbar fl-età (fl-età ta’ 55-64 sena) kompliet tiżdied matul l-2019. Din kienet ta’ 62,2 % fit-tieni trimestru tal-2020, bi tnaqqis żgħir biss (0,2 pp) meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019, iżda xorta waħda 9,3 pp ogħla mit-tieni trimestru tal-2013, meta beda l-irkupru preċedenti. Ir-rata tal-qgħad (55-74) baqgħet f’livelli baxxi u b’xejra ta’ tnaqqis kostanti (4,4 % fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbla ma’ 4,8 % sena qabel), li possibbilment jindika effett ta’ skoraġġiment fost persuni akbar fl-età li qed ifittxu impjieg. Għall-kuntrarju, ir-rata ta’ impjieg (55-64), ta’ 59,2 % fit-tieni trimestru tal-2020 (wara żieda kostanti b’10,6 pp mit-tieni trimestru tal-2013), baqgħet relattivament aħjar milli għal gruppi ta’ età oħra, mingħajr ebda tibdil, pereżempju, meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019 (filwaqt li n-numru ta’ żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena f’impjieg naqas b’2,5 pp matul l-istess perjodu). Ir-rata ta’ impjieg tal-adulti ta’ età primarja (25-54) naqset b’1,1 pp, u dan irriżulta f’rata ta’ impjieg ta’ 79,4 % fit-tieni trimestru tal-2020.

Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa ntlaqtet mix-xokk tal-COVID-19 ftit anqas minn dik tal-irġiel, iżda d-differenzi bejn il-ġeneri jippersistu u jeħtieġu monitoraġġ tul iż-żmien li ġej. Fl-2019, ir-rata ta’ impjieg tan-nisa żdiedet għal 67,3 %, 0,8 pp aktar mis-sena preċedenti. Fit-tieni trimestru tal-2020, ir-rata ta’ impjieg tan-nisa wriet tnaqqis aktar moderat (‑1 pp meta mqabbla mal-ewwel trimestru tal-2020 u -1,2 pp meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019) milli għall-irġiel (-1,3 pp u -1,5 pp, rispettivament). Madankollu, dawn l-iżviluppi riċenti ma naqqsux b’mod sinifikanti d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi, li kienet ta’ 11,4 pp fit-tieni trimestru tal-2020 (kemxejn anqas mill-11,7 pp reġistrati fit-tieni trimestru tal-2019. L-impatt tal-kriżi fuq l-eżiti tal-impjiegi skont il-ġeneru jeħtieġ monitoraġġ mill-qrib, peress li t-tnaqqis fid-distakk jista’ jkun dovut għal impatt aktar sinifikanti, u temporanju, tal-pandemija fuq l-impjieg tal-irġiel aktar milli żieda fl-involviment tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Id-differenza fl-impjiegi naqset għal 11,5 pp għan-nisa ta’ bejn il-25 u d-49 sena fit-tieni trimestru tal-2020, filwaqt li kienet ta’ 13 pp għal dawk li għandhom bejn 55 u 64 sena. Id-differenza kienet ta’ 22,1 pp għal nisa b’livell baxx ta’ ħiliet fl-2019, ogħla b’mod sinifikanti minn dik għal nisa b’livell medju ta’ ħiliet (12,1 pp) u għal nisa b’livell għoli ta’ ħiliet (6,4 pp).

Ir-rata ta’ impjieg ta’ persuni li twieldu barra mill-UE kienet affettwata bil-qawwa mill-pandemija. Qabel il-kriżi, dan l-indikatur (fil-grupp ta’ età 20-64) żdied b’mod stabbli sal-2019. Imbagħad niżel għal 60,8 % fit-tieni trimestru tal-2020 (3,6 pp anqas mit-tieni trimestru tal-2019), li jikkorrispondi għal tnaqqis f’termini assoluti ta’ 1,4 miljun persuna (minn 16,2 miljun fit-tieni trimestru tal-2019 għal 14,8 miljun fit-tieni trimestru tal-2020) u kważi ta’ 9 % f’termini relattivi.

Għalkemm qed jonqos, in-numru ta’ ħaddiema f’impjieg mhux standard għadu mdaqqas, u dan jinvolvi vulnerabbiltà individwali u soċjali għall-aġġustamenti fis-suq tax-xogħol. Min-numru totali ta’ impjegati (fl-età ta’ 15-64 sena) fl-EU-27 fl-2019 (167 miljun), kważi 85 % kienu impjegati b’kuntratt permanenti (+1,3 % meta mqabbla mal-2018), filwaqt li l-25,2 miljun li jifdal kienu taħt kuntratt ta’ terminu limitat (-1,3 % meta mqabbla mal-2018). It-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema temporanji ġie aċċentwat mill-pandemija. Madwar 21,2 miljun ħaddiem (15-64 sena, aġġustati skont l-istaġun) kienu taħt kuntratti temporanji fl-EU-27 fit-tieni trimestru tal-2020, tnaqqis ta’ 4,1 miljun meta mqabbla ma’ sena qabel. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem tal-kuntratti temporanji fl-impjiegi totali naqas għal 11,1 % fit-tieni trimestru tal-2020 (tnaqqis ta’ 2,9 pp meta mqabbel ma’ sena qabel). Dan is-sehem għadu kemxejn ogħla fiż-żona tal-euro, 11,7 %. Il-proporzjon ta’ ħaddiema part-time (15-64) fl-impjiegi totali naqas b’1,4 pp (għal 17 % fit-tieni trimestru tal-2020), u b’mod aktar sinifikanti fiż-żona tal-euro (b’1,8 pp). Minn dan, is-sehem ta’ ħaddiema part-time involontarji naqas b’1,5 pp bejn l-2018 u l-2019 u issa huwa 6,2 pp anqas mill-quċċata li laħaq fl-2014 (32,7 %), b’ċifra ftit ogħla fiż-żona tal-euro (26,9 % fl-2019). In-numru ta’ persuni impjegati li għandhom it-tieni impjieg kompla jiżdied b’mod kostanti fl-2019 (8,2 miljun persuna fl-2019, meta mqabbla ma’ 7,8 fl-2014).

Illustrazzjoni 5: Differenzi fl-impatt tal-kriżi skont il-ġeneru u l-età

Ir-rati ta’ impjieg (il-kunċett domestiku) bejn il-ġeneri u l-gruppi ta’ età fl-UE, data aġġustata skont l-istaġun

Sors: Eurostat, LFS.

Il-livell edukattiv milħuq għadu kruċjali sabiex jittejbu l-impjegabbiltà u l-eżiti tas-suq tax-xogħol. Qabel il-pandemija, in-numru ta’ persuni impjegati (fl-età ta’ 25-64 sena) b’edukazzjoni għolja kompla jikber b’mod kostanti (b’ 0,5 pp bejn l-2018 u l-2019), li rriżulta f’rata ta’ impjieg korrispondenti ta’ 86,2 %. Ir-rata ta’ impjieg ta’ ħaddiema b’livell medju ta’ ħiliet (jiġifieri dawk b’edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell) kienet ta’ 76,5 % fl-2019. Din hija żieda ta’ 0,5 pp meta mqabbla mas-sena ta’ qabel u 4,7 pp ogħla milli fl-2014. Dawn it-tibdiliet jirriflettu l-fatt li d-domanda għax-xogħol imxiet progressivament lejn livelli ogħla ta’ ħiliet, li jinkludu l-ħiliet diġitali. Din ix-xejra spiss ikkorrispondiet ma’ livell medju ogħla ta’ ħiliet fost il-koorti l-ġodda li daħlu fis-suq tax-xogħol. Is-sehem ta’ ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet (jiġifieri dawk b’edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew anqas) żdied b’0,7 pp matul l-aħħar sena (u b’1 pp bejn l-2017 u l-2018). Fl-2019, ir-rata ta’ impjieg ta’ dan il-grupp kienet ta’ 56,3 %. Id-differenza fl-impjiegi bejn dawk b’livell baxx ta’ ħiliet u dawk b’livell għoli ta’ ħiliet kien ta’ 30 pp fl-2019, li jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib tal-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid.



1.2 Xejriet soċjali

Qabel il-bidu tal-kriżi tal-COVID-19, in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali kompla jonqos fl-EU-27., Din ix-xejra ta’ tnaqqis kompliet għal seba’ snin konsekuttivi sal-2019 ( Figure 6 ), meta n-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali naqas għal 92,4 miljun (21,1 % tal-popolazzjoni totali), madwar 2,3 miljun anqas mill-2018 (3,8 pp anqas mill-valur massimu tal-2012). Ix-xejra ġenerali kienet qed tonqos għat-tliet subindikaturi kollha, ir-rata ta’ deprivazzjoni materjali estrema (‑0,5 pp ), ir-rata ta’ intensità baxxa ħafna tax-xogħol (‑0,3 pp) u anke r-rata ta’ riskju ta’ faqar (‑0,3 pp). Dawn l-iżviluppi huma allinjati maż-żidiet fl-impjiegi u fl-introjtu disponibbli esperjenzati fl-2019 (ara t-Taqsima 3.4). Madankollu, dawn l-indikaturi kollha għadhom ma jkoprux l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19. Minħabba r-rilevanza tal-introjtu mix-xogħol għall-għajxien tal-unitajiet domestiċi u t-tnaqqis kemm fir-rati ta’ impjieg kif ukoll fis-sigħat maħduma, is-sitwazzjoni tal-introjtu u l-intensità tax-xogħol tal-unitajiet domestiċi x’aktarx li se jmorru għall-agħar fl-2020. B’riżultat ta’ dan, ix-xejra pożittiva fl-AROPE tista’ tintemm u l-mira tal-Ewropa 2020 ta’ 20 miljun persuna anqas f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali tista’ tkompli titbiegħed.

Il-perċentwal ta’ persuni f’riskju ta’ faqar wara t-trasferimenti soċjali naqas fl-2019, iżda kien għadu għoli; diffiċli li jiġi stmat l-impatt tal-kriżi. L-indikatur tar-riskju ta’ faqar baqa’ ġeneralment stabbli, u naqas marġinalment għal 16,5 % fl-2019 (minn 16,8 % fl-2018, fuq il-bażi tal-introjtu minn sena qabel). In-numru ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’introjtu ekwivalizzat disponibbli ta’ anqas minn 60 % tal-medjan nazzjonali kien ftit ogħla minn 84,5 miljun, miljun u nofs anqas mis-sena preċedenti. L-istimi rapidi tal-Eurostat għas-sena tal-introjtu 2019 jindikaw xenarju pjuttost stabbli. Fiż-żmien tal-abbozzar, l-istimi rapidi li jirreferu għall-introjti tal-2020 (u b’hekk jirriflettu l-impatt tal-kriżi) għadhom mhumiex disponibbli. Huwa pjuttost diffiċli li jitbassru t-tibdiliet fl-2020, anke minħabba l-impatt probabbli tal-kriżi fuq l-introjtu medjan. Ir-riżultati tas-simulazzjoni juru li, bis-saħħa tal-miżuri ta’ politika adottati b’reazzjoni għall-kriżi, ir-rata ta’ AROP tista’ tiżdied biss b’medja ta’ 0,1 pp fl-UE. Ir-rata ankrata ta’ AROP (jiġifieri r-rata kkalkolata kontra soll tal-faqar iffissat fuq sena bażi), minflok, tiżdied b’1,7 pp, li tirrifletti t-tnaqqis sostanzjali mistenni fil-livelli tal-introjtu kontra linja tal-faqar fissa.

It-tnaqqis qawwi fin-numru ta’ persuni li kienu jbatu minn deprivazzjoni materjali estrema qabel il-pandemija kkontribwixxa għal żieda fil-konverġenza soċjali. Aktar minn 2 miljun persuna nħarġu mid-deprivazzjoni materjali estrema fl-2019, sabiex b’hekk in-numru kumplessiv niżel għal 24,4 miljun, jew 5,6 % tal-popolazzjoni tal-UE. Dan it-tnaqqis irrappreżenta titjib sinifikanti għas-seba’ sena konsekuttiva. Kien xprunat mill-prestazzjoni tajba rreġistrata mill-Istati Membri li għalihom id-deprivazzjoni materjali estrema kienet l-ogħla (ara t-Taqsima 3.4), u b’hekk ikkontribwixxa għal żieda ssoktata fil-konverġenza soċjali (għalkemm b’pass aktar bil-mod fl-2019 milli fis-snin ta’ qabel).

Illustrazzjoni 6: Is-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali kien qed jonqos qabel il-COVID-19, iżda s-sehem ta’ dawk f’riskju ta’ faqar baqa’ ġeneralment stabbli

Il-perċentwal tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE) u s-subindikaturi tagħha (2010-2019)

Sors: Eurostat, indikaturi t2020_50, t2020_51, t2020_52, t2020_53. Id-data tirreferi għall-Istati Membri tal-EU-27 minn Frar tal-2020 ’il quddiem.

Fl-istess ħin, il-prestazzjoni tajba tas-suq tax-xogħol qabel il-pandemija għenet sabiex ikompli jitnaqqas in-numru ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi kważi mingħajr impjieg. In-numru ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità tax-xogħol baxxa ħafna naqas b’aktar minn miljun (1) persuna fl-2019. Dan irrappreżenta 8,5 % tal-popolazzjoni globali, u kompla jonqos mill-ogħla livell milħuq fl-2014. Minħabba li x-xokk tal-COVID-19 affettwa relattivament aktar ħaddiema f’impjiegi anqas stabbli (ara t-Taqsima 3.3), dan l-indikatur jista’ jiddeterjora ħafna fl-2020.

Għalkemm ir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali naqas sostanzjalment fl-2019, dan baqa’ ogħla għat-tfal. Bejn l-2018 u l-2019, in-numru ta’ tfal (ta’ anqas minn 18-il sena) f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali naqas b’674 000, jew bi 3,6 %, fl-EU-27. B’riżultat ta’ dan, ir-rata ta’ AROPE relatata kienet ta’ 22,5 % għat-tfal, tnaqqis mit-23,4 % fl-2018. Meta mqabbla mar-rata ta’ AROPE ta’ 21,5 % għall-popolazzjoni f’età tax-xogħol (18-64) u ta’ 18,6 % għall-anzjani (65 sena jew aktar), din ir-rata għadha għolja.

Ir-riskju ta’ faqar fost dawk li jaħdmu naqas bi ftit fl-2019 iżda baqa’ f’livell għoli, filwaqt li l-intensità tal-faqar kienet għolja għal persuni f’unitajiet domestiċi b’intensità tax-xogħol baxxa ħafna. Fl-2019, il-perċentwal ta’ persuni f’riskju ta’ faqar fost dawk li jaħdmu naqas b’0,3 pp, għal 9 %, anqas mill-ogħla livell ta’ 9,8 % milħuq fl-2016, iżda xorta waħda 0,5 pp aktar mill-minimu milħuq fl-2010. Il-persuni li jaħdmu part-time u b’kuntratti temporanji għadhom aktar esposti għal tali riskju, b’rati ta’ faqar fost dawk li jaħdmu ta’ 15,1 % u ta’ 16,2 % rispettivament (ara wkoll it-taqsimiet 3.1.1 u 3.4.1). Fl-istess ħin, l-ispariġġ medjan relattiv tal-faqar ta’ introjtu, li jkejjel kemm il-livelli ta’ introjtu ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jinsabu ’l bogħod mis-soll tal-faqar (jiġifieri kemm huwa serju l-faqar), kien ta’ 24,4 % fl-2019, kważi l-istess bħall-2018. L-Istati Membri juru dinamika differenti (ara t-Taqsima 3.4.1 għad-dettalji). Fil-livell aggregat, l-ispariġġ tal-faqar għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (18-64) li tgħix f’unitajiet domestiċi (kważi) mingħajr impjieg kien stabbli fil-livell ta’ 36,2 % fl-2019, u dan jissuġġerixxi livell baxx ta’ adegwatezza u ta’ kopertura tal-benefiċċji.

L-inugwaljanza fl-introjtu baqgħet f’livell għoli fl-2019 u l-konverġenza battiet. Bħala medja, il-livelli ta’ introjtu tal-20 % l-aktar sinjuri fost l-unitajiet domestiċi fl-Istati Membri kienu ħames darbiet ogħla minn dawk tal-ifqar 20 %. L-evidenza tissuġġerixxi li, matul l-aħħar għaxar snin, iż-żieda ġenerali fl-inugwaljanza fl-introjtu kienet xprunata minn żieda fl-inugwaljanzi fin-naħa ta’ isfel tad-distribuzzjoni (ara t-Taqsima 3.4). Titjib limitat, speċjalment f’pajjiżi b’livelli ogħla ta’ inugwaljanza, jissuġġerixxi tnaqqis fir-ritmu fil-konverġenza. Is-sehem tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi fl-40 % ta’ isfel tad-distribuzzjoni tal-introjtu kien qed jiżdied sal-2019, f’konformità mat-titjib moderat f’indikaturi oħra tal-inugwaljanza fl-introjtu. Il-medja tal-EU-27 laħqet il-21,4 % fl-2019, meta mqabbla mal-21,2 % fl-2018 u fl-2017 (u minimu ta’ 20,9 % fl-2014 u fl-2015). Fid-dawl tan-natura fit-tul ta’ dawn il-kwistjonijiet, huwa importanti li jiġi żviluppat fehim fil-fond tat-triq ’il quddiem possibbli permezz ta’ analiżijiet sistemiċi ta’ prospettiva u li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE.



2.DAQQA T’GĦAJN LEJN IT-TABELLA TA’ VALUTAZZJONI SOĊJALI

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017. Dan jistabbilixxi għoxrin prinċipju u dritt li jappoġġaw opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni u inklużjoni soċjali. Huwa mfassal bħala boxxla għal proċess ta’ konverġenza fost l-Istati Membri lejn kundizzjonijiet soċjoekonomiċi aħjar. Speċjalment fis-sitwazzjoni attwali tal-kriżi, l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hija prijorità. Il-Kummissjoni se tressaq pjan ta’ azzjoni ambizzjuż fl-ewwel trimestru tal-2021 sabiex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu. Il-pjan ta’ azzjoni se jkun dan l-istrument ewlieni tal-Kummissjoni sabiex jikkontribwixxi għall-irkupru u għar-reżiljenza soċjoekonomiċi fuq perjodu medju u fit-tul, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-ġustizzja soċjali tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa akkumpanjat minn tabella ta’ valutazzjoni soċjali għall-monitoraġġ tal-prestazzjonijiet u għat-traċċar tax-xejriet fost l-Istati Membri. It-tabella ta’ valutazzjoni tipprovdi numru ta’ indikaturi (ewlenin u sekondarji) li jeżaminaw il-prestazzjoni fl-impjiegi u dik soċjali tal-Istati Membri fuq tliet dimensjonijiet wiesgħa, identifikati fil-kuntest tal-Pilastru: (i) opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, (ii) swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u (iii) appoġġ pubbliku / protezzjoni u inklużjoni soċjali. Sa mill-edizzjoni tal-2018, ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi beda jinkludi t-tabella ta’ valutazzjoni soċjali, li r-riżultati tagħha huma miġbura f’dan il-Kapitolu f’dak li għandu x’jaqsam mal-indikaturi ewlenin. Din l-analiżi hija mqiegħda fil-kuntest tar-riformi ppreżentat fil-Kapitolu 3.

2.1 It-tabella ta’ valutazzjoni spjegata

It-tabella ta’ valutazzjoni soċjali hija għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni fl-oqsma soċjali u tal-impjiegi, u għall-konverġenza lejn kundizzjonijiet aħjar tal-għajxien u tax-xogħol. B’mod partikolari, din tgħin fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward ta’ dimensjonijiet li jistgħu jitkejlu tal-Pilastru, u tikkomplementa l-għodod ta’ monitoraġġ eżistenti, speċjalment il-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi u l-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali. It-tabella ta’ valutazzjoni soċjali tinkludi b’mod partikolari 14-il indikatur ewlieni li jivvalutaw ix-xejriet tal-impjiegi u soċjali b’mod ġenerali:

-Opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol:

§Sehem tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-taħriġ, 18-24 sena

§Differenza bejn il-ġeneri fir-rata ta’ impjieg, 20-64 sena

§L-inugwaljanza fl-introjtu mkejla bħala proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili - S80/S20

§Ir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE)

§Żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (rata ta’ NEET), 15-24 sena

-Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti:

§Rata ta’ impjieg, 20-64 sena

§Rata tal-qgħad, 15-74 sena

§Rata tal-qgħad fit-tul, 15-74 sena

§Introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi f’termini reali, per capita

§Il-qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time mingħajr tfal li jaqla’ paga medja

-Appoġġ pubbliku / Protezzjoni u inklużjoni soċjali:

§Impatt tat-trasferimenti soċjali (għajr il-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar

§Tfal ta’ anqas minn 3 snin f’indukrar formali tat-tfal

§Ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għall-kura medika

§Is-sehem tal-popolazzjoni b’ħiliet diġitali ġenerali bażiċi jew aħjar.

L-indikaturi primarji jiġu analizzati permezz ta’ metodoloġija komuni miftiehma mill-Kumitat tal-Impjiegi u mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (għad-dettalji ara l-Anness 3). Din il-metodoloġija tevalwa s-sitwazzjoni u l-iżviluppi fl-Istati Membri billi tħares lejn il-livelli u t-tibdiliet annwali ta’ kull wieħed mill-indikaturi primarji inklużi fit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali. Il-livelli u t-tibdiliet huma kklassifikati skont id-distanza tagħhom mill-medji (mhux ponderati) rispettivi tal-UE. Imbagħad, il-prestazzjonijiet tal-Istati Membri fil-livelli u fit-tibdiliet jiġu kkombinati (bl-użu ta’ matriċi predefinita) sabiex kull Stat Membru jiġi assenjat għal waħda mis-seba’ kategoriji (“bl-aqwa prestazzjoni”, “aħjar mill-medja”, “tajjeb iżda li għandu jiġi mmonitorjat”, “bħala medja/newtrali”, “dgħajjef iżda li qed jitjieb”, “sitwazzjoni li trid tiġi ssorveljata” u “sitwazzjonijiet kritiċi”). Fuq din il-bażi, it-Tabella 1 tipprovdi sommarju tal-qari tat-tabella ta’ valutazzjoni skont l-aħħar ċifri disponibbli għal kull indikatur. Analiżi dettaljata tal-erbatax-il indikatur, inklużi xejriet aktar fit-tul u indikaturi addizzjonali, meta rilevanti, hija ppreżentata fil-Kapitolu 3.

Il-qari mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali jgħin sabiex jiġu identifikati l-isfidi soċjali u tal-impjiegi fl-Istati Membri. Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, intużat regolarment evidenza mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali fir-rapporti tal-pajjiżi sabiex din tinforma l-analiżi tal-isfidi speċifiċi għall-pajjiż. Fil-livell tal-Istati Membri, hija kkontribwiet ukoll għat-tħejjija tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u għall-Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza. Flimkien ma’ analiżi ulterjuri inkluża fil-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi u fil-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali, dan ipprovda bażi analitika għall-proposti sussegwenti tal-Kummissjoni għar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi, fejn xieraq. Matul dan il-proċess, huwa meħtieġ qari bir-reqqa u mhux mekkaniku tat-tabella, u jiġu kkunsidrati aktar elementi ta’ natura kwalitattiva u kwantitattiva.

It-tabella ta’ valutazzjoni soċjali se tappoġġa t-tħejjija ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ riforma u ta’ pjanijiet għall-irkupru u għar-reżiljenza, id-dokumenti ta’ referenza ewlenin taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Kif indikat fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tinvolvi tibdiliet fiċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2021. Minħabba l-komplementarjetajiet mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri huma mħeġġa jippreżentaw il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom u l-pjan għall-irkupru u għar-reżiljenza tagħhom f’dokument integrat uniku. Barra minn hekk, kif enfasizzat fil-gwida għall-Istati Membri dwar il-Pjanijiet ta’ Rkupru u ta’ Reżiljenza, l-Istati Membri huma mistiedna jispjegaw f’termini wiesgħa kif il-pjanijiet huma koerenti mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u kif jikkontribwixxu b’mod effettiv għaliha. Barra minn hekk, huma mistiedna jipprovdu stampa tal-impatt ekonomiku u soċjali ġenerali tal-pjan (flimkien ma’ valutazzjoni tal-prospetti makroekonomiċi), filwaqt li jippreżentaw indikaturi rilevanti, inkluż mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali. Għall-Istati Membri li jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom fl-2021, il-Kummissjoni se tivvaluta s-sustanza tagħhom f’dokumenti analitiċi li jakkumpanjaw il-proposti għall-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill.

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2021 jintegra dimensjoni reġjonali mat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali. L-evoluzzjoni tal-indikaturi fil-livell nazzjonali tista’ taħbi differenzi importanti fil-livell reġjonali (filwaqt li, f’ħafna Stati Membri, numru ta’ politiki u l-finanzjament spiss jiġu deċiżi f’dan il-livell). F’dan l-isfond, għat-tieni sena, ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi juri evidenza dwar is-sitwazzjoni reġjonali, fuq il-bażi tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali. B’mod partikolari, serje ta’ mapep li juru diżaggregazzjonijiet reġjonali skont l-Istat Membru hija ppreżentata fl-Anness 4 għal xi indikaturi ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali. Barra minn hekk, l-analiżi fil-Kapitolu 3 tirrapporta, fejn rilevanti, is-sejbiet fil-livell reġjonali għall-Istati Membri fejn jeżistu disparitajiet kbar bejn ir-reġjuni NUTS 2. Id-data u s-sejbiet jagħmluha possibbli li jkun hemm fehim aħjar dwar kif imorru reġjuni differenti f’pajjiż fir-rigward ta’ xi dimensjonijiet ewlenin tal-Pilastru u jgħinu fil-monitoraġġ tal-konverġenza fi ħdan il-pajjiżi, fil-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki reġjonali u fit-tfassil tal-politiki reġjonali.

2.2 Evidenza mit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

It-tabella ta’ valutazzjoni soċjali tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 filwaqt li turi l-kundizzjonijiet soċjali u tal-ħiliet qabel il-pandemija, fid-dawl tad-disponibbiltà tad-data. Minn meta ġiet ippreżentata t-tabella ta’ valutazzjoni, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-Istati Membri dwar l-indikaturi ewlenin tagħha (permezz tal-metodoloġija deskritta fit-taqsima preċedenti) ġiet ibbażata fuq l-aħħar data annwali disponibbli, kemm għal-livelli kif ukoll għat-tibdiliet. Fl-istat attwali, dan l-approċċ ikun ifisser li wieħed iħares lejn id-data tal-2019 (u t-tibdiliet fir-rigward tal-2018) għall-biċċa l-kbira tal-indikaturi. Madankollu, l-użu ta’ data annwali ma jippermettix li jiġu osservati l-aħħar żviluppi fis-suq tax-xogħol f’kuntest ta’ kriżi, u t-treġġigħ lura tagħhom meta mqabbel max-xejriet tal-passat (ta’ qabel il-pandemija). F’dan il-kuntest, il-Grupp ta’ Indikaturi tal-EMCO qabel li jiddevja temporanjament mill-użu ta’ ċifri annwali għall-valutazzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, u minflok juża l-aħħar ċifri trimestrali, għall-ħames indikaturi ewlenin tas-suq tax-xogħol li ġejjin li għalihom huma fil-fatt disponibbli (fuq il-bażi tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol):

·Rata ta’ impjieg, 20-64 sena

·Differenza bejn il-ġeneri fir-rata ta’ impjieg, 20-64 sena

·Rata tal-qgħad, 15-74 sena

·Rata tal-qgħad fit-tul, 15-74 sena

·Żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (rata ta’ NEET), 15-24

L-indikaturi ewlenin jindikaw xi deterjorament fil-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fl-ewwel nofs tal-2020. Mill-ħames indikaturi tas-suq tax-xogħol imsemmija hawn fuq, ir-rata ta’ impjieg u r-rata ta’ NEET marru għall-agħar fl-EU-27 fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbla mal-istess trimestru tal-2019, filwaqt li r-rata tal-qgħad baqgħet kostanti; id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u r-rata tal-qgħad fit-tul, għall-kuntrarju, urew xi titjib (aktar dettalji dwar xejriet riċenti fil-Kapitolu 1).

L-indikaturi soċjali u tal-ħiliet, li għalihom hija disponibbli biss data ta’ qabel il-COVID-19, komplew jitjiebu fl-2019. Id-disa’ indikaturi ewlenin li jifdal juru xejra pożittiva jew ġeneralment stabbli fuq bażi annwali (jiġifieri fl-2019 jew fl-2018 skont id-disponibbiltà tad-data). B’mod partikolari, ġie osservat titjib bħala medja għall-faqar, għall-inugwaljanza u għall-indikaturi relatati (jiġifieri s-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu, l-introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi per capita, il-qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time li jaqla’ l-paga medja) kif ukoll għall-indikaturi tal-edukazzjoni, tal-indukrar tat-tfal u tal-ħiliet (dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ, il-parteċipazzjoni tat-tfal ta’ anqas minn tliet snin fl-indukrar tat-tfal, is-sehem tal-popolazzjoni b’ħiliet diġitali bażiċi jew ogħla). Ġiet osservata xejra ġeneralment stabbli għall-impatt tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar u l-ħtieġa awtorapportata mhux issodisfata għall-kura medika.

Kif enfasizzat mill-graffs tal-iscatterplots fil-Kapitolu 3, tista’ tiġi osservata xejra diverġenti fost l-Istati Membri għall-biċċa l-kbira tal-indikaturi tas-suq tax-xogħol (ħlief ir-rata tal-qgħad fit-tul). Dan ifisser li, bħala medja, l-Istati Membri b’sitwazzjoni inizjali agħar esperjenzaw deterjorament akbar fis-sena sat-tieni trimestru tal-2020. Madankollu, xi grad ta’ konverġenza ġeneralment jista’ jiġi osservat għall-indikaturi ewlenin l-oħra (f’xi każijiet, ix-xejra mhijiex definita b’mod ċar).

Kważi l-Istati Membri kollha jaffaċċjaw sfidi f’minn tal-anqas indikatur ewlieni wieħed. Meta jitqiesu t-tliet klassifikazzjonijiet l-aktar problematiċi flimkien (jiġifieri “sitwazzjoni kritika”, “sitwazzjoni li trid tiġi osservata” u “dgħajfa iżda li qed titjieb”), l-Istati Membri kollha huma mmarkati tal-anqas darba, bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja. Meta wieħed iħares lejn ‘sitwazzjonijiet kritiċi’ biss (jiġifieri indikaturi li għalihom il-livell huwa ħafna agħar mill-medja, u jew ma tjiebx malajr biżżejjed jew mar għall-agħar matul l-aħħar sena), 15-il Stat Membru ġew immarkati, wieħed aktar mir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2020. L-Awstrija, l-Ungerija u l-Portugall ingħaqdu ma’ dan il-grupp ta’ pajjiżi (l-aħħar tnejn “reġgħu ngħaqdu” miegħu, wara li kienu ħarġu minnu s-sena ta’ qabel), filwaqt li l-Estonja u l-Litwanja ħarġu minnu. Fost l-14-il qasam ivvalutati, b’mod ġenerali ġew identifikati 116-il każ ta’ “sitwazzjoni kritika”, “sitwazzjoni li trid tiġi osservata” jew “sitwazzjoni dgħajfa iżda li qed titjieb”, jiġifieri madwar 33 % tan-numru totali ta’ valutazzjonijiet (punt perċentwali aktar milli fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2020). Minn dawn, 41 huma “sitwazzjonijiet kritiċi” (li jikkorrispondu għal 11,1 % tal-valutazzjonijiet kollha), meta mqabbla ma’ 40 fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2019 (li jikkorrispondu għal 10,3 % tal-valutazzjonijiet kollha).

Bħal fis-snin preċedenti, is-sitwazzjoni tal-Istati Membri u s-severità tal-isfidi tagħhom ivarjaw ħafna – u dan jirrifletti wkoll l-impatt tal-kriżi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-indikaturi tas-suq tax-xogħol. Ir-Rumanija u Spanja jippreżentaw valutazzjonijiet “kritiċi”, “li għandhom jiġu osservati”, jew “dgħajfa iżda li qed jitjiebu” f’għaxar indikaturi jew aktar, segwiti mill-Bulgarija u mill-Greċja b’disa’ sfidi kull wieħed (ara t-Tabella 1). Minn dawn il-pajjiżi, il-Bulgarija, ir-Rumanija u Spanja jippreżentaw l-ogħla numru ta’ “sitwazzjonijiet kritiċi” (6 kull wieħed) segwiti mill-Greċja (4). Madankollu, il-Greċja, ir-Rumanija u Spanja jirrapportaw ukoll numru ta’ valutazzjonijiet pożittivi kull wieħed (irreġistrati qabel il-bidu tal-pandemija): Il-Greċja hija fost il-pajjiżi “bl-aħjar prestazzjoni” fit-tluq bikri mill-iskola u “aħjar mill-medja” fl-inugwaljanza fl-introjtu u fil-livell ta’ ħiliet diġitali tal-individwi; Spanja hija fost il-pajjiżi “bl-aħjar prestazzjoni” fil-parteċipazzjoni fl-indukrar tat-tfal u “aħjar mill-medja” fil-ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għall-kura medika; ir-Rumanija hija fost il-pajjiżi “bl-aħjar prestazzjoni” fit-tkabbir tal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi per capita. F’termini tal-għadd globali ta’ sfidi, l-Italja (seba’ sfidi), Ċipru, l-Ungerja u l-Latvja (sitt sfidi kull wieħed) isegwu. Għall-kuntrarju, iċ-Ċekja u n-Netherlands huma l-pajjiżi “bl-aqwa prestazzjoni” jew “aħjar mill-medja” f’għaxar indikaturi ewlenin, segwiti mid-Danimarka u mill-Iżvezja (disa’ indikaturi kull wieħed), u mill-Ġermanja (tmien indikaturi).

Tabella 1. Sommarju tal-indikaturi ewlenin fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali

 

Nota: aġġornament tat-28 ta’ Ottubru 2020. Il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu mhux disponibbli għall-IE, FR, IT, LV u SK. Ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali mhijiex disponibbli għall-IE, IT. Ir-rata ta’ NEET u r-rata tal-qgħad fit-tul mhumiex disponibbli għall-DE. It-tkabbir tal-GDHI per capita mhuwiex disponibbli għall-BG, EL, LU, MT u PL. Il-qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time mingħajr tfal jaqla’ l-paga medja mhuwiex affidabbli (u mhuwiex irrapportat) għad-DK. L-impatt tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar mhuwiex disponibbli għall-IE, IT u SK. Il-ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għall-kura medika mhumiex disponibbli għall-IE, FR, IT u SK. Il-parteċipazzjoni tat-tfal ta’ anqas minn 3 snin fl-indukrar tat-tfal mhijiex disponibbli għal FR, IE, IT u SK. Il-livell ta’ ħiliet diġitali tal-individwi mhuwiex disponibbli għall-IT (l-2017 nieqsa). Il-waqfiet fis-serje u marki statistiċi oħra ġew irrapportati fl-Annessi 1 u 2.

3. IMPJIEGI U RIFORMI SOĊJALI – PRESTAZZJONI U AZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI

Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-indikaturi tal-impjiegi u soċjali ewlenin u lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fl-oqsma prijoritarji identifikati mil-linji gwida tal-UE dwar l-impjiegi, kif adottati mill-Kunsill fl-2020. Tibbaża fuq il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma 2020 tal-Istati Membri u fuq is-sorsi tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-miżuri ta’ politika implimentati wara Ġunju 2019 biss huma ppreżentati fir-rapport. Analiżi fil-fond tal-iżviluppi riċenti fis-suq tax-xogħol tista’ tinstab fil-Labour Market and Wage Developments Annual Review 2020 u fl-Employment and Social Developments in Europe Annual Review 2020.

3.1 Linja Gwida 5: Nagħtu spinta lid-domanda għax-xogħol

Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 5 dwar l-impjiegi, li tirrakkomanda li l-Istati Membri joħolqu kundizzjonijiet li jippromwovu d-domanda għax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi. L-ewwel tippreżenta ħarsa ġenerali lejn ir-rati tal-qgħad u ta’ impjieg skont l-Istati Membri, filwaqt li tikkomplementa l-analiżi fil-livell tal-UE ppreżentata fil-Kapitolu 1. Imbagħad tħares lejn ix-xejriet tal-impjiegi indipendenti, id-dinamika tal-pagi, il-paga minima u l-iżviluppi fil-porzjon ta’ taxxa. It-Taqsima 3.1.2 tirrapporta dwar il-miżuri ta’ politika implimentati mill-Istati Membri f’dawn l-oqsma, b’enfasi speċjali fuq ir-reazzjonijiet ta’ politika sabiex jiġu ppreservati l-impjiegi u jiġi appoġġat il-ħolqien tal-impjiegi fil-kuntest tal-pandemija.

3.1.1    Indikaturi ewlenin

In-numru ta’ persuni impjegati naqas fit-tieni trimestru tal-2020, u dan jirrifletti l-impatt tal-kriżi tal-COVID‑19. Matul l-2019, l-impjiegi totali żdiedu jew baqgħu stabbli fl-Istati Membri kollha meta mqabbla mal-2018 (ħlief għal tnaqqis żgħir fil-Polonja u fir-Rumanija). It-tkabbir fl-impjiegi naqas jew sar negattiv f’diversi Stati Membri fl-ewwel trimestru tal-2020 (b’medja ta’ -0,2 % fl-UE trimestru b’trimestru). Sussegwentement, l-Istati Membri kollha (bl-eċċezzjoni ta’ Malta) irreġistraw tnaqqis fit-tieni trimestru (b’medja ta’ ‑2,7 % fl-UE). Meta mqabbel mal-ogħla livell tal-impjiegi fir-raba’ trimestru tal-2019, dan it-tnaqqis qabeż is-sitt miljun persuna. L-akbar tnaqqis ġie rreġistrat minn Spanja (-8,4 %, li jikkorrispondi għal 1,7 miljun persuna), mill-Irlanda (-6,1 %), mill-Estonja u mill-Ungerija (‑5,6 %). It-tkabbir fl-impjiegi kien anqas minn -2 % fi tlettax-il Stat Membru ieħor ( Figure 7 ). Għall-kuntrarju, it-tnaqqis kien aktar moderat f’Ċipru (-0,9 %), fil-Polonja (-0,4 %) u fil-Lussemburgu (‑0,3 %). Malta kienet l-uniku pajjiż li rreġistra żieda fl-impjiegi, b’1,7 %.

Illustrazzjoni 7: Tnaqqis sostanzjali fl-impjiegi madwar l-UE

Tibdil perċentwali fl-impjiegi totali u fis-sigħat maħduma bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020

Sors: Eurostat, Kontijiet nazzjonali.

Nota: data aġġustata skont l-istaġun u l-kalendarju, ħlief dik aġġustata skont l-istaġun għar-CZ, EL, FR, MT, PL, PT, SK (impjiegi) u MT, SK (sigħat maħduma). Id-data dwar is-sigħat maħduma għall-BE mhijiex disponibbli.

Illustrazzjoni 8: L-assenzi mix-xogħol żdiedu bis-saħħa madwar l-UE

L-assenzi mix-xogħol bħala sehem mill-impjiegi totali (20-64)

Sors: Eurostat, LFS. Nota: data aġġustata skont l-istaġun. Id-data għall-DE mhijiex disponibbli għat-tieni trimestru tal-2020.

L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għenu sabiex jillimitaw il-qerda tal-impjiegi. Sa mill-bidu tal-kriżi, l-Istati Membri implimentaw b’mod estensiv u/jew saħħew l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew skemi oħra ta’ preservazzjoni tal-impjiegi, bl-għan li jillimitaw it-telf ta’ impjiegi, jevitaw it-tixrid tal-kapital uman fil-livell tad-ditti, u jsostnu d-domanda aggregata f’fażi ta’ tnaqqis ekonomiku sostanzjali. Fl-istess ħin, l-impjegaturi aġġustaw ukoll id-domanda għax-xogħol tagħhom b’mod awtonomu sabiex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tagħhom. Kif diġà ntwera fit-Taqsima 1 u evidenti mill- Figure 7 , it-tnaqqis fis-sigħat maħduma kien sostanzjalment akbar mit-tnaqqis fl-impjiegi (‑13,5 % vs ‑2,9 % fl-UE fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbel mar-raba’ trimestru tal-2019) li jista’ jiġi attribwit l-aktar għall-funzjonament tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Fost il-pajjiżi, l-akbar diskrepanzi bejn iż-żewġ indikaturi setgħu jiġu osservati fil-Lussemburgu, fis-Slovakkja, f’Ċipru, fil-Greċja, fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Italja. Fl-istess ħin, kif jidher fl- Figure 8 , in-numru ta’ ħaddiema assenti mill-impjieg (bħala proporzjon tal-impjiegi totali) żdied f’daqqa, b’żieda ta’ 12,1 pp għall-UE (minn 9,7 % fir-raba’ trimestru tal-2019, wara xejra stabbli matul l-aħħar deċennju, għal 21,8 % fit-tieni trimestru tal-2020). Is-sensji temporanji waħedhom ammontaw għal kważi nofs l-assenzi kollha (żieda f’daqqa minn 0,2 % fir-raba’ trimestru tal-2019 għal 10,3 % fit-tieni trimestru tal-2020). L-akbar żidiet fis-sehem ta’ assenzi ġew irreġistrati fil-Greċja (+35,9 pp), f’Ċipru (+25 pp), fl-Irlanda (+19 pp), fi Spanja (+18,7 pp), fl-Italja u fil-Portugall (+18 pp).

L-użu ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar laħaq livelli mingħajr preċedent matul il-kriżi tal-COVID-19 fil-pajjiżi kollha (li għalihom hemm data disponibbli pubblikament). L-użu ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar kien partikolarment mifrux fis-settur tas-servizzi (prinċipalment il-lukandi u r-ristoranti) u fin-negozju bl-imnut. L-użu kien komparattivament aktar baxx fl-Istati Membri bi skemi stabbiliti ġodda. Dan seta’ kien parzjalment dovut għat-tfassil tal-iskemi tagħhom, għall-adattament bil-mod għall-proċeduri amministrattivi l-ġodda, jew għad-dewmien fl-implimentazzjoni. F’xi wħud mill-iskemi li għadhom kif ġew stabbiliti (pereżempju fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja, fil-Kroazja u fl-Ungerija), ir-rekwiżit għad-ditti li jaqsmu parti mill-kostijiet seta’ naqqas l-adozzjoni tagħhom. Fil-Polonja, l-adozzjoni inizjali tnaqqset b’rekwiżit li jinżamm l-impjieg wara li jiskadi l-appoġġ.

Tnaqqis limitat fir-rata ġenerali ta’ impjieg jaħbi differenzi kbar fost l-Istati Membri. Matul l-2019, ir-rata ta’ impjieg (grupp ta’ età 20-64) żdiedet bħala medja u fl-Istati Membri kollha (ħlief għal tnaqqis żgħir fl-Iżvezja, xorta mill-ogħla livell madwar l-UE kollha). Kif muri fit-Taqsima 1, fit-tieni trimestru tal-2020 ir-rata ta’ impjieg naqset b’1,3 pp, hekk kif niżlet għal 72 % mill-quċċata ta’ 73,3 % milħuqa fit-tieni trimestru tal-2019 (li reġġgħet lura l-indikatur għal-livell li deher fl-ewwel trimestru tal-2018). Kif imsemmi, it-tnaqqis ġenerali modest jista’ jiġi attribwit għall-miżuri straordinarji meħuda fil-kuntest tal-kriżi. Madankollu, is-sitwazzjoni taħbi eteroġenità sostanzjali madwar l-Istati Membri. Kif muri fl- Figure 9 , Spanja esperjenzat l-akbar tnaqqis (bi 3,8 pp) segwita mill-Bulgarija (3,2 pp), mill-Awstrija (2,4 pp) u mill-Irlanda (2,4 pp). Għall-kuntrarju, il-Kroazja rreġistrat żieda (b’0,7 pp) filwaqt li Malta, il-Latvja u l-Polonja rreġistraw rata stabbli jew tnaqqis marġinali.

Meta wieħed iħares lejn il-valutazzjoni bbażata fuq il-metodoloġija għall-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali, is-sitwazzjoni ma tinbidilx b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-snin preċedenti, bil-Greċja, bl-Italja u bi Spanja li għadhom immarkati bħala “sitwazzjonijiet kritiċi” (b’rati qrib jew anqas minn 65 %) filwaqt li l-Iżvezja, il-Ġermanja, iċ-Ċekja u n-Netherlands huma l-pajjiżi “bl-aqwa prestazzjoni” (b’rati qrib jew ogħla minn 80 %). Bejn wieħed u ieħor, it-tnaqqis f’daqqa fir-rati ta’ impjieg jispjega l-klassifikazzjoni tal-Bulgarija, tal-Irlanda u tal-Awstrija bħala pajjiżi “li għandhom jinżammu taħt monitoraġġ” (għalkemm il-livelli rispettivi għadhom qrib il-medja). Il-Belġju u r-Rumanija, b’rata ta’ impjieg li naqset għal anqas minn 70 % matul l-aħħar sena, huma wkoll pajjiżi “li għandhom jinżammu taħt monitoraġġ”. Il-Kroazja, li għadha tippreżenta rata baxxa ta’ impjieg ta’ 66,8 % fit-tieni trimestru tal-2020 hija mmarkata bħala “dgħajfa iżda qed titjieb” fid-dawl taż-żieda reċenti (minkejja l-kriżi). Il-pendil pożittiv tal-linja ta’ rigressjoni tissuġġerixxi li l-Istati Membri qed jesperjenzaw tendenza diverġenti (jiġifieri r-rati ta’ impjieg naqsu b’rata aktar mgħaġġla f’pajjiżi li jibdew minn livell aktar baxx). Għad irridu naraw jekk din ix-xejra hijiex se tiġi sostnuta maż-żmien, kif ġara fil-kriżi finanzjarja. Numru ta’ Stati Membri jippreżentaw disparitajiet reġjonali sinifikanti fir-rati tal-qgħad (ara l-Anness 4).

Illustrazzjoni 9: Ir-rata ta’ impjieg naqset fi kważi l-Istati Membri kollha

Ir-rata ta’ impjieg (20-64) u t-tibdil annwali fiha (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, LFS. Perjodu: Il-livelli tat-tieni trimestru tal-2020 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tat-tieni trimestru tal-2019. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, iż-żieda fil-qgħad kienet moderata sa issa. Kif muri fit-Taqsima 1, ir-rata medja tal-qgħad għall-UE żdiedet għal 7,5 % f’Settembru 2020, jiġifieri b’1 pp biss meta mqabbla mal-livell l-aktar baxx ta’ qabel il-kriżi rreġistrat fi Frar 2020. Din issegwi tnaqqis kontinwu fil-maġġoranza tal-Istati Membri fl-2019. Tali żieda moderata tista’ titqies bħala l-effett tal-funzjonament tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, għalkemm l-inattività tista’ tispjega wkoll parti minnha (f’diversi Stati Membri, sehem imdaqqas ta’ ħaddiema waqfu jfittxu impjieg b’mod attiv, speċjalment matul il-fażijiet tal-lockdown). Il- Figure 10 , li turi l-livell tar-rata tal-qgħad fit-tieni trimestru tal-2020, u t-tibdil meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019 jindika li għal tali żieda medja moderata jikkorrispondu xejriet nazzjonali differenti ħafna. Għal 20 minn 27 Stat Membru, ir-rata tal-qgħad fil-fatt żdiedet matul dan il-perjodu, b’żidiet qrib jew ogħla minn 2 pp fil-Litwanja, fil-Latvja, fl-Estonja u fl-Iżvezja (ilkoll immarkati bħala pajjiżi “li għandhom jinżammu taħt monitoraġġ” skont il-metodoloġija tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali). Għall-kuntrarju, ir-rata tal-qgħad fil-fatt naqset fl-Italja, fi Franza, fil-Portugall, fil-Belġju, fl-Irlanda, fil-Polonja u fil-Greċja (fil-każ tal-Italja, b’aktar minn 2 pp). Ir-rata ta’ attività li kienet qed tonqos (bi 3,1 pp fl-Irlanda u fil-Portugall, bi 2,9 pp fl-Italja, bi 2,1 pp fi Franza, b’1,7 pp fil-Belġju, b’1,5 pp fil-Greċja) tista’ tgħin biex tispjega din l-imġiba. Iċ-ċifri ta’ kull xahar għal Settembru 2020 jindikaw tabilħaqq żieda reali fil-qgħad meta mqabbla ma’ sena qabel għal dawk il-pajjiżi kollha minbarra l-Belġju u Franza. F’termini komparattivi, Spanja u l-Greċja għadhom klassifikati bħala “sitwazzjonijiet kritiċi” (b’rati tal-qgħad ogħla minn 15 %) filwaqt li ċ-Ċekja u l-Polonja huma l-pajjiżi “bl-aqwa prestazzjoni” (b’rati tal-qgħad ta’ anqas minn 4 %). Għad hemm disparitajiet kbar fil-livell reġjonali (ara l-Anness 4) b’xi reġjuni tal-Greċja, tal-Italja u ta’ Spanja li rreġistraw rati tal-qgħad ogħla minn 20 %.

Illustrazzjoni 10: Il-qgħad żdied fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, b’żieda ġenerali moderata

Ir-rata tal-qgħad (15-74) u-tibdil annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, LFS. Perjodu: Il-livelli tat-tieni trimestru tal-2020 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tat-tieni trimestru tal-2019. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

L-impjieg indipendenti kien, bħala medja, anqas affettwat mill-kriżi mill-impjiegi totali – iżda b’eteroġenità ogħla fost l-Istati Membri. Bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020, in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom naqas b’1,8 % (jew 530 000), meta mqabbel ma’ 2,9 % għall-impjiegi totali (ċifri tal-Kontijiet Nazzjonali, aġġustati skont l-istaġun). Filwaqt li dan it-tnaqqis huwa mdaqqas, it-tqabbil mal-impjiegi totali jissuġġerixxi li sehem kbir ta’ dawk li jaħdmu għal rashom irnexxielhom iżommu l-attività tagħhom għaddejja minkejja l-kollass fl-attività ekonomika, jew billi naqqsu (temporanjament) id-daqs tan-negozju tagħhom jew billi qalbu għal forom ta’ telexogħol. Madankollu, dawk li jaħdmu għal rashom jirrappreżentaw waħda mill-kategoriji l-aktar f’riskju jekk ir-reċessjoni ddum magħna, mhux l-anqas minħabba aċċess limitat għal skemi ta’ protezzjoni soċjali f’ħafna Stati Membri. Kien biss f’seba’ Stati Membri li l-impjiegi indipendenti naqsu b’rata aktar mgħaġġla mill-impjiegi totali bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020 (il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Finlandja). B’mod ġenerali, l-akbar tnaqqis ġie rreġistrat fir-Rumanija (-10,5 %), segwita mill-Estonja (‑6 %), mill-Irlanda (-5,7 %) u minn Spanja (-4,6 %). Huwa interessanti li n-numru ta’ persuni li jaħdmu għal rashom żdied fi ħdax-il Stat Membru matul il-kriżi, bl-akbar żidiet irreġistrati fil-Latvja, fil-Polonja u fil-Lussemburgu.

F’dawn l-aħħar snin, l-impjieg indipendenti naqas bil-mod bħala sehem mill-impjiegi totali. B’mod ġenerali, is-sehem ta’ dawk li jaħdmu għal rashom mill-impjiegi totali kien qed jonqos bil-mod, minn 14,3 % fl-2008 għal 13,4 % fl-2019. Tnaqqis bħal dan kien evidenti b’mod partikolari matul il-fażi tal-espansjoni ekonomika bejn l-2013 u l-2019, meta l-ħolqien tal-impjiegi seħħ b’mod aktar milli proporzjonat fost l-impjegati. Kif muri fid-dettall fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2020, dan it-tnaqqis maż-żmien jaħbi tibdil kontinwu fil-kompożizzjoni tal-impjieg indipendenti lil hinn mill-attivitajiet tradizzjonali lejn servizzi u lejn setturi b’valur miżjud ogħla – notevolment lil hinn mill-agrikoltura, mill-kummerċ u mit-trasport, lejn l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali. Dan it-tibdil strutturali huwa akkumpanjat minn żieda aktar mgħaġġla fil-livell edukattiv medju milħuq fost dawk li jaħdmu għal rashom milli fost l-impjegati: is-sehem ta’ ħaddiema b’edukazzjoni terzjarja fost dawk tal-ewwel żdied minn 26 % fl-2008 għal 36,1 % fl-2019, kontra żieda aktar limitata (minn 26,1 % għal 34,5 %) fost l-impjegati. Il-kriżi x’aktarx li tħaffef it-tibdil lejn is-setturi tas-servizzi u livell ogħla ta’ edukazzjoni fost dawk li jaħdmu għal rashom, peress li l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet fis-setturi tradizzjonali (li ma jistgħux jitwettqu b’mod diġitali) huma fost dawk l-aktar affettwati.

It-tkabbir fil-pagi nominali aċċellera fl-2019 sabiex imbagħad irreaġixxa għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. It-tkabbir medju fl-EU‑27 tal-kumpens nominali lill-impjegati kien ogħla minn 3 % u laħaq aktar minn 4 % fil-Baltiċi, fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fl-Irlanda ( Figure 11 ). Għall-Ungerija, għal-Litwanja u għall-Irlanda, it-tibdiliet fl-2019 qabżu b’mod sostanzjali dawk tas-sena ta’ qabel, filwaqt li ġew irreġistrati sinjali ta’ deċellerazzjoni minn xejra għolja ta’ tkabbir għar-Rumanija, għall-Bulgarija, għall-Estonja u għaċ-Ċekja. Il-pagi naqsu wkoll fl-Iżvezja u speċjalment fl-Italja u fi Franza (f’din tal-aħħar, baqgħu fl-istess livell tal-2018). Fl-2020, b’diversi Stati Membri li daħlu f’reċessjoni, it-tkabbir tal-kumpens għal kull impjegat beda jnaqqas fil-biċċa l-kbira tagħhom. Dan ir-rispons jirrifletti prinċipalment in-nuqqas ta’ sigħat maħduma (u, ħafna drabi, tal-kostijiet tal-pagi assoċjati) b’rabta mal-użu mifrux ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Skont it-tfassil tal-iskemi nazzjonali, is-sehem tal-impjegati involuti u l-intensità tat-tnaqqis fis-sigħat maħduma, il-pagi naqsu b’mod konsiderevoli. Sat-tieni trimestru tal-2020, numru kbir (18) ta’ Stati Membri rreġistraw tibdiliet negattivi (sena wara sena), bi tnaqqis sostanzjali fi Franza (-8,5 %), fil-Belġju (-9,5 %) u fl-Italja (-10,3 %). F’xi wħud minn dawk li jifdal, l-iżviluppi pożittivi kienu ogħla minn 3,5 % fir-Rumanija, fin-Netherlands u fil-Polonja, u kienu partikolarment sinifikanti fil-Bulgarija (+8,3 %), fl-Ungerija (+6,6 %) u fil-Litwanja (+5,1 %). Barra minn hekk, peress li d-ditti li jnaqqsu s-sigħat maħduma jippruvaw jiffrankaw il-kostijiet lavorattivi, il-kumpens għal kull impjegat ġie affettwat ukoll mill-iffriżar tal-komponenti varjabbli tal-paga jew mill-posponiment tat-tiġdid tal-kuntratti tax-xogħol.

Illustrazzjoni 11: It-tkabbir fil-pagi nominali sar negattiv matul il-kriżi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri

Kumpens nominali għal kull impjegat, 2018-2019 u t-tieni trimestru tal-2020, tibdil % annwali

(1) Il-pagi jitkejlu bl-indikatur “Kumpens nominali għal kull impjegat”, li jiġi kkalkolat bħala kumpens totali lill-impjegati diviż bin-numru totali ta’ impjegati. Il-kumpens totali huwa ddefinit bħala r-remunerazzjoni totali, fi flus jew in natura, pagabbli minn impjegatur lil impjegat bħala kumpens għal xogħol magħmul minn dan tal-aħħar matul il-perjodu bażi tal-kontijiet u għandu żewġ komponenti: i) Il-pagi u s-salarji pagabbli fi flus jew in natura; u ii) Il-kontribuzzjonijiet soċjali pagabbli mill-impjegaturi. (2) Id-data kollha użata hija data tal-kontijiet nazzjonali. L-indikaturi huma bbażati fuq il-valuri tal-munita nazzjonali. L-aggregati huma medji ponderati.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, il-bażi ta’ data tal-AMECO.

Filwaqt li l-kumpens għal kull impjegat naqas, it-tnaqqis fis-sigħat maħduma wassal għal żieda fil-pagi fis-siegħa. Filwaqt li fi ftit pajjiżi (Ċipru, iċ-Ċekja, il-Kroazja, il-Polonja u r-Rumanija), il-pagi fis-siegħa fil-fatt naqsu fit-tieni trimestru tal-2020 (trimestru wara trimestru), ġeneralment dawn qabżu l-kumpens għal kull impjegat. F’seba’ pajjiżi, id-distakk huwa ogħla minn 10 pp, bl-ogħla valuri għal Franza u għall-Portugall (14 % u 19,6 %, rispettivament).

Il-pagi reali żdiedu fi kważi l-Istati Membri kollha fl-2019 u mbagħad naqsu fl-ewwel nofs tal-2020. F’termini reali (deflatati bl-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur), it-tkabbir tal-pagi fl-2019 kien partikolarment b’saħħtu – aktar minn 5 % – fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (il-Polonja, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovakkja) u l-pajjiżi Baltiċi (l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja). Għalhekk, id-dinamika b'saħħitha tal-pagi reali fil-pajjiżi fejn il-PDG per capita jilħaq il-medja tal-UE wasslet għal tnaqqis fil-varjazzjoni tal-pagi reali fl-UE. Ġew osservati żidiet ta’ anqas minn 1 % f’disa’ pajjiżi, inklużi l-Iżvezja, Franza, il-Greċja, u ta’ daqs kważi negliġibbli fl-Italja u fin-Netherlands (ara l- Figure 12 ). Il-Lussemburgu rreġistra tkabbir negattiv fil-pagi reali. Fit-tieni trimestru tal-2020 ġiet irreġistrata żieda fl-eteroġenità tad-dinamika tal-pagi reali. F’diversi Stati Membri, il-pagi reali aggregati qed jonqsu bil-kbir, speċjalment fiċ-Ċekja, fi Spanja, fi Franza, fil-Belġju u fl-Italja; f’dawn l-aħħar żewġ pajjiżi, il-pagi reali naqsu b’aktar minn 10 fil-mija. Dan it-tnaqqis huwa (tal-anqas) parzjalment spjegat mill-impatt ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, skont it-tfassil tal-miżuri nazzjonali (f’pajjiżi fejn il-benefiċċji jitħallsu direttament lill-impjegati u jiġu rreġistrati bħala trasferimenti soċjali, l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar iwasslu għal tnaqqis osservat fil-kostijiet tal-pagi). Bnadi oħra, l-iżviluppi pożittivi komplew tul ix-xejra l-aktar reċenti, speċjalment fil-Litwanja, fil-Latvja, fl-Ungerija u fil-Bulgarija.

Illustrazzjoni 12: Fl-2019, it-tkabbir fil-pagi reali kien b’saħħtu fl-Istati Membri tal-Lvant u tal-Baltiku

Pagi reali għal kull impjegat, 2018, 2019 u t-tieni trimestru tal-2020, tibdil % annwali

(1) Pagi u salarji gross reali għal kull impjegat; deflatur: konsum privat. (2) Il-pajjiżi huma kklassifikati f’ordni dekrexxenti tat-tkabbir fil-pagi reali fl-2019. Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, il-bażi ta’ data tal-AMECO.

Wara t-tnaqqis fil-perjodu ta’ wara l-kriżi finanzjarja preċedenti, is-sehem tal-pagi żdied moderatament bħala medja fl-2018 u fl-2019. Fl-2019, is-sehem tal-pagi fl-EU-27 żdied għal 55,4 % (minn livell baxx ta’ 55 % bejn l-2015 u l-2017), b’żidiet ogħla minn 1 pp f’Ċipru, fis-Slovenja, fis-Slovakkja, fil-Litwanja u fil-Latvja. Fl-istess ħin, is-sehem tal-pagi naqas f’seba’ pajjiżi u b’tal-anqas 1 pp fi Franza, fir-Rumanija u fil-Bulgarija. Matul il-perjodu 2013-2019, is-sehem tal-pagi żdied fl-Istati Membri li l-livelli tal-bidu tagħhom kienu komparattivament baxxi, u b’mod partikolari fil-Latvja, fil-Litwanja, fir-Rumanija u fis-Slovakkja, u dan wera ċertu grad ta’ konverġenza. Fost l-akbar pajjiżi tal-UE, is-sehem tal-pagi żdied biss fil-Ġermanja (1,7 pp), naqas bi ftit fl-Italja (-0,3 pp), filwaqt li Franza, Spanja u n-Netherlands irreġistraw kontrazzjonijiet akbar minn 1 pp.

Matul l-aħħar tliet snin, it-tkabbir tal-qligħ nett kompla jkun aktar mgħaġġel fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u dan ikkontribwixxa għal konverġenza fil-livelli tal-introjtu mix-xogħol. Din ix-xejra tidher b’mod ċar mid-distribuzzjoni tal-pajjiżi fl- Figure 13 , li bħala referenza tieħu persuna b’paga waħedha mingħajr tfal li taqla’ l-livell tal-paga medja, fuq perjodu ta’ tliet snin (2016-2019). Il-konverġenza ’l fuq fl-istandards tal-għajxien hija konformi mal-għanijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Fin-naħa ta’ isfel tad-distribuzzjoni tal-qligħ nett, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija u l-Polonja, fejn il-qligħ nett fl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) huwa taħt jew madwar EUR 15 000, ilkoll ippreżentaw żieda medja ta’ aktar minn 5 % matul l-aħħar tliet snin, u huma kklassifikati bħala “dgħajfa iżda qed jitjiebu”. . Pajjiżi oħra li kellhom livelli baxxi simili ma esperjenzawx tkabbir mgħaġġel bħal dan, u huma kklassifikati bħala pajjiżi “li għandhom jinżammu taħt monitoraġġ” (il-Kroazja, is-Slovenja, il-Portugall, iċ-Ċekja u l-Estonja) jew bħala “kritiċi” (is-Slovakkja). Fost il-pajjiżi “bl-aħjar prestazzjoni”, il-qligħ nett fl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist huwa qrib jew ogħla minn EUR 30 000 fil-Ġermanja, fin-Netherlands, fl-Irlanda u fil-Lussemburgu. F’dawn l-Istati Membri, il-qligħ nett kien qed jikber b’rata aktar mgħaġġla milli f’pajjiżi b’livelli simili. Spanja, il-Greċja u l-Italja, b’livelli ta’ qligħ nett qrib il-medja, urew żvilupp negattiv jew staġnat matul l-aħħar tliet snin (b’mod konsistenti ma’ rati għolja tal-qgħad). Huwa importanti li dawk il-pajjiżi li qed jesperjenzaw tkabbir ta’ qligħ nett ogħla mill-medja jenfasizzaw ukoll żieda mgħaġġla fil-kost ta’ unità lavorattiva, li l-implikazzjonijiet fit-tul tagħha għall-kompetittività jeħtieġ li jiġu mmonitorjati.

Illustrazzjoni 13: Il-qligħ nett qed jiżdied b’mod mgħaġġel fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u b’hekk qed isostni l-konverġenza ’l fuq

Il-qligħ nett u t-tibdil annwali – il-medja fuq tliet snin (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Il-bażi ta’ data tat-taxxa u tal-benefiċċji (kalkoli proprji). Perjodu: Il-livelli tal-2019 (medja fuq 3 snin) u t-tibdiliet annwali medji 2016-2019. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. L-Istati Membri mmarkati b’asterisk huma dawk li fihom il-kost nominali tal-unitajiet lavorattivi (NULC) qabeż is-soll stabbilit permezz tal-Proċedura ta’ Żbilanċi Makroekonomiċi (MIP). L-indikatur tat-tabella ta’ valutazzjoni għall-MIP huwa t-tibdil perċentwali tal-NULC fuq tliet snin. Is-soll huwa ta’ 9 % għall-pajjiżi taż-żona tal-euro u ta’ 12 % għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-DK mhijiex irrapportata peress li l-valur tagħha mhuwiex affidabbli.

Impjieg mhux dejjem jipprovdi għal għajxien deċenti. F’dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema b’paga baxxa marret għall-agħar f’ħafna pajjiżi. Il-faqar fost dawk li jaħdmu żdied f’dawn l-aħħar għaxar snin, minn 8,5 % fl-2007 għal 9,8 % fl-2016 fl-EU-27, sabiex imbagħad naqas għal 9 % fl-2019. Xejriet strutturali li jsawru mill-ġdid is-swieq tax-xogħol, bħad-diġitalizzazzjoni u ż-żieda f’forom mhux standard tax-xogħol, qed jirriżultaw f’aktar polarizzazzjoni tal-impjiegi, fi tnaqqis fl-impjiegi f’okkupazzjonijiet b’paga medja u f’żieda simultanja ta’ okkupazzjonijiet bi ħlas baxx u għoli. Il-ħaddiema b’kuntratti temporanji jaffaċċjaw riskju ogħla ta’ faqar fost dawk li jaħdmu milli għal dawk b’kuntratti permanenti (16,3 % vs 5,7 %); u hekk ukoll ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet meta mqabbla ma’ dawk b’livell għoli ta’ ħiliet (19,3 % vs 4,5 %). Barra minn hekk, il-ħaddiema li ma twildux fl-UE huma ferm aktar probabbli (20,9 %) li jesperjenzaw il-faqar fost dawk li jaħdmu min-nattivi (7,9 %). L- Figure 14 turi li aktar minn 10 % tal-ħaddiema jinsabu f’riskju ta’ faqar fir-Rumanija, fi Spanja, fl-Italja, fil-Lussemburgu, fil-Portugall u fil-Greċja. Fost dan il-grupp, ir-rata ta’ faqar fost dawk li jaħdmu fil-fatt żdiedet meta mqabbla mal-2010 fi Spanja, fl-Italja, fil-Lussemburgu u fil-Portugall.

Illustrazzjoni 14: Il-faqar fost dawk li jaħdmu żdied fil-maġġoranza tal-Istati Membri matul l-aħħar għaxar snin.

Ir-rata ta’ faqar fost dawk li jaħdmu, tqabbil pluriennali

Sors: Eurostat, SILC.

Nota: id-data tal-2019 mhijiex disponibbli (minflok tintwera l-2018) għal FR, IE, IT u SK.

In-nisa, il-ħaddiema żgħażagħ u dawk b’livell baxx ta’ ħiliet, kif ukoll dawk b’impjiegi mhux standard għandhom probabbiltà ogħla li jaqilgħu l-paga minima minn ħaddiema oħra. B’mod partikolari, il-ħaddiema żgħażagħ huma tliet darbiet aktar probabbli li jaqilgħu l-paga minima mill-ħaddiema adulti, filwaqt li n-nisa għandhom probabbiltà kważi doppja. B’mod simili, ix-xogħol temporanju jżid il-probabbiltà li wieħed jaqla’ l-paga minima b’fattur ta’ tlieta filwaqt li x-xogħol part-time b’fattur ta’ tnejn. Madankollu, il-persuna “tipika” li taqla’ l-paga minima fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandha aktar minn 25 sena, għandha edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u qed tgħix f’koppja. Dan minħabba li s-sehem ta’ ħaddiema żgħażagħ b’livell baxx ta’ ħiliet u ta’ ġenituri waħedhom huwa relattivament żgħir fil-forza tax-xogħol ġenerali, u dan jagħti ponderazzjoni akbar għall-possibbiltà akbar tagħhom li jaqilgħu l-paga minima.

Minkejja ż-żidiet riċenti fil-paga minima f’ħafna Stati Membri, il-pagi minimi statutorji għadhom, f’ħafna każijiet, baxxi meta mqabbla ma’ pagi oħra fl-ekonomija. Fi kważi l-Istati Membri kollha, il-paga minima statutorja hija anqas minn 60 % mill-paga medjana u minn 50 % tal-paga medja. Fl-2019, il-paga minima statutorja tal-Portugall biss laħqet iż-żewġ valuri, filwaqt li dik tal-Bulgarija laħqet 60 % tal-medjan. Barra minn hekk, fl-istess sena, il-paga minima kienet anqas minn 50 % tal-paga medjana f’disa’ pajjiżi tal-UE (l-Estonja, Malta, l-Irlanda, iċ-Ċekja, il-Latvja, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Kroazja u l-Greċja, ara l- Figure 15 ). Fl-istess sena, seba’ pajjiżi (l-Estonja, Malta, l-Irlanda, iċ-Ċekja, il-Latvja, l-Ungerija u r-Rumanija) kellhom pagi minimi taħt l-40 % tal-paga medja. Hemm ukoll każijiet li fihom il-paga minima ma kinitx biżżejjed sabiex tipproteġi lill-ħaddiema kontra r-riskju ta’ faqar. Hemm lakuni fil-kopertura tal-pagi minimi f’diversi Stati Membri. F’pajjiżi b’paga minima statutorja, kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema mhumiex protetti mill-pagi minimi minħabba li japplikaw eżenzjonijiet. F’pajjiżi fejn il-pagi huma stabbiliti esklussivament permezz ta’ negozjar kollettiv, hemm lakuni fil-kopertura għall-ħaddiema li mhumiex koperti minn ftehimiet kollettivi.

Illustrazzjoni 15: Fi kważi l-Istati Membri kollha, il-paga minima statutorja hija anqas minn 60 % tal-paga medjana u minn 50 % tal-paga medja

Pagi minimi bħala perċentwal tal-paga gross medjana u medja ta’ ħaddiema full-time, 2019

Sors: Kalkoli tal-Kummissjoni bbażati fuq data tal-Eurostat.

Nota: L-Istati Membri b’paga minima statutorja huma murija.

Huwa għalhekk li, fit-28 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva tal-UE li tiżgura li l-ħaddiema fl-Unjoni jkunu protetti b’pagi minimi adegwati li jippermettu għajxien deċenti kull fejn jaħdmu. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tippromwovi n-negozjar kollettiv tal-pagi fl-Istati Membri kollha. Il-pajjiżi b’pagi minimi statutorji jenħtieġ li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-pagi minimi li għandhom jiġu stabbiliti f’livelli adegwati. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu kriterji ċari u stabbli għall-iffissar tal-paga minima, valuri ta’ referenza indikattivi li jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza u aġġornamenti regolari u f’waqthom tal-pagi minimi. Dawn l-Istati Membri huma mitluba wkoll jiżguraw l-użu proporzjonat u ġustifikat tal-varjazzjonijiet fil-pagi minimi statutorji u t-tnaqqis minnhom u l-involviment effettiv tas-sħab soċjali fl-iffissar u fl-aġġornar tal-paga minima statutorja. Fl-istess ħin, il-proposta hija mfassla b’tali mod li tqis l-effetti fuq l-impjiegi u fuq il-kompetittività. B’hekk, tipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex jitqiesu l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi, inklużi l-produttività u x-xejriet fl-impjiegi. Fl-aħħar nett, il-proposta tipprevedi infurzar u monitoraġġ aħjar tal-protezzjoni tal-paga minima stabbilita f’kull pajjiż. F’konformità mal-Artikolu 154(3) tat-TFUE, saret konsultazzjoni f’żewġ stadji mas-sħab soċjali.

Illustrazzjoni 16: Minkejja tnaqqis ġenerali, il-porzjon ta’ taxxa fuq ix-xogħol għadu għoli f’diversi Stati Membri

Porzjon ta’ taxxa fuq ix-xogħol fuq pagi baxxi u medji, livell u tibdil 2014-2019

Sors: Bażi ta’ data dwar it-taxxi u l-benefiċċji, il-Kummissjoni Ewropea/OECD.

Nota: Id-data hija għall-persuni b’paga waħedhom mingħajr tfal.

Il-piż medju tat-taxxa fuq ix-xogħol fil-pajjiżi tal-EU-27 ikompli xejra ta’ tnaqqis bil-mod, b’tibdiliet relattivament żgħar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Fl-2019, it-tnaqqis fil-porzjon ta’ taxxa għall-ħaddiema waħedhom li jaqilgħu l-paga medja kien l-aktar sinifikanti fil-Litwanja (-3,4 pp), filwaqt li t-tnaqqis fi bnadi oħra kien aktar limitat (anqas minn pp wieħed). L-ogħla żidiet dehru f’Ċipru (1,2 pp) u fl-Estonja (1,1 pp). Id-differenzi bejn l-Istati Membri għadhom kbar (ara l- Figure 16 ), bil-porzjon ta’ taxxa jvarja minn madwar 20 % f’Ċipru għal aktar minn 45 % fil-Belġju, fil-Ġermanja, fl-Italja, fl-Awstrija u fi Franza. Bl-istess mod, il-porzjon ta’ taxxa għall-ħaddiema b’introjtu aktar baxx (definit bħala dawk li jaqilgħu 67 % tal-paga medja) ivarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri. F’perspettiva aktar fit-tul, il-porzjon ta’ taxxa naqas kemm fil-paga medja kif ukoll għall-ħaddiema b’introjtu aktar baxx, bit-tnaqqis għal dawn tal-aħħar li bħala medja kien aktar evidenti. Bejn l-2014 u l-2019, il-porzjon ta’ taxxa medju mhux ponderat fl-UE naqas b’0,7 pp (u b’1,1 pp għall-ħaddiema b’introjtu baxx). Il-Litwanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Belġju u l-Estonja raw tnaqqis kbir għaż-żewġ gruppi ta’ introjtu (għalkemm għall-Belġju ż-żewġ livelli għadhom fost l-ogħla), filwaqt li ġie rreġistrat ukoll tnaqqis sostanzjali għall-ħaddiema b’introjtu aktar baxx fi Franza, fil-Latvja u fil-Finlandja. L-aktar żieda sinifikanti fiż-żewġ livelli tal-pagi ġiet irreġistrata f’Malta, għalkemm il-porzjon ta’ taxxa għadu relattivament baxx.

F’għadd ta’ Stati Membri hemm lok għal ċaqliq tat-tassazzjoni lil hinn mix-xogħol u lejn sorsi oħra li huma anqas detrimentali għat-tkabbir u aktar ta’ appoġġ għall-għanijiet ambjentali. It-taxxi ambjentali (jiġifieri t-taxxi fuq l-enerġija, fuq it-trasport, fuq it-tniġġis u fuq ir-riżorsi) ikkontribwew għal madwar 6 % tad-dħul totali mit-taxxa fl-EU-27 fl-2018, b’sehem li jvarja minn 10,9 % fil-Latvja għal 4,4 % fil-Lussemburgu ( Figure 17 ). Fl-2018, it-taxxi fuq l-enerġija taw l-akbar kontribuzzjoni, li kienet tinkludi madwar 77 % tad-dħul mit-taxxa ambjentali fl-EU-27. Għall-EU-27 kollha, is-sehem tat-taxxi ambjentali mid-dħul totali mit-taxxa baqa’ relattivament stabbli bejn l-2008 u l-2018. It-tibdiliet fil-livell nazzjonali kienu aktar evidenti, bl-akbar żidiet fil-Latvja u fil-Greċja u bl-akbar tnaqqis fil-Lussemburgu. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li s-sehem tat-tassazzjoni ambjentali waħdu mhuwiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż jekk is-sistema tat-taxxa ta’ Stat Membru hijiex imfassla tajjeb sabiex tappoġġa objettivi ambjentali.

Illustrazzjoni 17: Is-sehem tat-taxxi ambjentali ma żdiedx bħala medja fl-UE matul l-aħħar għaxar snin

Taxxi ambjentali bħala % mit-tassazzjoni totali, 2008-2018

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat

Jekk ma jkunux imfassla sew, it-taxxi ambjentali jista’ jkollhom effetti distributtivi negattivi, billi jpoġġu piż komparattivament akbar fuq l-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx. Għalhekk, il-mekkaniżmi ta’ kumpens jeħtieġ li jiżguraw riċiklaġġ tad-dħul adegwat jew investimenti f’beni pubbliċi, bħat-trasport pubbliku, sabiex joffru alternattivi. Fil-kuntest tal-azzjoni klimatika sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (skont il-miri u l-livelli ta’ ambizzjoni msaħħa li huma proposti fil-Pjan tal-Miri dwar il-Klima u fl-abbozz tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima), il-prezzijiet tal-karbonju u l-kostijiet tal-enerġija huma mistennija jiżdiedu, inkluż permezz tat-taxxi fuq il-karbonju u permezz tal-estensjonijiet possibbli tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Mill-perspettiva tal-konsumatur, l-impatti tat-tnejn huma simili. L-evidenza turi li t-taxxi fuq il-fjuwils u fuq prodotti oħra tal-enerġija jpoġġu l-ogħla piż, bħala proporzjon tal-introjtu disponibbli, fuq l-unitajiet domestiċi bl-anqas introjtu. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Pjan ta’ Mira Klimatika għall-2030 turi wkoll nefqa proporzjonata ogħla fuq l-elettriku, fuq il-gass u fuq il-fjuwils solidi minn unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx. Għalhekk, mill-perspettiva tal-ekwità, huma meħtieġa strumenti fiskali kumpensatorji sabiex jittaffew tali impatti ta’ rigressività. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ affordabbiltà tal-prodotti tal-enerġija jista’ jaggrava l-faqar enerġetiku. Sabiex jiġi żgurat aċċess għas-servizzi essenzjali, minqux bħala prinċipju fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jista’ jiġi previst appoġġ permezz ta’ aktar strumenti fiskali dedikati.

It-tnaqqis kumpensatorju fit-taxxa fuq ix-xogħol wera li jwassal għal gwadanji f’termini ta’ impjiegi u ta’ tkabbir ekonomiku. It-tnaqqis tat-taxxi fuq ix-xogħol itejjeb l-inċentivi tax-xogħol b’mod ġenerali, b’mod partikolari għal dawk li jaqilgħu paga baxxa, u għal gruppi oħra fil-mira bħal ħaddiema żgħażagħ u anzjani. Miżura ta’ kumpens li takkumpanja żieda fil-prezzijiet tal-karbonju tista’ titqies bħala mod kif jissaħħu l-inċentivi tal-impjegaturi sabiex iżommu l-forza tax-xogħol tagħhom filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni jiżdiedu (li jsaħħaħ id-domanda għax-xogħol). Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol jista’ jintuża sabiex tiżdied il-paga f’idejn il-ħaddiem (b’kostijiet lavorattivi partikolari), u b’hekk jiżdied l-inċentiv tagħhom li jkunu attivi fis-suq tax-xogħol (li jsaħħaħ il-provvista ta’ ħaddiema). Dan l-aħħar, il-valutazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq li takkumpanja l-Pjan tal-Miri Klimatiċi tal-2030 uriet effettivi pożittivi fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi tar- “riċiklaġġ tad-dħul” mill-karbonju fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu jew fuq ix-xogħol.

Id-dħul mit-tassazzjoni ambjentali jista’ jintuża sabiex isostni kull introjtu. Ir-riċiklaġġ tal-introjtu mmexxi mill-ekwità ġie implimentat, pereżempju, fil-forma ta’ trasferimenti ta’ somom f’daqqa jew ta’ għotjiet ta’ “dividendi tal-karbonju”, sabiex il-familji kollha mingħajr introjtu mix-xogħol ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll. L-Employment and Social Developments in Europe Annual Review 2020, ibbażata fuq eżerċizzju ta’ mmudellar, tippreżenta l-eżempju ta’ riforma fiskali newtrali għad-dħul, li tikkonsisti f’taxxa fuq l-enerġija u f’benefiċċju ta’ somma f’daqqa mogħtija lill-unitajiet domestiċi kollha. Jidher li tali trasferiment jista’ jtaffi kompletament l-effett negattiv tat-taxxa kemm fuq il-faqar kif ukoll fuq l-inugwaljanza. Dan minħabba li l-benefiċċju, għalkemm jingħata lil kulħadd, jipprovdi relattivament aktar appoġġ lil unitajiet domestiċi ifqar milli lil unitajiet domestiċi aktar sinjuri.

3.1.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19, l-Istati Membri kollha qalbu għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (STW) sabiex itaffu l-konsegwenzi tax-xokk ekonomiku fuq is-suq tax-xogħol. Minħabba l-pandemija, in-negozji madwar l-UE f’daqqa waħda kienu mġiegħla jnaqqsu jew jissospendu l-attivitajiet tagħhom minħabba interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista, l-infurzar ta’ miżuri stretti ta’ konteniment u t-tnaqqis konsegwenti fid-domanda għal firxa wiesgħa ta’ prodotti u ta’ servizzi. Bħala tweġiba għal dawn l-iżviluppi, l-Istati Membri kollha tal-UE saħħew l-iskemi eżistenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew introduċew skemi ġodda bl-objettiv li jippreservaw l-impjiegi matul l-aktar fażi akuta tal-emerġenza tas-saħħa. L-Unjoni Ewropea qed tappoġġa dan l-isforz bl-istrument temporanju Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji tal-Qgħad f’Emerġenza (SURE).

L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar huma programmi pubbliċi mmirati sabiex jevitaw il-qerda eċċessiva tal-impjiegi matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Dawn jippermettu lid-ditti li jesperjenzaw diffikultajiet ekonomiċi sabiex temporanjament inaqqsu s-sigħat tax-xogħol tal-impjegati tagħhom, li min-naħa tagħhom jirċievu appoġġ għall-introjtu għas-sigħat mhux maħduma. L-iskop ewlieni ta’ dawn l-iskemi huwa li jipproteġu lill-impjegati u t-tlaqqigħ tal-impjiegi, u b’hekk jillimitaw il-konsegwenzi fit-tul ta’ xokk tranżitorju. Ġeneralment, dawn jintużaw f’każ ta’ avvenimenti esterni li jfixklu l-attivitajiet tan-negozju (eż. inċidenti tekniċi, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jaffettwaw xogħlijiet fil-kostruzzjoni jew fl-agrikoltura, kawżi ta’ forza maġġuri), u tnaqqis tranżitorju fin-negozju (eż. tnaqqis fil-fatturat jew tnaqqis fl-ordnijiet, li jkun mistenni li jkun temporanju). Karatteristika ewlenija hija li r-relazzjoni ta’ impjieg tinżamm matul il-perjodu ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, anki f’każijiet li fihom is-sigħat tax-xogħol jitnaqqsu għal żero (jiġifieri sospensjoni sħiħa tax-xogħol).

Skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-impjegaturi, għall-ħaddiema u għall-ekonomija b’mod ġenerali. Dawn jippermettu lill-kumpaniji jaġġustaw il-kostijiet lavorattivi tagħhom meta l-attività ekonomika tiddgħajjef, filwaqt li jippreservaw l-impjiegi u l-kapital uman, filwaqt li jevitaw li jġarrbu proċeduri twal u għaljin ta’ sensja kif ukoll kostijiet ta’ reklutaġġ mill-ġdid ladarba l-attivitajiet jerġgħu jkomplu bħal qabel. Mill-perspettiva tal-ħaddiema, dawn l-iskemi jipprovdu introjtu ta’ sostituzzjoni (parzjali) filwaqt li jipprevjenu s-sensji, li jippermettu li l-piż tal-aġġustament jinqasam b’mod aktar ugwali fost l-impjegati. Billi jillimitaw it-telf ta’ impjiegi, l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar inaqqsu l-volatilità tal-impjiegi u tal-introjti, u jsaħħu r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol, itaffu l-piż fuq is-sistemi tal-benefiċċji tal-qgħad u l-probabbiltà ta’ qgħad fit-tul.

Qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, 17-il Stat Membru tal-UE kellhom skema jew qafas fis-seħħ għall-għoti ta’ appoġġ għax-xogħol b’ħinijiet iqsar. Madankollu, dawn l-iskemi varjaw b’mod konsiderevoli fil-mod li bih ġew stabbiliti u amministrati, eż. permezz ta’ skemi apposta, permezz tas-sistema tal-benefiċċji tal-qgħad, jew permezz ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol.

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Portugall kellhom skemi dedikati u stabbiliti sew qabel il-kriżi. F’dawn il-pajjiżi, il-kumpaniji jressqu talba lill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-iskema. Ladarba tingħata l-awtorizzazzjoni, il-kumpanija tkun tista’ taġġusta s-sigħat tax-xogħol tal-impjegati tagħha, tħallashom is-salarju regolari għall-ammont ta’ sigħat maħduma, u indennizz għas-sigħat mhux maħduma (ġeneralment anqas mill-paga normali). Il-kumpanija mbagħad tiġi rimborżata (kompletament jew parzjalment) permezz tal-iskema pubblika ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. L-Iżvezja lleġiżlat skema simili fl-2014, li tiġi “attivata” f’każ ta’ reċessjoni ekonomika severa u profonda. Il-Bulgarija stabbiliet il-qafas legali wara l-kriżi tal-2009, iżda l-iskema tagħha kienet “inattiva” peress li ma ġietx iffinanzjata fl-aħħar snin qabel il-kriżi tal-COVID-19. L-Ungerija kellha wkoll fis-seħħ tali skema permanenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, li kienet relattivament żgħira u li kienet tintuża u tiġi ffinanzjata biss b’mod intermittenti qabel il-COVID-19.

Fid-Danimarka, fl-Irlanda, fin-Netherlands, fi Spanja u fil-Finlandja, l-appoġġ għal xogħol b’ħinijiet iqsar kien tipikament ipprovdut (qabel il-kriżi) permezz tas-sistema tal-benefiċċji tal-qgħad. F’dawn is-sistemi, id-ditti għandhom il-possibbiltà li jnaqqsu temporanjament il-ħin tax-xogħol tal-impjegati tagħhom (f’xi każijiet, eż. fil-Finlandja, anke temporanjament jagħtu s-sensja lill-impjegati, filwaqt li r-relazzjoni ta’ impjieg xorta tibqa’ fis-seħħ). Min-naħa tagħhom, il-ħaddiema affettwati jistgħu jirreġistraw bħala persuni li qed ifittxu impjieg u jitolbu l-benefiċċji tal-qgħad għal ammont proporzjonali għall-jiem mhux maħduma (l-hekk imsejħa “benefiċċji tal-qgħad parzjali”). Il-kundizzjonijiet għar-riċevuta ta’ tali benefiċċju tal-qgħad “parzjali” huma ddefiniti fil-livell tal-ħaddiema individwali, u huma l-istess bħall-benefiċċju tal-qgħad standard (“sħiħ”). B’mod partikolari (b’xi eċċezzjonijiet, eż. Spanja), il-ħaddiema jistgħu jitolbu l-benefiċċju tal-qgħad parzjali jekk ikollhom ir-rekord tal-kontribuzzjoni meħtieġ, u jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti standard dwar it-tiftix ta’ impjieg u d-disponibbiltà għax-xogħol (jiġifieri huma mistennija jaċċettaw offerti possibbli għal impjiegi full-time).

Fil-Kroazja u fis-Slovakkja, l-appoġġ għax-xogħol b’ħinijiet iqsar ġie amministrat bħala forma ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol. Fil-bidu, dawn l-iskemi kellhom baġit limitat, numru żgħir ta’ ditti u ta’ ħaddiema koperti u kienu jinkludu rekwiżiti dwar iż-żamma tal-impjiegi (obbligu għall-impjegaturi li jippreservaw il-livelli ta’ impjieg għal ċertu perjodu wara li jirċievu l-appoġġ). Dawn l-iskemi ssaħħew b’mod konsiderevoli bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19, b’allokazzjonijiet baġitarji mdaqqsa u b’kopertura wiesgħa tan-negozji u tal-ħaddiema.

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19, l-Istati Membri kollha adattaw l-iskemi nazzjonali tagħhom ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (STW) bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-użu tagħhom u jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-benefiċjarji potenzjali. Pereżempju, huma ssimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għall-awtorizzazzjoni tal-appoġġ għall-STW, eż. billi qassru l-perjodi ta’ notifika, introduċew ġustifikazzjoni ġdida ta’ “emerġenza tal-COVID-19” (awtomatikament meqjusa bħala kawża ta’ forza maġġuri) u/jew billi llaxkaw ir-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni minn qabel tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u qassru l-perjodu ta’ żmien sabiex jintalbu l-benefiċċji. Huma wessgħu wkoll il-kopertura tal-iskemi għal kumpaniji u għal setturi li qabel ma kinux eliġibbli. Pereżempju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja emendaw ir-regoli tal-iskemi tagħhom tal-STW sabiex jissimplifikaw il-proċeduri, jiffaċilitaw l-aċċess u/jew iwessgħu l-kopertura tagħhom (eż. jinkludu lil dawk li jaħdmu għal rashom kif ukoll il-ħaddiema li għadhom kif ġew impjegati). Spanja u l-Finlandja ssimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u rrilassaw b’mod sostanzjali l-kriterji ta’ eliġibbiltà, sabiex jippermettu lill-impjegati kollha jirċievu appoġġ għall-STW irrispettivament mir-rekord tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-intitolamenti dovuti tagħhom għall-benefiċċji tal-qgħad “standard”. L-Istati Membri naqqsu l-kostijiet għall-impjegaturi għal żero f’xi pajjiżi. Id-durata tal-użu tal-STW żdied ukoll minħabba n-natura eċċezzjonali tal-kriżi u l-inċertezza dwar id-durata tagħha. Barra minn hekk, xi Stati Membri (fosthom il-Belġju u Franza) żiedu temporanjament il-livell tal-indennizz mogħti lill-ħaddiema għas-sigħat mhux maħduma. Franza ħolqot ukoll derogi settorjali minn regoli komuni, għal setturi speċifiċi li huma aktar affettwati mill-miżuri ta’ emerġenza relatati mal-COVID-19 (l-avjazzjoni, it-turiżmu).

Xi Stati Membri għażlu li jintroduċu programmi ġodda mmirati speċifikament sabiex jippreservaw il-livelli ta’ impjieg f’kumpaniji affettwati mill-pandemija tal-COVID-19. Pereżempju, id-Danimarka, l-Irlanda u n-Netherlands introduċew skemi ġodda ta’ emerġenza (xogħol b’ħinijiet iqsar) li fihom l-appoġġ jingħata direttament permezz tal-impjegatur, aktar milli permezz tas-sistema tal-benefiċċji tal-qgħad. Pereżempju, fin-Netherlands, l-iskema preċedenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar ġiet issostitwita b’arranġament aktar ġeneruż. L-impjegaturi li jistennew telf ta’ dħul (tal-anqas 20 %) jistgħu japplikaw għal allowance tal-kostijiet lavorattivi ta’ massimu ta’ 90 % għal perjodu ta’ 3 xhur dment li ma jkeċċux lill-ħaddiema.

L-Istati Membri kollha li ma kellhomx skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar diġà ħadu miżuri ta’ emerġenza sabiex jipprevjenu s-sensji fl-ispirtu ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Dan kien ifisser l-għoti ta’ appoġġ temporanju lill-ħaddiema impjegati minn kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom huma sospiżi jew li tnaqqsu b’mod sostanzjali. B’mod partikolari, xi pajjiżi (eż. Malta, il-Greċja, il-Litwanja u r-Rumanija), li fihom il-leġiżlazzjoni diġà kienet tippermetti lill-impjegaturi jnaqqsu l-ħin tax-xogħol jew jissospendu l-kuntratti tal-impjegati tagħhom f’każijiet debitament iġġustifikati, introduċew sussidji pubbliċi sabiex jiffinanzjaw l-appoġġ għall-introjtu għall-ħaddiema affettwati. Pereżempju, minn Ġunju 2020, l-iskema SYN-ERGASIA fil-Greċja tippermetti tnaqqis sa 50 % fil-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa ta’ ħaddiema full-time f’kumpaniji li jesperjenzaw tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % fil-fatturat tagħhom. L-Istat ikopri 60 % tal-paga netta tal-impjegati u 100 % tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jikkorrispondu għas-sigħat mhux maħduma.

Filwaqt li matul terminu qasir l-STWs huma adattati sabiex jindirizzaw il-konsegwenzi immedjati ta’ xokk ekonomiku estern, l-użu fit-tul tagħhom jista’ jfixkel it-tibdil strutturali. Il-preservazzjoni tal-impjiegi eżistenti kienet it-tħassib ewlieni fis-suq tax-xogħol fil-bidu tal-kriżi tal-COVID-19. Aktar ma l-pandemija tippersisti, l-impatt ekonomiku tal-kriżi fuq l-istruttura tad-domanda u fuq l-attività tal-kumpaniji jsir dejjem aktar evidenti u, miegħu, il-ħtieġa għal tibdil strutturali tibda tinħass dejjem aktar kruċjali. Aktar ma ddum il-kriżi, aktar ikun probabbli li l-iskemi tal-STWs jissussidjaw impjiegi f’kumpaniji li ma għadhomx vijabbli. L-iskemi tal-STWs jistgħu jnaqqsu wkoll il-probabbiltà li dawk mingħajr impjieg sikur isibu xogħol u, għalhekk, jistgħu jnaqqsu r-ritmu tat-tkabbir tal-impjiegi matul l-irkupru. Għalhekk, il-politiki għall-promozzjoni tat-tibdil strutturali u tar-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-setturi kollha (eż. permezz ta’ inċentivi għar-reklutaġġ u permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ mill-ġdid imfassla tajjeb) jistgħu jiġu promossi malli jidhru sinjali ta’ rkupru ekonomiku, imfassla għas-sitwazzjoni ekonomika partikolari f’kull pajjiż.

Xi Stati Membri diġà bdew inaqqsu l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri oħra ta’ emerġenza, filwaqt li oħrajn adattawhom jew tawluhom. Pereżempju, fid-Danimarka u fl-Estonja, il-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu bħala reazzjoni għall-pandemija skadew matul is-sajf u (fil-mument tal-abbozzar) ma ġġeddewx. Stati Membri oħra bdew jillimitaw l-aċċess għall-iskemi ta’ emerġenza biss għal negozji li għadhom affettwati direttament minn restrizzjonijiet marbuta mal-kriżi sanitarja (eż. fil-Belġju, fil-Greċja u f’Ċipru). Fl-aħħar nett, diversi Stati Membri diġà estendew il-validità ta’ xi miżuri ta’ emerġenza sa tmiem l-2020 (eż. Franza, l-Italja u l-Greċja) jew sal-2021 (eż. il-Ġermanja, Malta, l-Iżvezja, Ċipru, Spanja).

Diversi Stati Membri adottaw miżuri sabiex iżidu ż-żamma tal-impjegati u jappoġġaw id-domanda għax-xogħol permezz ta’ inċentivi għar-reklutaġġ. Pereżempju, fil-Greċja, l-iskemi eżistenti ta’ sussidju għar-reklutaġġ immexxija mis-servizz pubbliku tal-impjiegi ngħataw spinta b’postijiet ġodda, b’durata estiża (sa sentejn) u b’rata ta’ sussidju miżjuda (75 % tal-kostijiet tal-pagi b’limitu massimu ta’ EUR 750). Barra minn hekk, f’Ottubru tnediet skema ġdida li tinċentiva l-ħolqien ta’ 100 000 impjieg fis-settur privat permezz tal-kopertura tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal 6 xhur mill-Istat. Fil-Kroazja, skema temporanja ta’ appoġġ għall-pagi (ugwali għal 50 % tal-paga minima) ġiet estiża sabiex tappoġġa lill-ħaddiema affettwati mir-restrizzjonijiet sanitarji, ħafna minnhom ħaddiema staġjonali fis-settur tat-turiżmu u tas-servizzi. Fir-Rumanija, ittieħdu diversi miżuri (minbarra l-iskemi eżistenti ta’ sussidji għall-impjiegi) sabiex jiġu indirizzati l-aħħar sfidi tas-suq tax-xogħol, inkluż l-appoġġ għall-ħaddiema żgħażagħ u dawk akbar fl-età, u għal dawk li jaħdmu għal rashom. Ir-reġjun Belġjan tal-Fjandri wettaq reviżjoni tal-inċentivi eżistenti ta’ reklutaġġ għall-persuni qiegħda fit-tul, filwaqt li l-Wallonia qed jivvaluta l-qafas ġenerali tiegħu ta’ inċentivi ta’ reklutaġġ sabiex itejjeb l-effettività tiegħu. F’Mejju 2020, l-Ungerija adottat Pjan ta’ Azzjoni sabiex tippreserva l-impjiegi u toħloq oħrajn addizzjonali f’setturi ddefiniti bħala prijorità, li jinkludu l-kura tas-saħħa, il-kostruzzjoni, l-agrikoltura, it-trasport u t-turiżmu. L-azzjoni tal-aħħar ġiet allokata baġit totali ta’ HUF 674 biljun (EUR 1,85 biljun) għall-perjodu 2020-2022, permezz ta’, fost l-oħrajn, skemi ta’ sussidju tal-pagi u permezz ta’ arranġamenti oħra sabiex ix-xogħol isir aktar flessibbli. Spanja introduċiet inċentivi għar-reklutaġġ immirati lejn ħaddiema affettwati b’mod negattiv fis-settur tat-turiżmu tal-Gżejjer Baleariċi u Kanarji. Fil-Latvja, sussidju ġdid tal-pagi ġie stabbilit għal tliet xhur għal perjodu sa tmiem l-2020. L-impjegatur jirċievi l-ekwivalenti ta’ massimu ta’ 50 % tal-paga fix-xahar tal-impjegat (massimu ta’ EUR 430 fix-xahar) bil-kundizzjoni li jimpjega l-persuna li qabel kienet qiegħda mhux anqas minn tliet xhur wara t-tmiem tas-sussidju. Ċipru biħsiebu jimplimenta skemi ta’ sussidju sabiex iħeġġeġ ir-reklutaġġ ta’ persuni qiegħda, ta’ eks priġunieri u ta’ żgħażagħ wara l-aħħar ta’ Ottubru. Bħala parti minn riforma wiesgħa, il-Finlandja għandha l-għan li tissimplifika s-sistema kurrenti ta’ reklutaġġ u sussidji għall-pagi sabiex jiżdied l-użu tagħhom mid-ditti, speċjalment mill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. B’mod partikolari, hemm pjanijiet sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-impjegaturi u sabiex jitħaffef il-proċess tal-ħlas, li se jkun marbut mill-qrib mal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet futuri ta’ ħiliet tal-impjegat.

Il-pagi minimi statutorji żdiedu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fl-2020 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. F’xi wħud minnhom, dawn żdiedu b’mod sostanzjali (pereżempju, fil-Polonja 17 %, fis-Slovakkja 12 %, fiċ-Ċekja 11 %). Il-paga minima fir-Rumanija żdiedet b’7 %, li tammonta għal madwar 40 % tal-paga medja fil-pajjiż. Fil-Belġju, il-paga minima statutorja baqgħet iffriżata (minbarra l-indiċjar), peress li s-sħab soċjali ma setgħux jilħqu ftehim. Fi Spanja, l-aħħar żieda fil-paga minima (b’5,5 %, wara żieda ta’ 22,3 % fl-2019) ġiet innegozjata u miftiehma mas-sħab soċjali, b’mod differenti minn dik preċedenti. Il-paga minima tal-Latvja se tiżdied b’16 % minn Jannar 2021, skont deċiżjoni tal-Gvern. Fil-Ġermanja, il-Kummissjoni għall-Paga Minima pproponiet żieda ta’ 10 % fil-paga minima f’erba’ stadji matul is-sentejn li ġejjin. Il-Ġermanja bħalissa qed tirrieżamina l-iffissar tal-paga minima tagħha fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-introduzzjoni ta’ paga minima statutorja. Xi gvernijiet (bħall-Polonja u Spanja) ħabbru jew qed jikkunsidraw pjanijiet sabiex iżidu l-pagi minimi statutorji għal 60 % tal-pagi medjani jew medji. Fis-Slovakkja, fl-2019 ġie adottat mekkaniżmu ġdid għall-iffissar tal-paga minima nazzjonali, li jistabbilixxi li jekk is-sħab soċjali ma jaqblux dwar il-livell għas-sena ta’ wara sal-iskadenza meħtieġa (il-15 ta’ Lulju ta’ kull sena), din tiġi stabbilita awtomatikament għal 60 % tal-paga gross nominali medja fl-ekonomija mis-sena ta’ qabel. Il-mekkaniżmu l-ġdid kellu jiġi applikat għall-ewwel darba għall-paga minima tal-2021, iżda emenda oħra adottata mill-Parlament f’Ottubru 2020 tipprevedi żieda ad hoc fl-2021 (anqas minn dik ibbażata fuq il-kalkolu preċedenti) u tnaqqas il-formula awtomatika għal 57 % tal-paga gross nominali medja fl-aħħar sentejn. Ħafna pajjiżi qed jiddibattu żieda sostanzjali ulterjuri fil-pagi minimi għal wara l-2020, parzjalment b’rabta ma’ mira relattiva, parzjalment f’termini assoluti.

Matul l-aħħar sena ġew irreġistrati biss tibdiliet limitati fir-regoli u fl-oqfsa tal-iffissar tal-pagi. Eċċezzjoni waħda hija l-Greċja, fejn f’Ottubru 2019 ġiet introdotta l-possibbiltà ta’ esklużjoni fakultattiva mill-ftehimiet settorjali, b’mod partikolari għan-negozji li qed jaffaċċjaw problemi ekonomiċi (falliment, ristrutturar, likwidazzjoni, self improduttiv), jew li joperaw f’żoni b’rati għoljin tal-qgħad, negozji ġodda u ditti tal-ekonomija soċjali. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-ftehimiet settorjali ma għadhiex awtomatika, iżda d-deċiżjoni issa hija fid-diskrezzjoni tal-Ministru tax-Xogħol, wara talba espliċita mressqa minn waħda mill-partijiet firmatarji. Din it-talba jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn analiżi tal-impatt stmat fuq l-ekonomija u fuq is-suq tax-xogħol, flimkien mal-kriterju eżistenti tar-rappreżentattività (50 % tal-forza tax-xogħol diġà koperta mill-ftehim). Jinħoloq reġistru pubbliku għal, rispettivament, assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi u trade unions, sabiex tiġi vverifikata r-rappreżentattività tagħhom sabiex jikkonkludu ftehimiet kollettivi tax-xogħol. Għad irridu naraw kif dawn it-tibdiliet se jaffettwaw in-negozjar kollettiv fil-prattika. Madwar l-UE, xi miżuri li jiffissaw il-pagi (jew miftiehma b’mod kollettiv jew fuq inizjattiva tal-gvern) kienu mmirati lejn is-saħħa u ħaddiema assimilati, fil-kuntest tar-rispons għall-COVID-19. Numru ta’ Stati Membri, inklużi l-Bulgarija, il-Latvja u l-Litwanja introduċew miżuri sabiex iżidu temporanjament il-pagi tal-persunal tal-kura tas-saħħa u/jew ta’ kategoriji oħra ta’ ħaddiema involuti direttament fil-ġlieda kontra l-pandemija. Reċentement ġew konklużi ftehimiet kollettivi relatati mas-settur tas-saħħa, pereżempju, fl-Awstrija, fil-Belġju (fil-livell federali), fi Franza u fil-Ġermanja (infermiera).

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri meħuda fil-qasam tat-tassazzjoni fuq ix-xogħol f’dawn l-aħħar xhur tfasslu bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Analiżi tar-rispons inizjali tat-taxxa tal-Istati Membri għat-tifqigħa tenfasizza li dan sar sabiex tiġi evitata żieda qawwija fil-qgħad u sabiex tittaffa l-pressjoni fuq il-kumpaniji, l-Istati Membri pproteġew il-flussi tal-flus tan-negozji, bl-aktar miżura komuni li kienet id-differimenti tat-taxxa. Tali differimenti ġew introdotti għall-kategoriji tat-taxxa li ġejjin: taxxa korporattiva fuq l-introjtu (CIT), taxxa fuq l-introjtu personali (PIT), taxxa fuq il-proprjetà, VAT, u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (SSCs). Xi Stati Membri introduċew ukoll ħelsien mit-taxxa aktar ġenerali, inklużi skontijiet fuq it-taxxa u/jew fuq il-kontribuzzjonijiet soċjali għal pagamenti fil-ħin, tnaqqis fit-taxxa għal kumpaniji affettwati serjament, sospensjonijiet temporanji ta’ ċerti pagamenti tat-taxxa u tal-SSC u krediti tat-taxxa.

Ħafna Stati Membri fasslu miżuri fiskali mmirati lejn il-protezzjoni ta’ ħaddiema, ta’ setturi tal-ekonomija jew ta’ kategoriji tal-popolazzjoni dgħajfin permezz ta’ miżuri temporanji mmirati. Pereżempju, il-Belġju introduċa l-possibbiltà ta’ differiment tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-2020. Il-persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu jibbenefikaw ukoll minn tnaqqis jew minn tneħħija tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, skont kundizzjonijiet speċifiċi. Fi Spanja, dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu jiddifferixxu l-ħlas tat-taxxi u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal sitt xhur jekk l-attivitajiet ikunu ġew sospiżi permezz tad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza. Il-Polonja implimentat eżenzjoni temporanja (jew, skont id-daqs tal-impriża, tnaqqis) tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal intrapriżi żgħar u għal kooperattivi soċjali. Il-Portugall introduċa eżenzjoni parzjali mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-impjegaturi sa tliet xhur għall-ħaddiema koperti minn miżuri ta’ appoġġ straordinarju. Is-Slovakkja pposponiet l-iskadenza għall-ħlasijiet obbligatorji tal-impjegaturi u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom għall-fondi tas-sigurtà soċjali. Skont dan il-qafas, kwalunkwe impjegatur u persuna li taħdem għal rasha li jħallsu kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-fondi tas-saħħa u tal-pensjonijiet, u li d-dħul tagħhom min-negozju naqas b’tal-anqas 40 %, kienu intitolati li jiddifferixxu l-ħlas. Fil-Finlandja, sabiex l-impjegaturi fis-settur privat jingħataw appoġġ sabiex iżommu kemm jista’ jkun impjiegi, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-impjegaturi tnaqqsu b'2,6 pp bejn Mejju u Diċembru 2020. Sabiex ikopru l-kostijiet addizzjonali, il-kontribuzzjonijiet se jiżdiedu b’0,4 pp bejn l-2022 u l-2025. Din il-miżura tfasslet f’koordinazzjoni mas-sħab soċjali. Barra minn hekk, l-istat jikkofinanzja parti mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-imprendituri li rreġistraw tnaqqis fil-fatturat għal perjodu ta’ 3 xhur (bil-possibbiltà ta’ estensjoni).

F’każijiet oħra, ittieħdu miżuri fuq bażi aktar stabbli jew permanenti, bl-għan li jitnaqqas il-porzjon ta’ taxxa fuq ix-xogħol b’effetti potenzjalment ta’ benefiċċju fuq id-domanda u fuq il-provvista tax-xogħol. Pereżempju, il-Greċja naqqset il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati full-time b’0,9 pp b’effett minn Ġunju 2020. Il-Gvern ħabbar tnaqqis ulterjuri ta’ 3 pp fl-2021. Fil-Polonja, minbarra eżenzjoni mit-taxxa għall-ħaddiema żgħażagħ, minn Ottubru 2019 l-ewwel rata tat-taxxa fuq l-introjtu tnaqqset minn 18 % għal 17 %. Żdiedu wkoll il-kostijiet deduċibbli mit-taxxa għall-impjegati. Il-Litwanja żiedet il-benefiċċju tat-taxxa fuq l-introjtu minn EUR 350/xahar għal EUR 400/xahar, b’effett minn Lulju 2020. L-Italja naqqset il-porzjon ta’ taxxa għall-ħaddiema dipendenti: għall-introjti sa EUR 28 000 fis-sena, tingħata konċessjoni ta’ EUR 600 għall-aħħar sitt xhur tal-2020, li ssir EUR 1 200 mill-2021. Huma previsti benefiċċji mnaqqsa għal introjti ogħla, sa EUR 40 000. Din il-miżura tissostitwixxi ribass preċedenti (“bonus Renzi”) fuq introjti bejn EUR 8 000 u 26 600. Fil-Fjandri (il-Belġju), mill-2021 “bonus tal-impjieg” se jżid is-salarji netti tal-ħaddiema li s-salarju gross fix-xahar tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 1 700 b’tal-anqas EUR 50 fix-xahar. Il-bonus jonqos gradwalment għal żero għal persuni b’salarju gross fix-xahar ta’ EUR 2 500. Miżura bħal din hija mistennija li tindirizza n-nases tal-qgħad u tal-inattività.

3.2 Linja Gwida 6: Insaħħu l-provvista ta’ ħaddiema u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, għall-ħiliet u għall-kompetenzi

Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 6 dwar l-impjiegi, li tirrakkomanda li l-Istati Membri joħolqu kundizzjonijiet li jippromwovu l-provvista ta’ ħaddiema, il-ħiliet u l-kompetenzi. It-Taqsima 3.2.2 tirrapporta dwar il-miżuri ta’ politika meħuda mill-Istati Membri f’dawn l-oqsma ta’ politika.

3.2.1    Indikaturi ewlenin

F’dawn l-aħħar għaxar snin, is-sehem ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ naqas b’mod sinifikanti fil-livell tal-UE, iżda l-kriżi tal-COVID-19 tenfasizza l-ħtieġa għal sforzi kontinwi. It-tluq bikri mill-iskola kien ta’ 10,2 % fl-2019, 0,2 pp biss ogħla mill-mira ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020, wara titjib konsiderevoli (ta’ kważi 4 pp) mill-2009. Il-progress fil-livell tal-UE kien immexxi prinċipalment minn għadd ta’ Stati Membri li raw titjib sinifikanti ħafna: il-Portugall (-20,3 pp), Spanja (-13,6 pp), il-Greċja (-10,1 pp) u Malta (-8,5 pp). Is-Slovakkja u ċ-Ċekja biss esperjenzaw żieda fir-rati rispettivi tagħhom ta’ tluq bikri mill-iskola matul l-aħħar għaxar snin (+3,4 u +1,3 pp rispettivament) (

Figure 18 u Figure 19 ). Minkejja dan, ma ġie rreġistrat l-ebda titjib kbir fil-livell tal-UE matul dawn l-aħħar erba’ snin, hekk kif, bħala medja, is-sehem ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni staġna. Għal ftit Stati Membri li għandhom punteġġ batut f’dan ir-rigward fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali – b’mod partikolari Spanja, Malta, ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja – it-tluq bikri mill-iskola għadu sfida kbira bi ftit titjib irreġistrat mis-sena ta’ qabel. Numru ta’ pajjiżi juru disparitajiet reġjonali kbar fir-rati ta’ tluq bikri mill-iskola (ara l-Anness 4). Perjodi twal ta’ għeluq tal-iskejjel minħabba l-kriżi tal-COVID-19 jistgħu jżidu r-rati ta’ tluq bikri mill-iskola, u dan jesiġi sforzi kontinwi sabiex tiġi indirizzata l-isfida.

It-tluq bikri mill-iskola jaffettwa l-aktar liż-żgħażagħ li jeħtieġu appoġġ addizzjonali sabiex jibqgħu fl-edukazzjoni. Fl-2019, bħala medja fl-UE aktar ġuvintur (11,9 %) milli tfajliet telqu kmieni mill-iskola (8,4 %). Ir-Rumanija u ċ-Ċekja biss juru stampa differenti (fir-Rumanija, 14,9 % tas-subien meta mqabbla ma’ 15,8 % tal-bniet; fiċ-Ċekja, 6,6 % tas-subien meta mqabbla ma’ 6,8 % tal-bniet). B’mod ġenerali, l-isfond soċjoekonomiku tal-istudenti għandu impatt qawwi fuq it-tluq bikri mill-iskola, bl-edukazzjoni tal-ġenituri li taqdi rwol ewlieni. L-isfond ta’ migrazzjoni għandu rwol ukoll peress li, bħala medja fl-UE, persuni mwielda fil-pajjiż juru proporzjonijiet ferm aktar baxxi ta’ persuni li jitilqu kmieni mill-iskola (8,9 %) minn dawk li twieldu f’pajjiż ieħor tal-UE (21,4 %) u dawk li twieldu barra mill-UE (22,5 %). F’erba’ Stati Membri (l-Italja, Malta, Spanja u l-Greċja), aktar minn 25 % taż-żgħażagħ li ma twildux fl-UE telqu kmieni mill-iskola fl-2019.

Illustrazzjoni 18: Ir-rati ta’ tluq bikri mill-iskola jvarjaw b’mod konsiderevoli fost l-Istati Membri

Il-persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ ( % tal-popolazzjoni ta’ 18-24 sena) u t-tibdil annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

 

Sors: Eurostat, LFS, il-kodiċi tad-data online: [ edat_lfse_14 ]. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Id-data mhijiex affidabbli għall-HR. Waqfiet fis-serje għan-NL.

Illustrazzjoni 19: Il-mira tal-Ewropa 2020 ta’ tluq bikri mill-iskola kważi ntlaħqet

Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ, 2009-2019 u l-mira tal-UE 2020 ( %)

Sors: Eurostat, LFS, il-kodiċi tad-data online: [ edat_lfse_14 ].

Nota: Il-pajjiżi kollha: waqfa fis-serje kronoloġika fl-2014 (bidla mill-ISCED 1997 sal-ISCED 2011). Id-data tal-2019 mhijiex affidabbli għall-HR.

Madwar l-UE, aktar minn wieħed minn kull ħames studenti ma jirnexxilhomx jilħqu l-livell minimu ta’ profiċjenza fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza, u matul iż-żmien ġie rreġistrat biss progress limitat ħafna. Il-parametru referenzjarju tal-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u fit-Taħriġ (ET 2020) dwar it-tnaqqis (għal anqas minn 15 % fl-UE sal-2020) tar-rata ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza fost dawk ta’ 15-il sena ma ntlaħaqx f’xi wieħed mit-tliet oqsma ttestjati mill-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) tal-OECD. Fl-2018 fl-EU-27, 22,5 % tal-istudenti tqiesu li setgħu jmorru aħjar fil-qari, 22,9 % fil-matematika, u 22,3 % fix-xjenza. Mill-2009, is-sehem mar għall-agħar għall-UE kemm fix-xjenza kif ukoll fil-qari, u baqa’ stabbli fil-matematika – ara l- Figure 20 . Id-differenzi bejn il-ġeneri fost dawk li setgħu jmorru aħjar kienu pjuttost żgħar fil-matematika u fix-xjenza, iżda rreġistraw diskrepanza kbira fil-qari (ir-rata ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar kienet ta’ 17,4 % għall-bniet meta mqabbla ma’ 27,3 % għas-subien). Sabiex tiġi xprunata azzjoni f’din il-kwistjoni fundamentali, il-Komunikazzjoni dwar il-Kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tniedi mill-ġdid l-impenn għall-UE kollha kemm hi sabiex tnaqqas is-sehem ta’ dawk li jistgħu jmorru aħjar fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza għal anqas minn 15 % sal-2030.

Illustrazzjoni 20: Il-prestazzjoni tal-qari turi varjazzjoni kbira fost l-Istati Membri tal-UE

Tibdil fit-tul fir-rata ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar fil-qari, 2009 – 2018 [ %]

Sors: PISA 2018, OECD. Nota: Nota: Il-vireg vertikali aktar skuri jindikaw tibdiliet statistikament sinifikanti bejn l-2009 u l-2018. Data mhux disponibbli għall-AT, CY u ES.



Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat l-isfida tal-ħiliet u tad-distakki edukattivi, u dan għamilha saħansitra aktar urġenti li jiġu stabbiliti reazzjonijiet ta’ politika adegwati. Il-kriżi tal-COVID-19, bl-aċċellerazzjoni f’daqqa tad-diġitalizzazzjoni tal-apprendiment, tista’ tamplifika l-korrelazzjoni persistentement b’saħħitha bejn l-isfond soċjoekonomiku u l-eżiti edukattivi. Analiżi preliminari tissuġġerixxi li l-lockdowns kellhom effett negattiv sproporzjonat fuq dawk vulnerabbli jew dawk minn reġjuni anqas żviluppati. Pereżempju, l-apprendiment mill-bogħod jippresupponi li kull tifel jew tifla jkollhom tal-anqas kompjuter jew tablet, flimkien ma’ konnessjoni tal-internet veloċi, il-ħiliet sabiex jużawhom u appoġġ adegwat mill-ġenituri sabiex jagħmlu dan. Dan mhux dejjem ikun il-każ għall-istudenti li jgħixu f’żoni jew f’familji ifqar. Fl-UE, fl-2018, 3,9 % tal-unitajiet domestiċi ma setgħux jaffordjaw kompjuter. Għall-unitajiet domestiċi b’introjtu anqas minn 60 % tal-introjtu medju ekwivalizzat, iċ-ċifra kienet ta’ 12,8 %, u ta’ 8 % għall-unitajiet domestiċi ta’ dawk li ma twildux fl-UE. Dan jista’ jkun saħansitra aktar sever għall-istudenti applikanti għall-ażil u refuġjati li l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni spiss ikun diffiċli. L-effetti reali tal-kriżi fuq l-eżiti tal-apprendiment ma jistgħux jiġu vvalutati f’dan l-istadju iżda jistħoqqilhom monitoraġġ mill-qrib fis-snin li ġejjin.

Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fil-kura bikrija tat-tfal (ECEC) kienet qed tiżdied b’mod kostanti f’dawn l-aħħar għaxar snin, iżda t-tfal minn sfond soċjoekonomiku aktar baxx jipparteċipaw sa ċertu punt anqas b’mod persistenti. Fl-2009, il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET 2020) stabbilixxa l-ambizzjoni li jkun hemm tal-anqas 95 % tat-tfal bejn erba’ snin u l-età sabiex wieħed jibda l-edukazzjoni primarja obbligatorja fl-ECEC sal-2020. Fl-2018, l-EU-27 kważi laħqu din il-mira, b’medja ta’ 94,8 % (żieda ta’ 4,5 pp mill-2009). Fl-2018, Franza, id-Danimarka u l-Irlanda pprovdew aċċess universali għall-ECEC f’dan il-grupp ta’ età. Barra minn hekk, ġie rreġistrat titjib konsiderevoli fl-Irlanda (+26,4 pp), fil-Polonja (+22,1 pp) u fil-Finlandja (+17,4 pp) f’dawn l-aħħar għaxar snin. Għall-kuntrarju, ir-rati ta’ parteċipazzjoni marru kemxejn għall-agħar fl-Italja (-4,9 pp), fl-Estonja (-3,3 pp), fin-Netherlands (-2,6 pp), fil-Bulgarija (-1,8 pp), fir-Rumanija (-1,7 pp), fil-Belġju (-0,8 pp) u fi Spanja (-0,4 pp). Minkejja din l-istampa pożittiva ġenerali, għad hemm sfidi importanti relatati mal-inklużjoni u mal-ugwaljanza. L-analiżi tad-data tal-istħarriġ turi rati konsiderevolment aktar baxxi ta’ attendenza għall-ECEC għal tfal minn sfond soċjoekonomiku aktar baxx jew għal gruppi soċjalment żvantaġġati. Tali inugwaljanzi tant bikrin fil-ħajja x’aktarx li jiġu riflessi aktar tard f’eżiti edukattivi, f’livelli edukattivi milħuqa u fi prospetti tas-suq tax-xogħol aktar baxxi.

L-isfondi soċjoekonomiċi u tal-migranti jibqgħu previżjonijiet qawwija tal-prestazzjoni edukattiva, filwaqt li jeżistu diskrepanzi kbar fil-prestazzjoni bejn iż-żoni urbani u rurali f’ħafna Stati Membri. L- Figure 21 turi li fl-Istati Membri kollha l-proporzjon ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar fil-qari huwa ħafna akbar fil-kwart tal-qiegħ tal-indiċi tal-istatus ekonomiku, soċjali u kulturali (ESCS) milli fl-ogħla kwart. Il-Bulgarija (44,9 pp), ir-Rumanija (43,1 pp), l-Ungerija (38,6 pp), is-Slovakkja (37,8 pp) u l-Lussemburgu (37,5pp) għandhom l-ogħla differenzi fil-prestazzjoni bejn l-istudenti li jappartjenu għall-kwartili ta’ fuq u ta’ isfel. Madankollu, pajjiżi bħall-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Polonja, il-Kroazja u l-Latvja rnexxielhom inaqqsu l-impatt tal-isfond soċjoekonomiku fuq l-eżiti edukattivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri b’sehem baxx ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar fil-qari għandhom it-tendenza li jkollhom ukoll diverġenza iżgħar bejn il-quċċata u l-qiegħ tal-iskala tal-ESCS. Dan jissuġġerixxi li sistemi edukattivi tajbin jistgħu jippromwovu kemm il-kwalità kif ukoll l-ekwità fl-istess ħin. Fl-2018, il-proporzjon ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar fil-qari fost l-istudenti bi sfond ta’ migrazzjoni kien għadu ferm ogħla minn dak fost dawk bi sfond mhux ta’ migrazzjoni f’ħafna Stati Membri tal-UE. L-ostakli lingwistiċi jidhru li għandhom rwol essenzjali f’dan, li jenfasizza l-importanza tat-taħriġ fil-lingwi. Fl-aħħar nett, id-differenza fil-prestazzjoni tal-qari bejn l-istudenti li jattendu skejjel fil-bliet u fiż-żoni rurali hija statistikament sinifikanti u pjuttost kbira f’ħafna Stati Membri. Fl-Ungerija, fil-Bulgarija, fir-Rumanija, fis-Slovakkja u fil-Portugall, din saħansitra qabżet il-100 punt fil-punteġġ ta’ PISA, li tikkorrispondi għal madwar sentejn sa tliet snin skola.

Illustrazzjoni 21: L-isfond soċjoekonomiku tal-istudenti jaffettwa l-profiċjenza fil-qari tagħhom

Dawk li setgħu jmorru aħjar fil-qari ( %) skont l-istatus ekonomiku, soċjali u kulturali, 2018

Sors: PISA 2018, OECD. Nota: Il-pajjiżi huma mqassma f’ordni axxendenti skont id-distakk ta’ dawk li setgħu jmorru aħjar bejn il-kwart ta’ isfel u ta’ fuq tal-indiċi soċjoekonomiku. Id-data mhijiex disponibbli għal ES.

L-inklużjoni tar-Rom fl-edukazzjoni hija sfida li tista’ ssir aktar prominenti fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19. Dan huwa dovut għal diversi fatturi, inklużi s-segregazzjoni fl-iskejjel, it-tagħlim mhux inklużiv, l-ostakli kkawżati mill-faqar estrem jew mis-segregazzjoni tad-djar u n-nuqqas ta’ aċċess għall-apprendiment mill-bogħod. Minkejja l-isforzi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni u jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola fl-età obbligatorja għall-iskola, anqas minn terz taż-żgħażagħ Rom (20-24) ilestu l-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell, filwaqt li d-distakk fil-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal (minn 3 snin sal-età obbligatorja tal-iskola) meta mqabbla mal-popolazzjoni ġenerali huwa partikolarment għoli, hekk kif jilħaq it-53 ppt. It-tluq bikri mill-iskola, għalkemm naqas bejn l-2011 u l-2016, għadu ferm ogħla milli fost il-popolazzjoni ġenerali (68 % meta mqabbel ma’ 10,2 %). Is-sehem ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ żdied fost ir-Rom bejn l-2011 u l-2016 minn 56 % għal 62 %. Matul il-lockdowns ikkawżati mill-COVID-19, numru kbir ta’ tfal Rom affaċċjaw sfidi sabiex jipparteċipaw fl-apprendiment mill-bogħod, u s-sejbiet inizjali jissuġġerixxu distakk li qed jikber mill-popolazzjoni ġenerali. L-apprendiment mill-bogħod spiss ma jkunx aċċessibbli u/jew affordabbli għat-tfal Rom u Travellers f’riskju ta’ faqar li ma jkollhomx tagħmir tal-IT adegwat, aċċess għall-internet jew saħansitra aċċess għall-elettriku fi djarhom, fil-kampijiet jew f’siti irregolari. 

It-tluq bikri mill-iskola u l-livelli baxxi ta’ kisba tal-edukazzjoni terzjarja fost il-persuni b’diżabbiltà jaffettwaw b’mod negattiv l-impjegabbiltà tagħhom. Fl-EU-27, fl-2018, it-tluq bikri mill-iskola taż-żgħażagħ (18-24) b’diżabbiltà kien ta’ 20,3 % meta mqabbel ma’ 9,8 % ta’ dawk mingħajr diżabbiltà (distakk ta’ madwar 10,5 pp). Din id-differenza kienet l-iżgħar fid-Danimarka (0,4 pp) u fis-Slovenja (2,8 pp), filwaqt li relattivament għolja f’Malta (19,4 pp), fil-Kroazja (18,2 pp), fil-Ġermanja (17,3 pp) u fir-Rumanija (15,5 pp). Fl-istess ħin, 29,4 % biss tal-persuni b’diżabbiltà lestew edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti meta mqabbla ma’ 43,8 % għal dawk mingħajr diżabbiltà. Id-distakk kien l-iżgħar fl-Italja (4,3 pp), fis-Slovenja (4,4 pp) u fil-Portugall (4,5 pp), filwaqt li l-ogħla fl-Iżvezja (27,9 pp), fil-Ġermanja (27,2 pp), fil-Bulgarija (25,8 pp) u fl-Irlanda (21,8 pp).

Illustrazzjoni 22: Ħafna studenti għad ma għandhomx ħiliet diġitali bażiċi

Id-distribuzzjoni tal-punteġġi fil-litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni fil-livelli kollha tal-iskala tal-livell milħuq 2018, 2013

Sors: IEA, ICILS 2018 u ICILS 2013. Studenti taħt il-livell 2 huma kapaċi juru biss għarfien operattiv funzjonali tal-kompjuters bħala għodod u fehim bażiku tal-konsegwenzi tal-kompjuters li jkollhom aċċess għalihom diversi utenti. †Issodisfaw il-linji gwida għall-kampjunar tar-rati ta’ parteċipazzjoni biss wara li ġew inklużi skejjel sostituti. ††Kważi ssodisfaw il-linji gwida għall-kampjunar tar-rati ta’ parteċipazzjoni biss wara li ġew inklużi skejjel sostituti. ¹Il-popolazzjoni nazzjonali definita tkopri minn 90 % sa 95 % tal-popolazzjoni nazzjonali fil-mira. ²Ma ssodisfawx ir-rata ta’ parteċipazzjoni tal-kampjun. ³L-Ittestjar sar fil-bidu tas-sena skolastika. Għalhekk, ir-riżultati mhumiex komparabbli ma’ tal-Istati Membri l-oħra.

L-istudenti tas-seklu wieħed u għoxrin huma “nattivi diġitali” iżda huma niqsin mill-ħiliet diġitali. L-International Computer and Information Literacy Study (ICILS), li jivvaluta l-kapaċità ta’ studenti tat-tmien grad (tfal ta’ 13 jew ta’ 14-il sena) fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), jissuġġerixxi li ħafna studenti mhumiex kapaċi jifhmu u jwettqu lanqas l-aktar operazzjonijiet bażiċi tal-ICT. L- Figure 22 turi li s-sehem ta’ studenti li ma rnexxilhomx jilħqu l-livell 2 tal-iskala tal-kisba ta’ litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni qabeż it-30 % f’9 mill-14-il Stat Membru li pparteċipaw fl-ICILS tal-2013 u tal-2018. Fl-2018, sa 62,7 % tal-istudenti Taljani ma qabżux is-soll minimu ta’ suffiċjenza. Lanqas 50,6 % tal-istudenti fil-Lussemburgu, 43,5 % fi Franza, 33,5 % fil-Portugall, 33,2 % fil-Ġermanja, u 27,3 % fil-Finlandja. Il-bniet juru livelli ogħla ta’ prestazzjoni fil-Litteriżmu fl-Informazzjoni u fil-Kompjuter u fix-Xjenza, fit-Teknoloġija, fl-Inġinerija u fil-Matematika (STEM). Bħala medja, l-istudenti minn sfond soċjoekonomiku aktar baxx u/jew bi sfond ta’ migrazzjoni jmorru agħar fil-litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni mill-pari tagħhom minn familji aktar privileġġati jew mingħajr sfond ta’ migrazzjoni. Issa l-Komunikazzjoni dwar il-Kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni pproponiet il-mira li jitnaqqas is-sehem ta’ studenti tat-tmien grad b’livell baxx ta’ kisbiet fil-litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni għal anqas minn 15 % sal-2030.

Illustrazzjoni 23: Hemm diskrepanzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fil-ħiliet diġitali bażiċi

Is-sehem tal-popolazzjoni b’ħiliet diġitali ġenerali bażiċi jew aħjar u t-tibdil annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, il-kodiċi tad-data online [ TEPSR_SP410 ]. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet fir-rigward tal-2017. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Waqfa fis-serje għaċ-Ċekja, għall-Italja, għal-Latvja, għal-Lussemburgu fl-2019. Id-data tal-2017 mhijiex disponibbli għal IT (2019: 42 %).

Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat il-livelli insuffiċjenti ta’ ħiliet diġitali tal-adulti u d-distakki kbar bejn il-pajjiżi. Il-miżuri ta’ lockdown meħuda fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fl-ewwel nofs tal-2020 enfasizzaw l-importanza tal-ħiliet diġitali għall-kontinwità tan-negozju, għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għall-kura tas-saħħa, kif ukoll għall-interazzjoni soċjali ordinarja. Ħiliet diġitali baxxi jillimitaw l-innovazzjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà. Il-progress miexi bil-mod ħafna: bħala medja, fl-2019, fl-EU-27 56 % tal-popolazzjoni ta’ bejn is-16 u l-74 sena kellhom tal-anqas ħiliet diġitali bażiċi (1 pp aktar mill-2017), b’erba’ persuni minn għaxra li baqgħu mingħajr ħiliet diġitali bażiċi ( Figure 23 ). Fil-livell tal-UE, l-irġiel għandhom ħiliet diġitali kemxejn ogħla min-nisa (58 % meta mqabbla ma’ 54 % fl-2019), iżda d-distakk naqas b’2 pp mill-2015. Mill-2015, iċ-Ċekja, l-Irlanda, il-Greċja, il-Litwanja, in-Netherlands u r-Rumanija biss kisbu titjib ta’ 5 pp jew aktar. Hemm diverġenza wiesgħa madwar l-UE: f’ħames pajjiżi (f’ordni axxendenti d-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja, il-Finlandja u n-Netherlands), is-sehem kien ta’ bejn 70 u 80 %, iżda f’sebgħa, baqa’ taħt il-50 % (anqas minn 40 % fil-Bulgarija u fir-Rumanija). L-aspetti soċjodemografiċi huma kruċjali, peress li anqas minn kwart tal-anzjani (65-74) għandhom ħiliet diġitali bażiċi, meta mqabbla ma’ tmienja minn kull għaxar żgħażagħ (16-24); dan is-sehem jilħaq it-32 % għal dawk b’livell baxx ta’ edukazzjoni meta mqabbla ma’ 84 % għal persuni b’livell għoli ta’ edukazzjoni. L-inizjattivi riċenti tal-UE għandhom l-għan li jżidu l-ħiliet diġitali bażiċi tal-adulti u taż-żgħażagħ fl-UE: l-Aġenda għall-Ħiliet tistabbilixxi mira ta’ 70 % għall-adulti sal-2025, u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni mira ta’ 85 % għal dawk li għandhom 14-il sena sal-2030.

Illustrazzjoni 24: Madwar wieħed minn kull ħames għalliema jirrapportaw livell għoli ta’ ħtieġa għal taħriġ fl-ICT

Perċentwal ta’ għalliema li jirrapportaw livell għoli ta’ ħtieġa għal żvilupp professjonali fil-ħiliet tal-ICT għat-tagħlim

Sors: OECD, Bażi ta’ data TALIS 2018. Nota: Ir-riżultati huma bbażati fuq it-tweġibiet tal-għalliema tas-sekondarja tal-ewwel livell. Id-data mhijiex disponibbli għall-DE, EL, PL, LU u IE.

¹ Il-medja ponderata tal-UE bbażata fuq it-22 Stat Membru parteċipanti f’TALIS 2018.

It-tranżizzjoni lejn l-apprendiment online u mill-bogħod ikkawżata mill-kriżi tal-COVID-19 toħloq sfidi ġodda għall-professjoni tal-għalliema. L-għalliema jeħtieġ li jkunu mgħammra bil-kompetenzi meħtieġa sabiex jieħdu vantaġġ mill-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali għat-titjib tat-tagħlim u tal-apprendiment u għall-preparazzjoni tal-istudenti tagħhom għall-ħajja f’soċjetà diġitali. Skont TALIS 2018, il-perċentwal ta’ għalliema tas-sekondarja tal-ewwel livell li ħassew li kienu “ppreparati tajjeb” jew “ippreparati tajjeb ħafna” sabiex jużaw l-ICT għat-tagħlim ivarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri. Fir-Rumanija (69,5 %), fis-Slovenja (67 %), fl-Ungerija (65,7 %) u f’Ċipru (61,8 %), ishma akbar ta’ għalliema jħossuhom preparati b’mod adegwat sabiex jużaw l-ICT għat-tagħlim milli fl-Awstrija (19,9 %) jew fil-Finlandja (21,5 %). Meta ġew mistoqsija dwar il-livell ta’ ħtieġa tagħhom għal taħriġ fil-ħiliet tal-ICT, bħala medja 18 % tal-għalliema madwar l-UE rrapportaw “livell għoli ta’ bżonn”. Fl-2018, il-ħtiġijiet kienu l-ogħla fil-Kroazja (26,2 %), fil-Litwanja (23,6 %) u fi Franza (22,9 %), filwaqt li fis-Slovenja anqas minn wieħed minn kull għaxar għalliema rrapportaw ħtieġa kbira għal taħriġ fil-ħiliet tal-ICT ( Figure 24 ).

L-UE kollha kemm hi laħqet il-mira ewlenija tagħha ta’ 40 % ta’ kisba ta’ edukazzjoni terzjarja għall-2020 għalkemm għad hemm differenzi kbar fost l-Istati Membri u gruppi differenti tal-popolazzjoni. Fl-2019, 40,3 % tal-persuni ta’ bejn it-30 u l-34 sena kellhom lawrja mill-edukazzjoni terzjarja fl-UE. Il-progress kien partikolarment sinifikanti fis-Slovakkja (+22,5 pp), fl-Awstrija (+19 pp), fiċ-Ċekja (+17,6 pp), fil-Litwanja (+17,4 pp) u fil-Greċja (+16,5 pp). L-Istati Membri bl-ogħla livelli ta’ kisba terzjarja fost dawk bejn it-30 u l-34 sena huma Ċipru (58,8 %), il-Litwanja (57,8 %), il-Lussemburgu (56,2 %), u l-Irlanda (55,4 %), filwaqt li r-Rumanija (25,8 %), l-Italja (27,6 %), il-Bulgarija (32,5 %) u l-Kroazja (33,1 %) għandhom l-aktar punteġġ baxx. Fl-UE, il-qasma urbana-rurali fil-kisba tal-edukazzjoni terzjarja kienet ta’ 22,1 pp. L-akbar lakuni ġew irreġistrati fil-Lussemburgu (41,2 pp), fir-Rumanija (38,4 pp), fis-Slovakkja (35,5 pp), u fil-Bulgarija (35,4 pp) ( Figure 25 ). Bħala medja, fl-UE għad hemm differenzi konsiderevoli fir-rati ta’ kisba bejn in-nisa u l-irġiel (45,6 % vs 35,1 %). Madwar 29,4 % biss tal-persuni b’diżabbiltà (grupp ta’ età 30-34) lestew edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti, meta mqabbla ma’ 43,8 % għall-persuni mingħajr diżabbiltà fl-2018.

Illustrazzjoni 25: Disparitajiet sostanzjali fil-kisba tal-livell terzjarju bejn iż-żoni rurali u l-bliet

Id-distakk urban-rurali fil-livell edukattiv terzjarju milħuq skont il-pajjiż, 2019 ( %)

Sors: Eurostat, Stħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol. Il-kodiċi tad-data online: [ edat_lfs_9913 ] Nota: L-indikatur ikopri s-sehem tal-popolazzjoni totali ta’ bejn it-30 u l-34 sena li temmew b’suċċess l-edukazzjoni terzjarja (ISCED 5-8).

L-infiq pubbliku fuq l-edukazzjoni baqa’ relattivament kostanti fil-livell tal-UE fl-aħħar ħames snin, għalkemm il-ħtiġijiet ta’ investiment qed jiżdiedu. Fl-2018, l-Istati Membri investew 4,6 % tal-PDG totali fuq l-edukazzjoni u fuq it-taħriġ, u s-sehem medju tal-UE tan-nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni kien ta’ 9,9 %. Madankollu, jeżistu differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri, b’ċerti pajjiżi li qed jaffaċċjaw diffikultajiet sabiex jiżguraw riżorsi adegwati bl-għan li jkopru l-ħtiġijiet ta’ investiment tagħhom f’termini ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jistma li d-diskrepanza fl-investiment fl-infrastruttura tal-edukazzjoni għall-EU-27 sal-2030 hija ta’ madwar EUR 8 biljun fis-sena. Fl-istess ħin, l-użu pedagoġiku tat-teknoloġiji diġitali jiddependi wkoll fuq id-disponibbiltà, fuq l-aċċessibbiltà u fuq il-kwalità tar-riżorsi tal-ICT. In-nuqqas ta’ riżorsi qed jaffettwa b’mod differenti l-iskejjel madwar il-pajjiżi tal-UE. TALIS 2018 jirrapporta li, bħala medja, 35,9 % tal-għalliema tas-sekondarja tal-ewwel livell fl-UE jidentifikaw li l-investiment fl-ICT huwa ta’ importanza kbira. F’Ċipru (66,3 %) u fl-Ungerija (56,3 %) aktar minn 50 % tal-għalliema jqisuh bħala prijorità. Stħarriġ riċenti fost l-għalliema kompla jenfasizza l-importanza relattiva tat-tagħmir tal-ICT u enfasizza kif l-għalliema jipperċepixxu l-ostakli relatati mat-tagħmir bħala dawk li jħallu l-akbar effett avvers fuq l-użu tat-teknoloġiji diġitali. 

Qabel il-kriżi tal-COVID-19, id-distakk bejn id-domanda u l-provvista tal-ħiliet kien qed jonqos madwar l-UE. Din ix-xejra kienet prinċipalment xprunata mit-tnaqqis fis-sehem ta’ dawk b’livell baxx ta’ ħiliet u miż-żieda ġenerali fil-livell edukattiv milħuq. Iż-żieda fir-rati ta’ impjieg ta’ dawk b’livell baxx u medju ta’ ħiliet b’rabta mal-kuntest makroekonomiku favorevoli kkontribwiet ukoll għal din ix-xejra. Madankollu, għad hemm diskrepanzi kbar fir-rati ta’ impjieg skont il-livell edukattiv milħuq f’diversi pajjiżi. Fl-2019, bħala medja fl-EU-27, ir-rata ta’ impjieg kienet ta’ 55,7 % għal dawk li ma lestewx l-ekwivalenti tal-iskola sekondarja tat-tieni livell, ta’ 73,4 % għal dawk bi kwalifiki ta’ livell medju u ta’ 84,8 % għal dawk bi kwalifiki ta’ livell għoli ( Figure 26 ). Skont ix-xejriet u l-politiki settorjali sabiex jiġu ppreservati l-impjiegi u jiġi evitat jew indirizzat il-qgħad fil-kriżi kurrenti tal-COVID-19, it-tnaqqis fl-ispariġġ makroekonomiku fil-ħiliet jista’ jnaqqas ir-ritmu jew saħansitra jerġa’ lura f’xi pajjiżi.

Illustrazzjoni 26: L-edukazzjoni għolja hija korrelatata ma’ rati ogħla ta’ impjieg fl-Istati Membri kollha

Rati ta’ impjieg skont il-livell edukattiv milħuq, grupp ta’ età 20-64 (2019)

Sors: Eurostat, il-kodiċi tad-data online [ lfsa_ergaed ]. Nota: waqfa fis-serje kronoloġika għan-NL.

Il-livell edukattiv milħuq fost il-popolazzjoni adulta ilu jiżdied mill-2009 madwar l-UE kollha. L-analiżi fil-qafas tal-parametraġġ referenzjarju tal-UE rigward il-politiki dwar il-ħiliet u l-apprendiment għall-adulti wriet li, fl-2019, aktar minn żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-UE (78,7 %) fil-grupp ta’ età bejn il-25 u l-64 sena kellhom tal-anqas edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell. Dan huwa titjib meta mqabbel mal-valur ta’ 72 % fl-2009 ( Figure 27 ). Filwaqt li ż-żewġ ġeneri rreġistraw żidiet bejn l-2009 u l-2019, kien hemm ħafna aktar progress għan-nisa milli għall-irġiel: fost il-persuni li għandhom bejn il-25 u l-64 sena, in-nisa kienu 1,8 pp lura fl-2009, u 1 pp ’il quddiem fl-2019. L-Istati Membri bl-ogħla sehem ta’ popolazzjoni b’tal-anqas edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell jinkludu l-Litwanja, iċ-Ċekja, il-Polonja u s-Slovakkja. Għall-kuntrarju, il-Portugall, Malta, Spanja u l-Italja huma fost il-pajjiżi bl-ogħla ishma ta’ persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki, minkejja titjib sinifikanti matul l-aħħar għaxar snin fost uħud minnhom (b’mod partikolari Malta u l-Portugall). Din iż-żieda fil-provvista tal-ħiliet kienet akkumpanjata minn żieda fid-domanda għal ħiliet medji u għoljin, riflessa fir-rati ogħla ta’ impjieg ta’ adulti b’livell medju u għoli ta’ kwalifiki.

Illustrazzjoni 27: Aktar minn żewġ terzi tal-adulti kellhom tal-anqas edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell fl-2019

Popolazzjoni b’tal-anqas edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell, grupp ta’ età 25-64 (2009 u 2019)

Sors: Eurostat, il-kodiċi tad-data online [ edat_lfs_9903 ]. Nota: waqfa fis-serje kronoloġika għal: EL, CY u LU fl-2009; għal: BG, DE, HR, NL, PL, RO, UK fl-2010; għal: CZ, MT, NL, PT, SK, UK fl-2011; għal: FR, NL fl-2013; għall-pajjiżi kollha fl-2014; għal: LU fl-2015; għad-DK fl-2016; għal: BE, IE fl-2017, għan-NL fl-2019.

Madankollu, aktar minn kwart tal-adulti żgħażagħ (bejn it-30 u l-34 sena) għandhom biss kwalifika baxxa jew kwalifika sekondarja tat-tieni livell ġenerali. Dan ifisser li huma ma kisbux ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol la permezz tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali (VET) u lanqas permezz tal-edukazzjoni terzjarja ( Figure 28 ). Hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri, b’40 sa 50 fil-mija tal-adulti żgħażagħ (bejn it-30 u l-34 sena) li jaqgħu taħt din il-kategorija f’Malta, fil-Portugall, fi Spanja, fil-Bulgarija u fil-Lussemburgu, meta mqabbla ma’ anqas minn 20 fil-mija f’9 Stati Membri tal-UE (il-Kroazja, iċ-Ċekja, is-Slovakkja, is-Slovenja, il-Polonja, il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Awstrija u n-Netherlands). Bħala medja, il-gradwati reċenti mill-VET (79,1 %) u mill-edukazzjoni terzjarja (85,0 %) kellhom eżiti aħjar fl-impjiegi mill-gradwati reċenti tal-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell minn programmi ta’ orjentazzjoni ġenerali (62,8 %) kif ukoll minn dawk b’livell baxx ta’ kwalifiki (53,9 %). Fi Stati Membri b’sehem kbir ta’ adulti żgħażagħ b’livell baxx ta’ kwalifiki u b’distakk sinifikanti fir-rati ta’ impjieg tagħhom (ara l- Figure 28 u l- Figure 29 ), gwida u offerti ta’ apprendiment (ibbażati fuq ix-xogħol) xierqa jistgħu jgħinu fit-tranżizzjoni minn edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell għal perkors vokazzjonali sekondarju tat-tieni livell ta’ kwalità u jnaqqsu l-ispariġġi eżistenti fil-ħiliet. Fi Stati Membri b’sehem kbir ta’ gradwati ġenerali sekondarji tat-tieni livell li ma laħqux livell edukattiv terzjarju, dan jista’ jinkiseb billi tittejjeb il-permeabbiltà tal-perkorsi tal-edukazzjoni u billi jiġi estiż il-forniment ta’ ETV postsekondarju mhux terzjarju, ta’ ETV terzjarju ta’ ċiklu qasir jew ta’ edukazzjoni terzjarja.

Illustrazzjoni 28: Aktar minn kwart taż-żgħażagħ ma għandhomx kwalifika li tipprovdi aċċess dirett għas-suq tax-xogħol

Il-livell edukattiv milħuq u l-orjentazzjoni edukattiva tal-adulti żgħażagħ ta’ bejn it-30 u l-34 sena, 2019

Sors: Eurostat, LFS, is-sors tad-data online [ edat_lfs_9914 ]. 

Illustrazzjoni 29: Il-gradwati żgħażagħ bi kwalifiki tal-edukazzjoni għolja jew bi kwalifiki vokazzjonali ta’ livell medju għandhom prospetti aħjar fis-suq tax-xogħol

Ir-rati ta’ impjieg tal-gradwati reċenti ta’ bejn l-20 u l-34 sena skont il-livell edukattiv milħuq, 2019 ( %)

Sors: Eurostat (EU-LFS, 2019, il-kodiċi tad-data online [edat_lfse]. Nota: Id-data teskludi lil dawk li għadhom irreġistrati fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ. Fejn disponibbli, id-data tinkludi biss individwi li ggradwaw sena sa tliet snin qabel l-istħarriġ. Fil-BG, CZ, EE, IE, EL, HR, CY, LV, LT, HU, MT, AT, RO, SI, SK, u FI, id-data dwar ir-rata ta’ impjieg ta’ gradwati riċenti b’livell baxx ta’ kwalifiki mhijiex disponibbli, u, minflok, għal dawn il-pajjiżi l-illustrazzjoni turi r-rata ta’ impjieg tal-gradwati kollha b’livell baxx ta’ kwalifiki li għandhom bejn 20 u 34 sena.

Minkejja l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, id-domanda għall-ispeċjalisti tal-ICT fl-UE hija akbar mill-provvista. Il-ħiliet fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (STEM), inklużi l-ħiliet fl-ICT, għandhom rwol ewlieni fl-ixprunar tal-innovazzjoni, u fit-twassil ta’ tkabbir u ta’ gwadanji fil-produttività mmexxija mill-għarfien. Analiżi tas-CEDEFOP tal-postijiet tax-xogħol vakanti turi li l-ħiliet tal-kompjuter għall-kontroll tal-kwalità, għall-ġestjoni tad-data u għall-komunikazzjoni huma t-tielet l-aktar ħila mitluba, hekk kif dehru f’madwar 13,5-il miljun post tax-xogħol vakanti online bejn Lulju 2018 u Diċembru 2019, wara l-kapaċità ta’ adattament għal tibdil u l-użu tal-Ingliż. L-istess analiżi identifikat l-iżviluppaturi tas-software bħala t-tieni okkupazzjoni ewlenija f’dak il-perjodu (1,6 miljun post tax-xogħol vakanti) u l-analisti tas-sistemi fit-tielet post (1,3 miljun post tax-xogħol vakanti). Flimkien, il-professjonisti tal-ICT (ISCO b’2 ċifri) kienu t-tieni l-aktar grupp ta’ okkupazzjonijiet mitlub, bi 8,2 % tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha. Madankollu, l-ispeċjalisti tal-ICT jammontaw għal anqas minn 4 % tal-forza tax-xogħol tal-UE, b’żieda żgħira mill-2016 (3,7 %) għall-2018 (3,9 %). Iż-żieda fil-gradwati tal-ICT seħħet saħansitra aktar bil-mod, minn 3,5 % fl-2017 għal 3,6 % fl-2019. Hemm distakk ċar bejn id-domanda u l-provvista: fl-2019, aktar minn nofs il-kumpaniji tal-UE (57 %) sabuha diffiċli li jirreklutaw speċjalisti tal-ICT ( Figure 30 ). Id-differenzi bejn il-ġeneri huma parti sinifikanti mill-isfida: minkejja li n-nisa jlestu l-edukazzjoni terzjarja b’rata ogħla b’mod sinifikanti mill-irġiel, minn kull tliet gradwati fl-STEM, waħda biss hija mara. Barra minn hekk, in-nisa għandhom biss 17 % tal-pożizzjonijiet fis-settur tat-teknoloġija (għalkemm hemm diverġenza wiesgħa bejn il-pajjiżi). Sabiex tindirizza din l-isfida, il-Kummissjoni pproponiet azzjonijiet ġodda dwar il-ġeneri fl-oqsma STEM u diġitali fil-Komunikazzjoni dwar il-Kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.

Illustrazzjoni 30: In-nuqqas ta’ speċjalisti tal-ICT jista’ jxekkel it-tranżizzjoni diġitali

Kumpaniji li jsibuha diffiċli li jirreklutaw speċjalisti tal-ICT ( %)

Sors: Stħarriġ Komunitarju tal-Eurostat dwar l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku fl-intrapriżi [ isoc_ske_itrcrn2 ]

L-isfida tal-ħiliet għall-kumpaniji tmur lil hinn mid-diġitali, u testendi għal ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika u għall-ħiliet trasversali, u huma meħtieġa sforzi sostnuti sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jevolvu. Fl-2019, l-iskarsezza ta’ persunal bi kwalifiki għoljin baqgħet l-aktar raġuni frekwenti għal-limitazzjoni tal-investimenti fit-tul, imsemmija minn 77 % tal-kumpaniji. Il-kumpaniji kollha se jkollhom jadattaw l-attività ekonomika u l-ħiliet interni tagħhom fid-dawl tal-bidla lejn Ewropa newtrali għall-klima. Madankollu, ftit li xejn hemm informazzjoni kwantitattiva dwar il-ħiliet meħtieġa jew disponibbli fir-rigward tal-“impjiegi ekoloġiċi”, l-aktar minħabba li għad ma hemmx definizzjoni maqbula tal-kunċetti rilevanti. L-antiċipazzjoni u l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-ħiliet mhumiex possibbli mingħajr ma jiġu stabbiliti xenarji ta’ prospettiva mal-industrija f’ekosistemi industrijali speċifiċi u sakemm dawn il-kunċetti jiġu ddefiniti kif xieraq, li jkun jiffaċilita wkoll l-identifikazzjoni u l-validazzjoni xierqa tal-ħiliet relatati mal-impjiegi, mal-attivitajiet u mal-proċessi ekoloġiċi. Sabiex tkun utli, l-antiċipazzjoni tal-ħiliet jenħtieġ li titwettaq fil-livell tal-ekosistemi industrijali, mhux biss fil-livell makro. Hemm xi evidenza li r-riorganizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol ikkawżata mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi żżid l-importanza ta’ ħiliet trasferibbli bħall-awtoorganizzazzjoni, il-komunikazzjoni, il-ġestjoni, il-kreattività u l-kuxjenza. Il-produttività tax-xogħol hija assoċjata b’mod pożittiv ma’ dawn il-karatteristiċi, anki wara li jitqiesu d-differenzi fil-ħiliet konjittivi. Hemm ukoll xi evidenza ta’ effett ta’ interazzjoni, b’tali mod li l-pussess ta’ ħiliet mhux konjittivi huwa prerekwiżit għall-użu tal-potenzjal sħiħ tal-ħiliet konjittivi. Dan jenfasizza li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali se jżidu d-domanda għal firxa wiesgħa ta’ ħiliet, u jitlob li jiġi promoss l-apprendiment għall-adulti b’mod aktar ġenerali.

Kien hemm progress limitat fil-parteċipazzjoni ġenerali fl-apprendiment għall-adulti bejn l-2009 u l-2019. Il-parteċipazzjoni fl-apprendiment għall-adulti fl-EU-27 żdiedet bi 3 pp matul l-aħħar għaxar snin, minn 7,8 % għal 10,8 %, u b’hekk għadha mbiegħda b’mod sinifikanti mill-mira tal-ET 2020 ta’ 15 % tal-popolazzjoni tal-UE fil-grupp ta’ età 25-64 li jkunu pparteċipaw f’edukazzjoni u f’taħriġ formali jew mhux formali fl-aħħar erba’ ġimgħat ( Figure 31 ). L-aktar rati baxxi ta’ apprendiment għall-adulti huma osservati fir-Rumanija, fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fis-Slovakkja, fil-Greċja u fil-Polonja (anqas minn 5 % tal-popolazzjoni adulta), filwaqt li l-ogħla rati huma osservati fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fid-Danimarka (aktar minn 25 %). Xi Stati Membri (id-Danimarka, is-Slovenja u Ċipru) raw deterjorament f’dan il-qasam matul l-aħħar għaxar snin, filwaqt li l-pajjiżi bl-aktar titjib notevoli (aktar minn 5 pp) kienu jinkludu l-Estonja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fl-apprendiment għall-adulti hija anqas frekwenti għal ċerti sottogruppi. Pereżempju, fir-rigward ta’ persuni li twieldu barra mill-UE (fl-età ta’ 25-64 sena), bħala medja tal-UE dawn kellhom probabbiltà ugwali li jipparteċipaw fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (fl-aħħar 4 ġimgħat) (11,1 %) fl-2019 bħal dawk nattivi (10,8 %). Madankollu, is-sitwazzjoni tvarja bejn il-pajjiżi. Fi Franza, fl-Estonja, fis-Slovenja, fl-Italja u fil-Latvja, persuni nattivi għandhom probabbiltà sostanzjalment ogħla minn dawk li ma twildux fl-UE li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni għall-adulti. Id-distakki f’dawk il-pajjiżi huma saħansitra aktar evidenti fost in-nisa migranti. 2,4 % biss tal-persuni b’diżabbiltà pparteċipaw f’apprendiment fil-grupp ta’ età 25-64 meta mqabbla ma’ 4,1 % ta’ dawk mingħajr diżabbiltà fl-2016. L-Aġenda għall-Ħiliet tal-2020 tipproponi titjib fl-indikatur għall-apprendiment għall-adulti billi tbiddel il-perjodu tal-kejl mill-aħħar erba’ ġimgħat għall-aħħar sena. L-ambizzjoni hija li jinkisbu żidiet sinifikanti fil-parteċipazzjoni tal-adulti fl-apprendiment kif imkejjel matul dan il-perjodu ta’ żmien, minn 38 % fl-2016 għal 50 % fl-2025.

Illustrazzjoni 31: Il-parteċipazzjoni tal-adulti fl-apprendiment hija baxxa u tvarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri

Is-sehem ta’ adulti (bejn 25-64 sena) li jieħdu sehem fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, 2009 u 2019

Sors: Eurostat, LFS, 2019, il-kodiċi tad-data online [ trng_lfs_01 ]. Nota: waqfa fis-serje kronoloġika fid-DK, IE, LU, SE, UK fl-2007; fil-DE, EL, PL, SE, UK fl-2008; fl-EE, IE, EL, CY, LU fl-2009; fil-DE, NL, PL, RO fl-2010; fir-CZ, NL, PT, SK fl-2011; fir-CZ, FR, NL, PL fl-2013; fi ES, FR fl-2014; fil-LU, HU fl-2015; fid-DK fl-2016 u fil-BE, IE u MT fl-2017; fil-PL u SE fl-2018.

Il-persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki u dawk li qed ifittxu impjieg huma gruppi fil-mira prijoritarji għal politiki li jtejbu l-parteċipazzjoni ġenerali fl-apprendiment għall-adulti. B’mod partikolari, dawk b’livell baxx ta’ kwalifiki jeħtieġu titjib tal-ħiliet sabiex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol. Fl-2019, is-sehem tagħhom ta’ parteċipazzjoni fl-apprendiment matul l-aħħar erba’ ġimgħat qabel l-istħarriġ kien ivarja minn 0,5 % fil-Kroazja sa kważi 23,7 % fl-Iżvezja (medja tal-EU-27: 4,3 %, Figure 32 ). Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, anqas minn 10 % tal-adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki jipparteċipaw fl-apprendiment. Min-naħa l-oħra, fil-Finlandja, fid-Danimarka u fl-Iżvezja 16,8 %, 17,7 % u 23,7 % jipparteċipaw rispettivament, filwaqt li jenfasizzaw li huwa possibbli li jinkisbu rati għolja ta’ parteċipazzjoni fl-apprendiment anke fost dawk b’livell baxx ta’ kwalifiki. It-tieni grupp fil-mira ta’ prijorità għall-apprendiment huma dawk li qed ifittxu impjieg, li għalihom it-taħriġ jista’ jkun effettiv ħafna sabiex iżidu l-prospetti fis-suq tax-xogħol u jevitaw il-qgħad fit-tul. Hemm distakki kbar fost l-Istati Membri fis-sehem ta’ adulti qiegħda li pparteċipaw fi kwalunkwe attività ta’ taħriġ matul l-aħħar erba’ ġimgħat qabel l-istħarriġ, b’valuri li jvarjaw minn 2,4 % fil-Kroazja sa kważi 46 % fl-Iżvezja fl-2019 (medja tal-EU-27: 10,7 %). Fis-Slovenja, fil-Ġermanja, fil-Latvja, fl-Italja, f’Ċipru, fiċ-Ċekja, fil-Greċja, fil-Polonja, fil-Litwanja, fil-Kroazja, fir-Rumanija, fis-Slovakkja u fl-Ungerija, anqas minn 10 % tal-adulti qiegħda jipparteċipaw fl-apprendiment. Min-naħa l-oħra, il-parteċipazzjoni tagħhom hija għolja, aktar minn 25 %, fid-Danimarka, fil-Lussemburgu u fil-Finlandja. L-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet 2020 għandha l-għan li tiżgura titjib sinifikanti fil-parteċipazzjoni ta’ persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki u ta’ persuni li qed ifittxu impjieg fl-apprendiment u, b’mod partikolari, din ipproponiet li kważi tirdoppja s-sehem tal-EU-27 ta’ persuni li qed ifittxu impjieg b’esperjenza riċenti ta’ apprendiment għal 20 % sal-2025.

Illustrazzjoni 32: Minkejja differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri, l-adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki u dawk qiegħda jaffaċċjaw sfidi f’termini ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ apprendiment

Is-sehem ta’ adulti ta’ bejn il-25 u l-64 sena b’livell baxx ta’ kwalifiki (bħala parti mill-adulti kollha b’livell baxx ta’ kwalifiki) u qiegħda (bħala sehem mill-adulti qiegħda kollha, l-assi tal-lemin) li jipparteċipaw fl-apprendiment, 2019

Sors: Eurostat, LFS, 2019, il-kodiċi tad-data online [ trng_lfse_03 ]. Nota: Id-data għar-RO u għas-SK mhijiex disponibbli, u dan jirrifletti li n-numru ta’ studenti f’dawn il-gruppi huwa baxx wisq sabiex jiġi ppubblikat indikatur affidabbli. Madankollu, dan jirrifletti rati baxxi ħafna ta’ parteċipazzjoni għal dan il-grupp. Għall-Kroazja, iċ-ċifra tal-2018 tintuża minħabba d-data nieqsa għall-2019. Id-data għall-BG, HR, CY, LT, PL, u SI mhijiex affidabbli għall-istess raġuni.

Sors (l-assi tal-lemin): Eurostat, LFS, 2019, il-kodiċi tad-data online [ trng_lfse_02 ]. Nota: Id-data għall-BG, RO u SK mhijiex disponibbli, u dan jirrifletti numru ta’ studenti f’dawn il-gruppi li huwa baxx wisq sabiex jiġi ppubblikat indikatur affidabbli. Madankollu, dan jirrifletti rati baxxi ħafna ta’ parteċipazzjoni għal dan il-grupp. Id-data mhijiex affidabbli għall-HR, CY, LT, HU u SI għall-istess raġuni.

Parti kbira mill-apprendiment għall-adulti jseħħ f’kuntesti mhux formali jew informali, u hemm kunsens mifrux dwar ir-rilevanza tal-validazzjoni tal-ħiliet sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħiliet u jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jevalwa r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012 dwar il-validazzjoni tal-apprendiment mhux formali u informali, ippubblikat fl-1 ta’ Lulju 2020, sab li, minkejja l-progress ċar mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni, ħafna nies ma għandhomx aċċess għal opportunitajiet ta’ validazzjoni. L-arranġamenti ta’ validazzjoni issa huma fis-seħħ fl-Istati Membri kollha. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-arranġamenti għandhom xi restrizzjonijiet (eż. persuni b’esperjenza tax-xogħol biss jistgħu japplikaw), ħafna mhumiex komprensivi (eż. għal kwalifiki ta’ taħriġ vokazzjonali biss) u jistgħu jkunu jeżistu arranġamenti differenti fl-istess pajjiż mingħajr koordinazzjoni. L-informazzjoni kwantitattiva dwar l-użu għadha limitata u frammentata. L-aġġornamenti tal-inventarju Ewropew tal-validazzjoni juru li l-validazzjoni hija ġeneralment preżenti fl-aġendi ta’ politika nazzjonali u l-provvista tagħha tjiebet mill-2012, b’xi eċċezzjonijiet ( Figure 33 ). Hemm xi evidenza ta’ “effett ta’ evaporazzjoni” li fih xi persuni li jinvolvu ruħhom fi proċedura ta’ validazzjoni jonqsu milli jlestuha. Fil-fatt, l-involviment fi proċessi ta’ validazzjoni jeħtieġ impenn serju mill-individwi u d-disponibbiltà ta’ appoġġ attiv, bħal ħin imħallas mill-impjegatur jew għajnuna finanzjarja. Dawn il-forom ta’ appoġġ attiv mhumiex komuni: it-tweġibiet għal konsultazzjoni pubblika speċifika juru li benefiċjarju wieħed biss minn kull għaxra rċieva xi forma ta’ appoġġ sabiex jipparteċipa f’validazzjoni.

Illustrazzjoni 33: Ħafna nies ma għandhomx aċċess għal opportunitajiet ta’ validazzjoni b’differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri

Ix-xejra fin-numru ta’ persuni li jużaw il-validazzjoni (2018 meta mqabbla mal-2016)

↑ żieda fin-numri; ↓ tnaqqis fin-numri; ↔ numri stabbli; ↕ varjazzjoni tan-numri f’setturi differenti

Sors: Cedefop, European Inventory of validation tal-2016 u tal-2018. L-ebda data ma hija disponibbli għall-Awstrija, għall-Kroazja, għall-Estonja, għall-Ungerija, għal-Litwanja, għas-Slovenja.

Il-pandemija tal-COVID-19 iżżid il-ħtieġa għal titjib tal-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid, iżda tista’ twassal għal livelli aktar baxxi ta’ provvista mingħajr rispons ta’ politika. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba l-COVID-19 se jkollu effett sproporzjonat fuq xi setturi ekonomiċi u, flimkien mat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, se joħloq il-ħtieġa għal ħiliet ġodda jew aġġustati. Se jnaqqas ukoll l-kost tal-għażla tal-investiment tal-ħin fit-taħriġ. Madankollu, analiżijiet riċenti sabu li fl-EU-27 bejn l-2005 u l-2019, il-parteċipazzjoni fl-apprendiment għall-adulti ma żdiditx matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, li diġà għandhom it-tendenza li jkollhom rati baxxi ta’ parteċipazzjoni, l-apprendiment għall-adulti naqas saħansitra aktar fi żminijiet ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. L-istess jgħodd għal persuni li ma għandhomx impjieg, li jista’ jirrifletti pressjonijiet fuq il-baġits pubbliċi tat-taħriġ fi żminijiet ta’ qgħad li qed jiżdied. Min-naħa l-oħra, l-analiżijiet jissuġġerixxu li nefqa pubblika ogħla fuq it-taħriġ hija assoċjata ma’ mġiba aktar kontroċiklika tal-apprendiment għall-adulti. Dan jenfasizza l-importanza ta’ riformi u ta’ investimenti pubbliċi f’sistemi ta’ apprendiment għall-adulti sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom fi żminijiet ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

Minħabba l-COVID-19, l-Istati Membri jistgħu jkunu qed jaffaċċjaw kriżi possibbli fit-tul fl-impjiegi fost iż-żgħażagħ li titlob reazzjonijiet ta’ politika ġodda. Qabel il-kriżi, iċ-ċifri tal-qgħad fost iż-żgħażagħ laħqu livelli baxxi rekord ta’ 14,9 % f’Marzu 2020 fl-EU-27 bħala medja, titjib ta’ 0,5 pp minn 15,4 % f’Marzu 2019. Madankollu, iċ-ċifra qabżet għal 17,1 % wara l-lockdown f’Settembru 2020. Iċ-ċifri rispettivi għall-popolazzjoni totali kienu ta’ 6,5 % f’Marzu u ta’ 7,5 % f’Settembru. Ħames Stati Membri esperjenzaw żidiet qawwija fil-qgħad fost iż-żgħażagħ bejn l-ewwel u t-tieni trimestru tal-2020 (l-Estonja 8,2 pp, il-Litwanja 6,1 pp, il-Lussemburgu 5,5 pp, il-Kroazja 5,3 pp, il-Bulgarija 5,2 pp). L-esperjenza mill-kriżi ekonomika preċedenti ġġib magħha tħassib. Filwaqt li r-rata medja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tal-UE kompliet titjieb b’mod konsiderevoli qabel il-kriżi tal-COVID-19 (ara l- Figure 34 ), din dejjem baqgħet aktar mid-doppju tar-rata tal-qgħad osservata għall-popolazzjoni adulta (6,7 % fl-2019), u dan jindika sfida strutturali anki fin-nuqqas ta’ aktar xokkijiet. Qabel il-kriżi, id-dispersjoni fir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ – għalkemm naqset maż-żmien – baqgħet għolja u l-qgħad fost iż-żgħażagħ kien għadu ogħla minn 30 % f’xi Stati Membri (il-Greċja: 35,2 %; Spanja: 32,5 %). L-irkupru ma wassalx fil-każijiet kollha għal ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ: fl-2019, 14,6 % tal-impjegati ta’ bejn il-15 u l-24 sena kienu b’kuntratti temporanji minħabba li ma setgħux isibu impjieg permanenti (meta mqabbla ma’ 7,2 % tal-ħaddiema ta’ bejn il-25 u l-64 sena); il-proporzjon kien aktar minn wieħed minn tlieta fi Spanja, fil-Portugall, fil-Kroazja u fl-Italja. Sabiex tindirizza l-isfidi tal-COVID-19 u dawk strutturali, f’Lulju 2020 il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ. L-inizjattiva l-ġdida se tespandi l-faxxa ta’ età għall-eliġibbiltà għal 29 sena, issaħħaħ l-enfasi fuq gruppi vulnerabbli, tappoġġa l-ħiliet għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u ttejjeb is-servizzi ta’ konsulenza, ta’ gwida u ta’ mentoraġġ.

Illustrazzjoni 34: Ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ żdiedu matul il-kriżi tal-COVID-19, iżda għadhom aktar baxxi milli fl-2014

Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24), tqabbil pluriennali tat-tieni trimestru tal-2014, tal-2019 u tal-2020

Sors: Eurostat, LFS, il-kodiċi tad-data online: [ une_rt_q ].

Ix-xokk tal-COVID-19 reġġa’ lura t-titjib tar-rati ta’ NEET fl-Istati Membri kollha minbarra tnejn. Qabel il-kriżi, l-Istati Membri kienu qed jagħmlu progress kostanti fit-tnaqqis tar-rati ta’ żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET): bejn it-tieni trimestri tal-2013 u tal-2019, ir-rati ċkienu mir-rekord għoli ta’ 13,1 % għal rekord baxx ta’ 9,8 %. Il-kriżi qalbet ix-xejra bil-qawwa: bejn it-tieni trimestri tal-2019 u tal-2020, ir-rati ta’ NEET tal-EU-27 żdiedu b’1,8 pp (minn 9,8 % għal 11,6 %). L-indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali ( Figure 35 ) juri li r-rati ta’ NEET żdiedu sena wara sena fl-Istati Membri kollha minbarra tlieta (il-Latvja u Malta: -0,8 pp; ir-Rumanija: -0,4 pp). Ħames Stati Membri wrew żieda ferm ogħla mill-medja fir-rati ta’ NEET (l-Awstrija, l-Irlanda, Spanja, l-Italja u Franza), għalkemm ir-rati ta’ NEET tal-Awstrija baqgħu taħt il-medja tal-EU-27. In-Netherlands, iċ-Ċekja u l-Iżvezja kellhom l-aħjar prestazzjoni f’din il-miżura. Kollox ma’ kollox, l-effett tal-COVID-19 kien mingħajr preċedent: l-ewwel u t-tieni trimestri tal-2020 irreġistraw l-akbar qabża trimestrali fir-rati ta’ NEET minn meta l-Eurostat beda jiġbor id-data fl-2006 (minn 10,4 % għal 11,6 %). Dan jagħmilha kruċjali li s-sitwazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib u li jiġu introdotti miżuri mmirati għan-NEETs, bħal dawk proposti fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa ta’ Lulju 2020.

Illustrazzjoni 35: Ir-rati ta’ ET żdiedu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u l-livelli joħolqu tħassib f’diversi pajjiżi

Ir-rata ta’ NEET (15-24) u t-tibdil bejn it-tieni trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020 (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali).

Sors: Eurostat. Perjodu: Il-livelli tat-tieni trimestru tal-2020 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tat-tieni trimestru tal-2019. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Data nieqsa għall-DE għat-tieni trimestru tal-2020.

It-tibdiliet fir-rata ta’ NEET matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku huma dovuti l-aktar għal żidiet fil-qgħad aktar milli fl-inattività, b’din tal-aħħar li tippreżenta sfida li żammet aktar stabbli maż-żmien. Sal-kriżi tal-COVID-19, ix-xejra kienet li t-tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ kien jikkorrispondi għal żieda fis-sehem ta’ NEETs inattivi (dawn kienu jirrappreżentaw 46,9 % tal-grupp fl-2013, u 59,4 % fl-2019). Mill-2019, is-sehem ta’ NEETs inattivi kien partikolarment għoli fil-Bulgarija (85,4 %), fiċ-Ċekja (75,4 %), fin-Netherlands (74,4 %) u fid-Danimarka (72,7 %). Dan kien partikolarment baxx fi Spanja (43,8 %), fil-Greċja (44,0 %), fil-Portugall (47,5 %) u fil-Lussemburgu (48,2 %). Fost in-NEETs nisa, l-inattività hija aktar frekwenti mill-qgħad, filwaqt li ż-żewġ ishma huma kważi fl-istess livell għall-irġiel. Fuq il-bażi ta’ tagħlima meħuda mill-kriżi ekonomika preċedenti, is-sehem ta’ NEETs qiegħda x’aktarx li jiżdied b’mod pjuttost rapidu. Wara l-irkupru, ir-rati ta’ inattività x’aktarx li jerġgħu jsiru l-isfida predominanti relatata mal-NEETs.

Illustrazzjoni 36: Il-maġġoranza tal-NEETs huma inattivi, iżda b’differenzi sostanzjali minn Stat Membru għal ieħor

Profil tal-NEETS (15-24 sena)°fl-Istati Membri tal-UE fl-2019 ( %)

Sors: Eurostat, LFS, il-kodiċi tad-data online: [ edat_lfse_20 ].

Iż-żgħażagħ bi sfond ta’ migrazzjoni huma aktar probabbli li jkunu NEETs. Ir-rata ta’ NEET fost iż-żgħażagħ li twieldu barra mill-UE (15-24 sena) kienet ta’ 17,1 % fl-2019 meta mqabbla ma’ 9,9 % fost dawk nattivi. Id-distakk kien ogħla minn 10 pp f’diversi Stati Membri bħall-Greċja, is-Slovenja, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, Malta u Spanja. Barra minn hekk, bħala medja, is-sitwazzjoni kienet aktar negattiva għan-nisa migranti żgħażagħ (rata ta’ NEET ta’ 25,9 %, 13,2 pp ogħla minn dik tal-pari nattivi tagħhom). Minbarra l-persuni li ma twildux fl-UE, in-nattivi bi sfond ta’ migrazzjoni wkoll għandhom probabbiltà li jkunu affettwati: fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, dawn kienu aktar probabbli li jkunu “barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ” minn dawk b’ġenituri nattivi. Id-distakk kien partikolarment kbir (rata ogħla minn 8 pp) f’sitt Stati Membri (il-Belġju, iċ-Ċekja, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovenja). Iż-żgħażagħ li għandhom kemm sfond ta’ migrazzjoni kif ukoll livell baxx ta’ edukazzjoni kienu partikolarment f’riskju. Ir-rata ta’ NEET tar-Rom hija ħafna ogħla minn dik tal-popolazzjoni ġenerali (distakk ta’ 52 pp) .

Ir-rata ta’ impjieg ta’ ħaddiema akbar fl-età (bejn il-55 u l-64 sena) baqgħet b'saħħitha minkejja tnaqqis ikkawżat mill-kriżi tal-COVID-19. Is-sehem ta’ persuni impjegati f’dan il-grupp ta’ età kien ta’ 59,2 % fit-tieni trimestru tal-2020, bi tnaqqis żgħir ta’ 0,4 % mit-trimestru preċedenti u mhux varjat mill-istess perjodu fl-2019. Ir-rata b’saħħitha ta’ attività fis-suq tax-xogħol ta’ persuni ta’ bejn il-55 u l-64 sena sostniet il-prestazzjoni tal-UE matul dawn l-aħħar snin: bejn it-tieni trimestri tal-2013 u tal-2020, ir-rata ta’ attività ta’ dawk bejn il-55 u l-64 sena żdiedet bi 8,9 pp, meta mqabbla maż-żieda ta’ 0,6 pp għall-popolazzjoni bejn l-20 u l-64 sena. Madankollu, hemm bżonn li jitkompla l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ħaddiema akbar fl-età. Fi stħarriġ li sar fl-UE kollha fl-2019, 47 % tar-rispondenti rrapportaw li l-età kienet fattur li jista’ jqiegħed lill-applikanti għal impjieg fi żvantaġġ. Dan jista’ jwassal għal effett negattiv għall-ħaddiema akbar fl-età li jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-kriżi tal-COVID-19, u potenzjalment iwassal ukoll għal irtirar bikri involontarju. Il-monitoraġġ huwa meħtieġ b’mod partikolari fis-seba’ Stati Membri li raw tnaqqis ta’ punt perċentwali wieħed jew aktar fir-rati ta’ impjieg ta’ ħaddiema akbar fl-età bejn l-ewwel u t-tieni trimestri tal-2020 (l-Estonja 2,8 pp, Malta 1,8 pp, il-Litwanja 1,6 pp, l-Irlanda 1,5 pp, Spanja 1,5 pp, il-Lussemburgu 1,4 pp u l-Finlandja 1 pp). Ir-rati ta’ impjieg fost il-persuni akbar fl-età jistgħu jgħinu wkoll sabiex isostnu t-tkabbir fl-impjiegi għal ftit snin oħra anke hekk kif il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol qed tonqos. In-nisa akbar fl-età, b’mod partikolari, għad għandhom potenzjal sinifikanti li jżidu l-impjieg tagħhom (ir-rata ta’ impjieg tan-nisa ta’ bejn il-55 u l-64 sena kienet ta’ 52,9 % fit-tieni trimestru tal-2020 meta mqabbla ma’ 65,9 % għall-irġiel fl-istess grupp ta’ età).

Wara snin ta’ żieda kostanti, il-kriżi kkawżat tnaqqis fir-rata ta’ impjieg tan-nisa, għalkemm b’pass aktar bil-mod milli għall-irġiel. Bejn it-tieni trimestri tal-2019 u tal-2020, ir-rata ta’ impjieg tan-nisa (ta’ bejn l-20 u l-64 sena) naqset b’1,2 pp u kienet tammonta għal 66,3 % fil-livell tal-EU-27 fit-tieni trimestru tal-2020. Minħabba tnaqqis kemxejn akbar fir-rati ta’ impjieg tal-irġiel matul il-perjodu (ta’ 1,5 pp), l-indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tad-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi rreġistra titjib żgħir ( Figure 37 ). L-Istati Membri kollha minbarra tlieta esperjenzaw tnaqqis fir-rati ta’ impjieg tan-nisa bejn it-tieni trimestri tal-2019 u tal-2020 (l-eċċezzjonijiet kienu l-Kroazja, il-Ġermanja u l-Lussemburgu). Notevolment, ġie rreġistrat tnaqqis ta’ aktar minn 3 pp fil-Bulgarija u fi Spanja. Minkejja tnaqqis ta’ 2 pp, l-Iżvezja għadha l-pajjiż bl-aqwa prestazzjoni b’rata ta’ impjieg ta’ 77,9 % għan-nisa segwita mill-qrib mil-Litwanja, mill-Ġermanja, min-Netherlands u mil-Latvja, ilkoll b’rati ta’ impjieg tan-nisa ogħla minn 75 %. L-aktar differenzi baxxi fir-rati ta’ impjieg bejn il-ġeneri fit-tieni trimestru tal-2020 jinsabu fil-Litwanja (1,4 pp), fil-Finlandja (3,2 pp), fil-Latvja (4 pp) u fl-Iżvezja (5,2 pp). Fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru hemm l-Italja (19,9 pp), Malta (19,7 pp), il-Greċja (18,9 pp), u r-Rumanija (18,4 pp). Il-pajjiżi kollha tal-aħħar huma vvalutati bħala “sitwazzjonijiet kritiċi” fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali bl-eċċezzjoni tal-Greċja, li hija “dgħajfa iżda qed titjieb” bis-saħħa ta’ tnaqqis qawwi ta’ 1,5 pp sena wara sena. Mill- Figure 37 jirriżulta li mhijiex qed isseħħ konverġenza f’dan l-indikatur, peress li diversi Stati Membri b’differenzi għoljin – jew qrib il-medja – fl-impjiegi bejn il-ġeneri rreġistraw deterjorament fl-2020.

Illustrazzjoni 37: Id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi għadha kbira, b’differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri

Id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u t-tibdil annwali (indikatur primarju tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, LFS. Perjodu: Il-livelli tat-tieni trimestru tal-2020 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tat-tieni trimestru tal-2019. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

F’ekwivalenti full-time (FTE), id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi kompliet tikber. Anqas nisa ta’ bejn l-20 u l-64 sena fl-UE ħadmu full-time fl-2019 milli rġiel (58,7 % meta mqabbla ma’ 76,1 %). Fl-2019, id-differenzi fl-FTE bejn il-ġeneri kienu l-aktar baxxi fil-Litwanja, fil-Finlandja u fil-Latvja, u l-ogħla f’Malta (24,3 pp), fl-Italja (24,2 pp) u fin-Netherlands (24,1 pp). Dawn l-eżiti huma marbuta ma’ ishma f’xogħol part-time. Minn dawk impjegati, 29,4 % tan-nisa kienu jaħdmu part-time meta mqabbla ma’ 7,8 % tal-irġiel fl-2019, bin-nisa li esperjenzaw rati aktar baxxi ta’ xogħol part-time involontarju mill-irġiel (23,5 % vs 33 % rispettivament). Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, is-sehem ta’ nisa li jaħdmu part-time tradizzjonalment ikun anqas minn 10 % (il-Bulgarija, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja u l-Polonja). Min-naħa l-oħra, għalkemm naqas bil-mod għar-raba’ sena konsekuttiva, baqa’ l-ogħla fin-Netherlands (73,4 %). Politiki flessibbli dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq l-involviment tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw fis-suq tax-xogħol, iżda jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal differenzi akbar fl-impjiegi FTE. Dan huwa partikolarment evidenti fi Stati Membri b’ishma sinifikanti ta’ nisa li jaħdmu part-time (eż. in-Netherlands, l-Awstrija u l-Ġermanja), li minnhom in-Netherlands esperjenzaw ukoll differenzi kbar fl-FTE bejn il-ġeneri. Is-sehem żbilanċjat tar-responsabbiltajiet ta’ kura mġarrba min-nisa jrawwem preġudizzji fis-suq tax-xogħol li jidhru fid-differenzi bejn il-ġeneri bħall-qgħad, il-pagi u l-pensjonijiet. Fil-fatt, dan juri, pereżempju, li d-differenza bejn il-ġeneri fis-sehem ta’ persuni qiegħda hija l-akbar fil-grupp ta’ età li fih in-nisa l-aktar li jkollhom tfal 30-44.

Id-differenzi fl-impjiegi tal-EU-27 huma akbar għan-nisa bit-tfal. Il-paternità twessa’ d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi fl-Istati Membri kollha. Fl-2019, għall-ġenituri (25-49 sena) b’tal-anqas wild wieħed ta’ anqas minn sitt snin, ir-rati ta’ impjieg żdiedu għall-irġiel fl-Istati Membri kollha (b’9,6 pp fil-livell tal-UE) filwaqt li naqsu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għan-nisa (b’14,3 pp fil-livell tal-UE). L-eċċezzjonijiet huma l-Iżvezja, il-Portugall, is-Slovenja, il-Kroazja u d-Danimarka fejn l-impatt li n-nisa jkollhom tal-anqas wild wieħed ta’ anqas minn sitt snin fuq ir-rati ta’ impjieg tan-nisa huwa pożittiv jew inkella newtrali. Fiċ-Ċekja, fl-Ungerija u fis-Slovakkja, l-impatt negattiv tal-maternità fuq in-nisa li jkollhom tal-anqas wild wieħed ta’ anqas minn sitt snin huwa partikolarment għoli (aktar minn 40 pp) ( Figure 38 ). Il-livelli tal-edukazzjoni huma fattur importanti sabiex jiġi spjegat l-impatt tal-maternità fuq ix-xogħol: ir-rata ta’ impjieg ta’ nisa b’livell baxx ta’ ħiliet b’tal-anqas wild wieħed ta’ anqas minn sitt snin kienet ta’ 36,3 % biss.

Illustrazzjoni 38: L-impatti fuq l-impjieg għall-irġiel u għan-nisa b’wild taħt is-sitt snin ivarjaw ħafna; l-impatt huwa pożittiv għall-irġiel fl-Istati Membri kollha

L-impatt tal-paternità fuq l-impjiegi għall-irġiel u għan-nisa (20-49 sena) fl-2019

Sors: Eurostat [ lfst_hheredch ]. Nota: l-impatt fuq l-impjieg tal-paternità huwa d-differenza f’pp fir-rata ta’ impjieg għall-ommijiet u għall-missirijiet li jkollhom tal-anqas wild wieħed taħt is-sitt snin.

Id-differenza persistenti fl-impjiegi hija riflessa wkoll fid-differenza sinifikanti bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa. Id-differenza mhux aġġustata fil-pagi kienet baqgħet l-istess fl-EU-27, 14,1 % fl-2018 bi tnaqqis ta’ 0,4 pp mill-2017 ’l hawn. Dan imur kontra ż-żieda fid-differenza fil-livell edukattiv milħuq favur in-nisa ta’ bejn 30 u 34 sena meta mqabbla mal-irġiel (45,6 % vs 35,1 % rispettivament), fl-2019. Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tenfasizza kif in-nisa għadhom irrappreżentati żżejjed f’setturi u f’okkupazzjonijiet bi ħlas aktar baxx, u jesperjenzaw restrizzjonijiet fl-għażliet professjonali tagħhom marbuta mal-obbligi tal-kura tal-familja. Barra minn hekk, ir-riċerka turi li fatturi bħad-differenzi fl-esperjenza, fil-livell ta’ edukazzjoni u fit-tip ta’ kuntratt, kienu jirrappreżentaw anqas minn terz tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa. Il-parti tad-differenza li tista’ tiġi spjegata kienet dovuta l-aktar għall-attività ekonomika u għall-ħin tax-xogħol.

Id-differenzi bejn il-pajjiżi fid-differenza mhux aġġustata bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa huma konsiderevoli; id-differenzi fil-pagi jistgħu jwasslu għal differenzi fil-pensjonijiet. Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa għadha ogħla minn 20 % fl-Estonja, fl-Awstrija, fiċ-Ċekja u fil-Ġermanja, bl-iżgħar valuri (bejn 1 u 4 %) irreġistrati fir-Rumanija, fil-Lussemburgu u fl-Italja. Mill-2014, is-sitwazzjoni tjiebet b’mod konsiderevoli fl-Estonja, fil-Portugall, fil-Greċja u fil-Lussemburgu (b’6,3 pp, b’6 pp u b’4 pp rispettivament), filwaqt li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa żdiedet b’aktar minn 2 pp fil-Latvja, f’Malta u fis-Slovenja. Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa spiss tissarraf f’diskrepanza fil-pensjoni favur l-irġiel, li kienet ta’ 29,1 % fuq il-medja tal-EU-27 għall-pensjonanti ta’ bejn 65 u 74 sena fl-2018. Id-differenza fil-pensjonijiet kienet akbar fl-Istati Membri b’differenza usa’ fil-pagi.

Illustrazzjoni 39: Għad hemm differenza sinifikanti bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa

Differenza mhux aġġustata bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fl-2014 u fl-2018

 

Sors: Eurostat, il-kodiċi tad-data online: [ SDG_05_20 ]. Nota: id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u tan-Nisa (GPG) titkejjel bħala d-differenza bejn il-qligħ gross medju fis-siegħa tal-impjegati nisa u rġiel b’paga bħala perċentwal tal-qligħ gross medju fis-siegħa tal-impjegati rġiel b’paga. Id-data tal-2018 hija ssostitwita b’data tal-2017 għall-IE. Il-kalkolu għall-EL u għall-IT, u għalhekk, għall-EU-27, huwa proviżorju.

L-impjieg tan-nisa huwa affettwat ħafna mill-aċċess għal servizzi ta’ edukazzjoni u ta’ kura bikrija tat-tfal u għal servizzi ta’ kura fit-tul ta’ kwalità u affordabbli. L-indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali dwar l-indukrar tat-tfal jistma li l-parteċipazzjoni tat-tfal taħt l-età ta’ 3 snin fl-edukazzjoni u fil-kura formali bikrija tat-tfal (ECEC) hija ta’ 35,5 % fil-livell tal-EU-27 fl-2019 u, b’hekk, taqbeż il-mira ta’ Barċellona ta’ 33 % ( Figure 40 ). Madankollu, għad hemm differenzi fost il-pajjiżi bi 15-il Stat Membru li għad iridu jilħquha. Filwaqt li r-rata ta’ parteċipazzjoni f’ECEC formali għal tfal taħt l-età ta’ 3 snin tilħaq is-60 % u aktar fid-Danimarka, fil-Lussemburgu u fi Spanja, ħames pajjiżi jirrapportaw “kritika” fl-analiżi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali (ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Polonja, iċ-Ċekja, il-Kroazja). Ġew irreġistrati rati ta’ titjib ferm ogħla mill-medja fin-Netherlands, fi Spanja, f’Malta u fil-Litwanja. In-nuqqas ta’ provvista ta’ ECEC jew il-provvista insuffiċjenti ta’ dawn, inkluż f’termini ta’ ħinijiet tal-ftuħ, hija assoċjata mal-impatt negattiv tal-maternità fuq l-impjieg tan-nisa ( Figure 38 ). Filwaqt li anke ftit sigħat fil-ġimgħa mqattgħin f’ECEC għandhom effett ta’ benefiċċju fuq it-tfal f’termini tas-soċjalizzazzjoni u tal-livell edukattiv milħuq futur tagħhom, sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi huwa kruċjali li l-indukrar formali tat-tfal jiġi pprovdut għal aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa. Dan jipprevjeni milli ġenitur wieħed, normalment l-omm, ikun imġiegħel jaħdem part-time, b’konsegwenzi negattivi fuq l-avvanz fil-karriera u fuq il-qligħ tul il-ħajja. Anki l-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħal arranġamenti tax-xogħol flessibbli jew liv tal-familja, għandhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni b’responsabbiltajiet ta’ indukrar. Jekk jintużaw b’mod ibbilanċjat min-nisa u mill-irġiel, dawn jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tad-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi.

Illustrazzjoni 40: Għad hemm differenzi kbar f’termini ta’ parteċipazzjoni fis-servizzi ta’ indukrar tat-tfal fost l-Istati Membri

It-tfal ta’ anqas minn 3 snin fl-indukrar formali tat-tfal u t-tibdil annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, EU-SILC. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Interruzzjonijiet fis-serje għall-BE. Data mhux disponibbli għall-IE, FR, IT u SK fit-28 ta’ Ottubru 2020. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

Id-diżinċentivi finanzjarji mis-sistema tat-taxxa u tal-benefiċċji jgħarrqu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Jekk it-taxxa fuq l-introjtu tiġi imposta fuq l-introjtu tal-unitajiet domestiċi aktar milli fuq l-introjtu individwali, dan jista’ joħloq diżinċentiv għall-ħaddiema li jkunu t-tieni sors ta’ introjtu (fil-biċċa l-kbira nisa) sabiex jinvolvu ruħhom f’xogħol imħallas (nassa tal-inattività). Karatteristiċi oħra tas-sistema tat-taxxa u tal-benefiċċji jistgħu jiskoraġġixxu l-provvista ta’ ħaddiema, inkluż tnaqqis fuq il-bażi tal-familja, għal konjuġi dipendenti u trasferibbli. Faċilitajiet ta’ indukrar għaljin iżidu wkoll in-nases tal-inattività, b’mod partikolari għall-ħaddiema li jkunu t-tieni sors ta’ introjtu u għall-familji b’introjtu baxx. Fl-2019, l-akbar nases tal-inattività għall-ħaddiema li jkunu t-tieni sors ta’ dħul dehru fi Franza, fil-Ġermanja, fis-Slovenja u fil-Belġju. In-nassa tal-pagi baxxi kienet l-ogħla fil-Belġju, fin-Netherlands, fl-Italja u fil-Ġermanja.

Minkejja sfidi persistenti, qabel il-kriżi tal-COVID-19, is-sitwazzjoni tal-impjiegi ta’ persuni li twieldu barra mill-UE kienet tjiebet kontinwament matul l-aħħar tliet snin. Fl-2019, 64,2 % tal-persuni fl-età tax-xogħol li twieldu barra mill-UE (20-64 sena) kienu f’impjieg, rata ta’ kważi 3 pp ogħla minn sentejn qabel (2017). Madankollu, din tibqa’ 10 pp aktar baxxa mir-rati ta’ impjieg fost dawk nattivi (73,9 %). F’xi Stati Membri (l-Iżvezja, il-Belġju, in-Netherlands, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza u l-Ġermanja), id-distakk qabeż il-15 pp fl-2019. Is-sehem akbar ta’ persuni b’livell baxx ta’ edukazzjoni fost dawk li twieldu barra mill-UE meta mqabbla ma’ dawk nattivi (38,5 % u 19,6 % rispettivament fil-livell tal-EU-27 fost dawk li għandhom bejn 25 u 64 sena) jispjega parzjalment ir-rata ta’ impjieg aktar baxxa ta’ dawk tal-ewwel. Madankollu, anke individwi li twieldu barra mill-UE b’livell edukattiv milħuq għoli ma jilħqux l-istess livelli ta’ impjieg bħal dawk nattivi u, għalhekk, dan għadu nuqqas sinifikanti ta’ użu tal-ħiliet u tal-kwalifiki tal-migranti. Is-sitwazzjoni għadha partikolarment sfavorevoli għal nisa li ma twildux fl-UE b’rata ta’ impjieg ta’ madwar 54,6 % fl-2019, 14 pp taħt il-livell irreġistrat fost in-nisa nattivi. Dan jissuġġerixxi li b’miżuri xierqa ta’ integrazzjoni u ta’ attivazzjoni, l-UE tista’ tibbenefika aħjar mit-talent u mill-potenzjal ta’ individwi li ma twildux fl-UE. It-titjib f’dawn l-aħħar snin huwa dovut b’mod partikolari għal rati ogħla ta’ impjieg fost il-“wasliet reċenti” (residenti li twieldu barra mill-UE li ilhom anqas minn 5 snin).

Hemm evidenza li t-tnaqqis imbassar fl-impjiegi minħabba l-kriżi tal-COVID-19 se jaffettwa lill-migranti mhux tal-UE b’mod aktar sever min-nattivi. Id-data preliminari tindika impatt aktar qawwi tal-lockdown u tar-reċessjoni xprunati mill-COVID fuq ir-rata ta’ impjieg tal-migranti mhux tal-UE (tnaqqis minn 64,4 għal 60,8 % bejn it-tieni trimestri tal-2019 u l-2020) milli fuq in-nattivi. B’riżultat ta’ dan, id-distakk żdied b’aktar minn 2 pp u b’madwar 4 pp jew aktar f’pajjiżi bħal Spanja, il-Belġju u l-Awstrija. Dan huwa dovut għal sehem akbar ta’ ħaddiema temporanji fost il-migranti, żamma iqsar ta’ impjieg, ishma aktar baxxi ta’ ħaddiema impjegati f’impjiegi li jistgħu jsiru b’arranġamenti ta’ telexogħol u/jew f’setturi pubbliċi kif ukoll ishma ogħla f’setturi li x’aktarx jiġu affettwati b’mod aktar qawwi mir-reċessjoni (attivitajiet ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni u tal-ikel, turiżmu, settur tas-servizzi, kostruzzjoni eċċ).

Ir-rati baxxi ta’ impjieg u ta’ attività ta’ persuni b’diżabbiltà jindikaw potenzjal ta’ talent mhux sfruttat. Fl-EU-27, fl-2018, ir-rata ta’ impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà kienet ta’ 50,8 % meta mqabbla ma’ 75 % għal dawk mingħajr diżabbiltà. Id-differenza fl-impjiegi tvarja sostanzjalment bejn l-Istati Membri, minn 15,2 pp fl-Italja għal 40,3 pp fl-Irlanda. Minkejja żieda żgħira, 62,4 % biss tal-persuni b’diżabbiltà fl-EU-27 kienu ekonomikament attivi, meta mqabbla ma’ 82,2 % ta’ dawk mingħajr diżabbiltà, li jissuġġerixxi tibdil żgħir fl-ostakli sinifikanti li jaffaċċjaw il-persuni b’diżabbiltà sabiex jaċċessaw is-suq tax-xogħol. Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa b’diżabbiltà (47,8 %) baqgħet aktar baxxa minn dik tal-irġiel b’diżabbiltà (54,3 %). Fl-2019, il-persuni b’diżabbiltà kellhom aktar probabbiltà li jaffaċċjaw riskji ta’ faqar fost dawk li jaħdmu minn dawk mingħajr (10,5 % kontra 8,9 % bħala medja fl-UE).

3.2.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri 

Appoġġ immirat lejn gruppi vulnerabbli huwa fundamentali sabiex jitnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni kif ukoll sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni ġenerali. Ħafna Stati Membri qed jikkunsidraw dawn l-aspetti fit-tfassil tal-politika tagħhom. Fl-Irlanda, in-National Council for Special Education (NCSE) nieda l-Mudell School Inclusion Model għall-appoġġ tal-edukazzjoni inklużiva f’kuntesti tal-iskola primarja u sekondarja ġenerali, u għall-bini tal-kapaċità tal-iskejjel sabiex jinkludu studenti bi ħtiġijiet addizzjonali. Il-Latvja għamlet passi sinifikanti lejn l-edukazzjoni inklużiva billi lleġiżlat l-obbligu għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ġenerali li jaċċettaw studenti bi bżonnijiet speċjali fil-programmi edukattivi tagħhom minn Settembru 2020. Il-firxa ta’ miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti fil-proċess edukattiv ġiet estiża f’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull tifel jew tifla. Fil-Polonja, il-gvern nieda skema sabiex jappoġġa x-xiri ta’ kotba tal-iskola u ta’ materjal edukattiv/ta’ taħriġ għal studenti b’diżabbiltà, li hija attiva sal-2023. L-awtoritajiet tal-iskejjel fl-Iżvezja kienu qed jaħdmu fuq miri u fuq indikaturi nazzjonali għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-iskejjel sabiex itejbu l-ekwità u jifhmu aħjar il-fatturi ta’ suċċess tal-iskejjel, li mbagħad se jintużaw kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak nazzjonali bħala bażi għall-allokazzjoni tal-finanzjament.

Il-kriżi tal-COVID-19 żvelat disparitajiet fil-prontezza diġitali tal-iskejjel u ta’ segmenti differenti tas-soċjetà, li jirriskjaw li jwessgħu l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni marbuta mal-iżvantaġġ soċjoekonomiku. Fl-Istati Membri, madwar 58 miljun tifel u tifla ngħaddew għal apprendiment mill-bogħod, u dan ipoġġi lit-tfal vulnerabbli fi żvantaġġ ċar. L-Istati Membri ħadu azzjonijiet differenti sabiex itaffu l-impatt tal-għeluq tal-iskejjel. Pajjiżi bħall-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Litwanja, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, il-Belġju, ir-Rumanija u Spanja pprovdew lill-istudenti żvantaġġati bit-tagħmir meħtieġ għall-apprendiment mill-bogħod (kompjuters/tablets, aċċess għall-internet, sim cards, eċċ.), għalkemm b’mod differenti. L-Istati Membri qassmu tagħmir tal-IT lil studenti vulnerabbli (il-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, Malta, il-Polonja), inċentivaw donazzjonijiet privati ta’ kompjuters (il-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Spanja) jew għamlu l-klassijiet disponibbli sabiex l-istudenti serrħu rashom li setgħu jagħmlu x-xogħol tad-dar jew jattendu għall-konferenzi viżwali tagħhom (il-Lussemburgu). Barra minn hekk, 11-il Stat Membru (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Portugall, is-Slovakkja u Spanja) komplew, f’xi forma jew oħra, jipprovdu ikliet bla ħlas għal studenti żvantaġġati. F’xi Stati Membri (eż. Franza, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Portugall) muniċipalitajiet jew skejjel individwali kienu responsabbli sabiex jindirizzaw l-isfida. Ġeneralment, dawk il-miżuri ta’ emerġenza ma ssodisfawx id-domanda (eż. fiż-żoni remoti tal-Ungerija 1/3 tat-tfal ma setgħux jipparteċipaw fl-apprendiment mill-bogħod).

L-Istati Membri adottaw strateġiji differenti sabiex jiżguraw l-aċċess għall-apprendiment taħt lockdown. Il-Greċja għaddiet leġiżlazzjoni ta’ emerġenza li tippermetti lill-muniċipalitajiet jużaw iffrankar mill-kostijiet operatorji matul l-għeluq tal-iskejjel għall-akkwist ta’ tagħmir tal-ICT u għas-self tiegħu lill-istudenti fil-bżonn. Barra minn hekk, fil-Greċja, bl-appoġġ ta’ kumpaniji privati, aktar minn 17 000 tablet u laptop ġew mislufa lil studenti (l-aktar minn gruppi żvantaġġati) u lil għalliema għall-apprendiment mill-bogħod. Bl-istess mod, fl-Irlanda, f’April 2020 tħabbar fond speċjali ta’ EUR 10 miljun għax-xiri ta’ teknoloġija u ta’ apparati għal studenti żvantaġġati fil-livell primarju u postprimarju, b’mod partikolari għall-inizjattiva “Inġibu l-Ugwaljanza fl-Opportunitajiet fl-Iskejjel” (DEIS). Fl-Italja, EUR 85 miljun ġew allokati sabiex jappoġġaw l-apprendiment mill-bogħod, inkluż l-akkwist ta’ apparati diġitali. In-Netherlands introduċew appoġġ ta’ madwar EUR 244 miljun immirat lejn il-prevenzjoni tal-iżvantaġġ edukattiv u d-dewmien fl-apprendiment. Ir-Rumanija approvat Programm Nazzjonali “Skola Domestika” u allokat finanzjament mill-Fond ta’ Riżerva Baġitarja għad-dispożizzjoni tal-gvern. Fil-Polonja, il-gvern alloka madwar EUR 81 miljun għall-gvernijiet lokali għax-xiri ta’ tagħmir tal-ICT għal studenti żvantaġġati u għall-iskejjel u għall-għalliema taħt il-Programm Operazzjonali tal-FEŻR “Polonja Diġitali”. Fis-Slovakkja, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, nieda sit web li jappoġġa l-apprendiment online. Is-settur tal-IT appoġġa l-iskejjel u l-għalliema b’software u b’soluzzjonijiet diġitali mingħajr ħlas. Numru ta’ Stati Membri organizzaw ukoll korsijiet lingwistiċi nazzjonali matul is-sajf għal tfal żvantaġġati sabiex jillimitaw l-impatt fuq il-proċess tal-apprendiment tal-lingwi. Pereżempju, l-Awstrija bdiet programm skolastiku tas-sajf għal ġimagħtejn li għen lil 24 000 student vulnerabbli jirkupraw il-ħiliet lingwistiċi qabel ma l-iskejjel jinfetħu mill-ġdid f’Settembru. Bl-istess mod, fil-Bulgarija, l-istudenti li ma setgħux jieħdu sehem fl-apprendiment mill-bogħod ġew inklużi fi klassijiet ta’ rimedju, permezz tal-proġett “Appoġġ għas-Suċċess”, ikkofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Fis-Slovakkja, il-Ministeru alloka EUR 500 000 għall-organizzazzjoni ta’ skejjel tas-sajf sabiex jikkumpensa għall-għeluq temporanju tal-iskejjel. Fi Franza, ġie stabbilit programm ta’ “Btajjel għall-Apprendiment” immirat lejn miljun tifel u tifla ta’ età bejn 6 snin u 16-il sena s-sajf li għadda (EUR 200 miljun).

L-iżgurar li kull student jilħaq ċertu livell ta’ profiċjenza fil-ħiliet bażiċi bħall-qari, il-matematika u x-xjenza, kif ukoll il-kompetenzi diġitali, sar prijorità ewlenija għall-UE. Is-Slovenja adottat Strateġija nazzjonali għall-iżvilupp tal-Litteriżmu fil-Qari sal-2030, li tistabbilixxi miri għal gruppi ta’ età u għal gruppi fil-mira differenti (90 % ta’ dawk li għandhom 15-il sena b’tal-anqas ħiliet bażiċi fil-PISA u 10 % fl-ogħla livelli sal-2030). F’Jannar 2020, l-awtoritajiet nazzjonali Taljani ppreżentaw pjan ta’ azzjoni sabiex inaqqsu d-diviżjonijiet reġjonali fil-kisba tal-kompetenzi (Piano di intervento per la riduzione dei divari territoriali in istruzione). Dan se jidentifika skejjel “f’diffikultà” f’ħames reġjuni tan-Nofsinhar (Campania, Calabria, Sqallija, Sardinja u Apulia), u joħloq task force f’kull reġjun sabiex tipproponi interventi mmirati, inizjalment għall-aħħar sena tal-iskola sekondarja tal-ewwel livell (grad 8). Fil-Litwanja, se jiġi ppilotat kurrikulu ġdid ibbażat fuq il-kompetenzi fl-2021 u se jiġi implimentat mill-2022, akkumpanjat minn prattiki ġodda ta’ evalwazzjoni formattiva. Hija għandha l-għan li tintroduċi pedagoġiji ġodda sabiex tindirizza aħjar il-ħtiġijiet ta’ apprendiment tal-istudenti u ttejjeb il-kompetenzi diġitali diġà fil-livell primarju. Malta implimentat inizjattiva nazzjonali ġdida fl-iskola sekondarja inferjuri, “Il-Vjaġġ Tiegħi: Nasal minn toroq differenti, bl-għan li jinbena kurrikulu aktar inklużiv u orjentat lejn l-ekwità. F’Ġunju 2020, il-Greċja adottat leġiżlazzjoni skolastika ġdida li tipprevedi reviżjonijiet tal-kurrikuli u tal-kotba testwali fil-livelli kollha (inkluż l-ECEC) sabiex titbiegħed minn enfasi qawwija fuq il-kontenut lejn l-iżvilupp tal-ħiliet madwar erba’ pilastri tematiċi: l-ambjent, il-benesseri, il-kreattività u l-edukazzjoni ċivika. Issaħħaħ ukoll l-edukazzjoni diġitali u tintroduċi l-apprendiment tal-lingwi barranin (l-Ingliż) diġà sa mill-edukazzjoni preprimarja. Fil-Lussemburgu, l-ikkowdjar se jkun inkorporat fil-klassijiet tal-matematika fiċ-ċiklu 4 (10-11-il sena) mill-2020-21, u fis-suġġetti kollha fiċ-ċikli 1 sa 3 (4-9 snin) mill-2021-22. L-għalliema se jirċievu taħriġ u appoġġ minn għalliema speċjalizzati sabiex jiġu rreklutati fl-2020. Fl-edukazzjoni sekondarja, ix-xjenza tal-kompjuters se tidher bħala suġġett ġdid fl-2021-22, inkluż l-ikkowdjar u l-ħsieb komputazzjonali.

L-appoġġ lill-għalliema u lill-ħarrieġa fl-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u tal-kompetenzi pedagoġiċi tagħhom, kif ukoll fl-indirizzar tad-distakk diġitali, huma passi fundamentali lejn edukazzjoni diġitali li tibbenefika lil kulħadd. Ħafna Stati Membri diġà introduċew miżuri ta’ politika effettivi f’dan ir-rigward. Franza ħabbret fl-2019 li l-ITC se jiġu mgħallma fl-iskola postsekondarja bħala dixxiplina b’għalliema dedikati sabiex jiġi żgurat li l-istudenti kollha jkunu diġitalment litterati u jiżdied in-numru ta’ studenti tal-ICT (speċjalment bniet) fl-edukazzjoni għolja. L-Awstrija ħabbret Pjan ta’ 8 Punti għall-apprendiment diġitali, li għandu l-għan li mill-2020-21 jintroduċi portal uniku għall-applikazzjonijiet u għall-komunikazzjoni bejn l-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri (“Digital Schule” ), iħejji lill-għalliema kollha għall-apprendiment imħallat u mill-bogħod permezz ta’ żvilupp professjonali kontinwu intensifikat, jipprovdi aċċess għal apprendiment armonizzat u għal materjal tal-apprendiment u tat-tagħlim, u jtejjeb l-infrastruttura tal-IT sabiex l-istudenti kollha jkollhom aċċess għall-apparati. Fil-Polonja, “Lezzjoni: Idħol” huwa l-akbar proġett nazzjonali tal-edukazzjoni diġitali għall-għalliema u għall-iskejjel, appoġġat mill-Programm Operazzjonali tal-FEŻR “Polonja Diġitali”. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jħarreġ u jħeġġeġ lill-għalliema jużaw aktar ta’ spiss il-kontenut u l-għodod diġitali. Madwar 15 % tal-forza tax-xogħol tat-tagħlim (jiġifieri 75 000 għalliem) għandhom jitħarrġu bejn l-2019 u l-2023. Fil-Kroazja, fl-iskejjel primarji, l-istudenti kollha fil-5 u fis-7 grad irċivew tablets, u l-iskejjel irċevew ukoll tablet 1 għal kull 4 studenti għal xogħol fil-klassi fi gradi aktar baxxi. Fl-iskejjel sekondarji, it-tablets tqassmu lil studenti żvantaġġati. L-iskejjel irċivew ukoll tagħmir għall-klassijiet (smart boards, projetturi, tagħmir tal-laboratorju) u laptops għall-għalliema mill-proġett Skejjel elettroniċi.

It-twessigħ tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja b’apprendiment aktar inklużiv u flessibbli, u l-attrezzar tal-istudenti b’ħiliet u b’kompetenzi rilevanti għas-suq tax-xogħol għadhom prijoritajiet. Fil-Finlandja, aktar minn 10 000 post addizzjonali se jiġu allokati lill-universitajiet matul il-perjodu 2020-22 sabiex jgħollu l-livell tal-edukazzjoni u jwieġbu għan-nuqqas ta’ ħaddiema esperti f’oqsma u f’reġjuni differenti. Mis-sena akkademika 2020-21, il-Bulgarija eliminat it-tariffi tal-universitajiet għal parteċipanti ġodda fi tmien oqsma ta’ studju professjonali fl-oqsma tax-xjenzi pedagoġiċi u naturali u fi tmien speċjalitajiet protetti. Skont leġiżlazzjoni li għaddiet f’Jannar 2020, fil-Greċja l-finanzjament tal-universitajiet se jkun parzjalment ibbażat fuq il-kriterji tal-prestazzjoni (20 %), inklużi l-internazzjonalizzazzjoni, l-assorbiment tal-gradwati fis-suq tax-xogħol u l-proporzjon ta’ parteċipanti ġodda meta mqabbla mal-gradwati. Fil-Polonja, il-Kunsill il-ġdid ta’ Eċċellenza Xjentifika mwaqqaf f’Ġunju 2019 biddel il-formula tal-istudji tad-dottorat: issa jistgħu jsiru biss fuq bażi full-time u l-istudenti kollha tal-PhD jirċievu boroż ta’ studju. Fl-aħħar nett, l-Irlanda nediet l-Action Plan for increasing Traveller Participation in Higher Education bl-għan li tippromwovi l-aċċess għall-edukazzjoni għolja għal studenti marġinalizzati.

L-Istati Membri adottaw miżuri sabiex itejbu l-parteċipazzjoni u l-livell edukattiv milħuq ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ta’ tfal bi sfond ta’ migrazzjoni u ta’ studenti żvantaġġati oħra. Il-Ministeru Slovakk tal-Kultura, tax-Xjenza, tar-Riċerka u tal-Isport alloka EUR 48 000 għal proġetti li jappoġġaw studenti bi sfond ta’ minoranzi. Is-Slovenja żiedet in-numru ta’ sigħat ta’ lezzjonijiet tal-lingwa Slovena disponibbli għall-istudenti bi sfond ta’ migrazzjoni fl-ewwel sena tad-dħul fis-sistema edukattiva, minn 35 għal minimu ta’ 120 siegħa għal kull student. Fl-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell, l-Iżvezja kompliet tistituzzjonalizza d-dritt tal-istudenti kollha li jkollhom mentor. Iċ-Ċekja żviluppat il-programm “Appoġġ għall-Barranin fl-Edukazzjoni fl-Iskejjel” għall-2020, sussidju maħsub sabiex jadatta t-tagħlim taċ-Ċek għall-ħtiġijiet tat-tfal barranin u jaġġusta l-kundizzjonijiet għall-edukazzjoni tagħhom. Fi ħdan il-“Patt ta’ Eċċellenza fl-Edukazzjoni” tal-Belġju, li jestendi sal-2030, bosta skejjel adottaw approċċi ġodda għall-apprendiment tal-lingwa Franċiża għal studenti li jkunu għadhom kif waslu u għal dawk vulnerabbli. Malta waqqfet programmi ta’ induzzjoni għal tfal li għadhom kif waslu li ma jafux jitkellmu bil-Malti jew bl-Ingliż, bl-iskejjel pubbliċi meħtieġa jimplimentaw il-qafas inklużiv tal-2019. Numru ta’ Stati Membri kellhom l-għan speċifiku li jżidu l-parteċipazzjoni tat-tfal minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-edukazzjoni u fil-kura bikrija tat-tfal. Pereżempju, il-Bulgarija u Franza naqqsu l-età tal-iskola obbligatorja għal erba’ snin u għal tliet snin rispettivament, bl-għan li jkun hemm integrazzjoni aħjar tat-tfal minn familji vulnerabbli. Il-Greċja qed testendi gradwalment l-attendenza obbligatorja ta’ qabel l-iskola għal dawk li għandhom 4 sena (għas-sena skolastika li jmiss 2020-21 se jiġu inklużi l-40 muniċipalità li jifdal).

Xi Stati Membri żiedu r-riżorsi finanzjarji sabiex jappoġġaw l-edukazzjoni, li tista’ tkun ta’ benefiċċju wkoll għal tfal bi sfond ta’ migrazzjoni. Fi Franza, it-tisħiħ tal-edukazzjoni preprimarja u dik primarja u l-indirizzar tal-inugwaljanzi huma prijoritajiet baġitarji fl-2020, b’żieda fil-baġit ta’ EUR 991 miljun għall-edukazzjoni obbligatorja. Fl-Irlanda, komplew l-isforzi sabiex jittejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni għolja għal gruppi vulnerabbli u ġew iddedikati EUR 27 miljun sabiex jappoġġaw 30 000 student tal-edukazzjoni għolja minn dawn il-gruppi. L-Iżvezja poġġiet EUR 460 miljun fl-2020 fl-għotja għall-ugwaljanza għall-muniċipalitajiet sabiex iżidu l-kwalità tal-iskejjel b’sehem ogħla ta’ tfal bi sfond ta’ migrazzjoni. Barra minn hekk, f’Lulju 2019 l-Iżvezja introduċiet garanzija ġdida li tintervjeni aktar kmieni fil-vjaġġ edukattiv tal-istudent, li tippermettilhom jirċievu appoġġ bikri fl-iskola tagħhom. Id-Danimarka investiet DKK 2 biljun (EUR 268 miljun) għal aktar persunal pedagoġiku f’żoni bi tfal minn sfondi vulnerabbli u għat-titjib tal-ħiliet rispettivi tal-persunal pedagoġiku. F’Diċembru 2019, l-Italja żiedet il-vawċer annwali għall-attendenza tal-preprimarja, l-hekk imsejjaħ Bonus Nido, b’EUR 1 500 addizzjonali għall-familji b’introjtu aktar baxx.

L-infurzar effettiv tat-tibdiliet leġiżlattivi għall-inklużjoni tar-Rom fl-edukazzjoni ġenerali jibqa’ importanti. Diversi Stati Membri riċentement introduċew riformi li jnaqqsu l-età obbligatorja tal-edukazzjoni preprimarja li tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-istudenti żvantaġġati. Għalkemm azzjoni affermattiva għenet sabiex ittejjeb il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-edukazzjoni, huwa importanti li jiġi evitat li jiġu ddedikati postijiet speċifiċi għar-Rom li, fi kwalunkwe każ, ikunu jikkwalifikaw għal ammissjoni regolari. Miżuri attivi għall-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-iskejjel u fil-klassijiet jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju u professjonali addizzjonali sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni tat-tfal Rom fl-iskejjel ġenerali. Il-Bulgarija dan l-aħħar baxxiet l-età obbligatorja tal-preprimarja għal 4 snin. Miżuri attwalment fis-seħħ li huma ta’ benefiċċju għall-istudenti Rom jinkludu medjaturi edukattivi, boroż ta’ studju, attivitajiet extrakurrikulari, korsijiet addizzjonali tal-Bulgaru u trasport b’xejn f’xi lokalitajiet. Mill-2018, il-Ministeru Bulgaru tal-Edukazzjoni u tax-Xjenza beda jalloka finanzjament addizzjonali lill-iskejjel li jaħdmu ma’ tfal vulnerabbli u/jew f’żoni rurali. Ir-regoli differenti, l-awtonomija u d-daqs tad-distretti tal-iskejjel jillimitaw l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq it-tneħħija tas-segregazzjoni effettiva fl-edukazzjoni fl-Ungerija. Wara l-emenda tal-2017 tal-Atti tal-Ungerija dwar it-Trattament Ugwali u l-Edukazzjoni Pubblika, mill-2018 ’l hawn ġew stabbiliti uffiċjali u gruppi ta’ ħidma kontra s-segregazzjoni fid-distretti edukattivi. Madankollu, għad hemm differenzi sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-istudenti bejn l-iskejjel statali u dawk tal-knisja. Barra minn hekk, il-modifika ta’ Lulju 2020 tal-Atti dwar l-Edukazzjoni Pubblika tirriskja li tnaqqas l-effetti dissważivi tas-sanzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni. Għalkemm ġew implimentati diversi programmi u miżuri sabiex itejbu s-sistema edukattiva fir-Rumanija, l-istudenti Rom għadhom jaffaċċjaw bosta sfidi, b’differenzi sinifikanti bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. Fl-2016, il-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali ħareġ Ordni Qafas ġdida li tipprojbixxi s-segregazzjoni fl-iskejjel ta’ qabel l-università iżda fl-2020 l-implimentazzjoni tagħha għadha pendenti. Madankollu, il-metodoloġija għall-monitoraġġ tas-segregazzjoni fl-iskejjel fl-edukazzjoni sekondarja ġiet approvata biss fil-bidu tal-2020 permezz ta’ ordni ministerjali. Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ se titmexxa fl-ewwel fażi f’numru limitat ta’ skejjel primarji u sekondarji fi tliet kontej. Fis-Slovakkja, fejn sehem sproporzjonat ta’ tfal Rom għadhom jitqiegħdu fi skejjel jew fi klassijiet speċjali għal tfal b’diżabilitajiet mentali, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-integrazzjoni tar-Rom li ġie rivedut qed jiġi implimentat iżda r-riżultati għad iridu jidhru. Barra minn hekk, is-Slovakkja adottat Pjan Nazzjonali ta’ Żvilupp tal-Edukazzjoni fuq 10 snin li jenħtieġ li jipprova jindirizza wkoll l-aspetti tal-inklużività u tal-kwalità tal-edukazzjoni, anke għat-tfal Rom. L-introduzzjoni ppjanata tal-kindergarten obbligatorja mill-età ta’ 5 snin mill-2021’il quddiem, akkumpanjata minn abolizzjoni tal-grad żero li jattendu għalih l-aktar it-tfal Rom, jista’ jkollha xi impatt pożittiv f’dan ir-rigward, iżda għad hemm nuqqas ta’ miżuri attivi ta’ desegregazzjoni.

Id-daqs tal-isfida kurrenti fil-ħiliet jitlob bidla fundamentali fil-politiki dwar il-ħiliet sabiex jiġu żgurati rkupru u tkabbir inklużivi u sostenibbli fil-futur. L-istrateġiji nazzjonali dwar il-ħiliet ibbażati fuq previżjonijiet effettivi tal-ħiliet jeħtieġ li jiġu integrati sabiex jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ approċċ olistiku ta’ gvern sħiħ għall-iżvilupp tal-ħiliet. Sal-lum, għaxar Stati Membri kienu involuti fit-tħejjija ta’ strateġija nazzjonali dwar il-ħiliet bl-għajnuna teknika tal-OECD. Il-Litwanja dan l-aħħar bdiet tħejji Strateġija dwar il-Ħiliet. Il-Portugall, is-Slovenja u l-Latvja mxew mill-fażi dijanjostika għall-fażi ta’ azzjoni, b’enfasi fuq it-titjib tal-ħiliet tal-adulti. Il-Ġermanja ppreżentat l-istrateġija nazzjonali tagħha dwar il-ħiliet fl-2019. L-Aġenda Ewropea tal-Ħiliet tal-2020 tipproponi Patt għall-Ħiliet (Azzjoni 1) sabiex jiġi mobilizzat u inċentivat l-investiment fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid u jingħata appoġġ lill-Istati Membri kollha għall-istabbiliment ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi dwar il-ħiliet (Azzjoni 3), fost l-oħrajn billi tissaħħaħ l-informazzjoni dwar il-ħiliet (Azzjoni 2). Skont il-prijoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jiffokaw b’mod partikolari fuq sfidi bħat-tneħħija ta’ diskrepanzi partikolari fil-ħiliet, il-promozzjoni tal-apprendiment tul il-ħajja, jew it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki mfassla speċifikament għall-ħtiġijiet ta’ adulti b’livell baxx ta’ ħiliet, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-2016 tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet.

It-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jipprovdu sfidi iżda wkoll opportunitajiet li l-Ewropa jeħtieġ li tkun lesta li taħtaf. Sabiex dan jinkiseb, hemm bżonn ta’ żvilupp tal-ħiliet xierqa fil-livelli kollha: kulħadd jeħtieġ livell bażiku ta’ kapaċità sabiex iwettaq attivitajiet ta’ kuljum b’mod ambjentalment sostenibbli u sabiex jgħix u jaħdem f’soċjetà dejjem aktar diġitali. Fl-istess ħin, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet jeħtieġu nies bil-ħiliet it-tajba sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Ħafna azzjonijiet tal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, mill-Patt għall-Ħiliet sa informazzjoni aħjar dwar il-ħiliet u l-iżvilupp ta’ standards għall-mikrokredenzjali, se jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ħiliet għat-tranżizzjoni doppja. Sabiex tindirizza n-nuqqas ta’ ċarezza tat-terminu “ħiliet ekoloġiċi”, l-Aġenda għall-Ħiliet tipprevedi li tipproduċi tassonomija maqbula tal-ħiliet għat-tranżizzjoni ekoloġika, u li tiddefinixxi sett ta’ ħiliet ewlenin rilevanti għas-suq tax-xogħol. Flimkien mal-azzjonijiet relatati maż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, l-għan huwa li jiġu żviluppati sett ta’ indikaturi u qafas ta’ kompetenza Ewropew dwar l-edukazzjoni għat-tibdil fil-klima u għall-iżvilupp sostenibbli. Hemm fehim aktar ċar tal-ħiliet diġitali u tal-ħtiġijiet relatati tas-suq tax-xogħol. Minbarra l-ħtieġa urġenti li tiżdied il-firxa ta’ talenti ta’ speċjalisti tal-ICT u li jissaħħaħ ir-rikonoxximent tal-professjoni tal-ICT, l-Aġenda għall-Ħiliet tipprevedi b’mod partikolari żewġ attivitajiet: ir-rispons għall-ħtiġijiet tal-SMEs permezz ta’ Korsijiet Diġitali Rapidi li jsaħħu l-kompetenza diġitali tal-persunal tagħhom għal livell xieraq, u l-appoġġ lill-ħaddiema sabiex itejbu l-ħiliet diġitali permezz ta’ taħriġ li jagħtihom spinta fl-ICT. Barra minn hekk, il-Programm Ewropa Diġitali l-ġdid se jappoġġa l-iżvilupp ta’ opportunitajiet eċċellenti ta’ taħriġ f’oqsma diġitali, bħall-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, sabiex jitħarrġu u jiġu attirati l-aqwa talenti fl-UE.

L-iżvilupp ta’ ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol jeħtieġ li jkun akkumpanjat mir-rikonoxximent u mill-użu xierqa tagħhom. Kwalifiki fdati mogħtija kif xieraq għadhom il-mezz ewlieni li bih jiġu rikonoxxuti l-ħiliet tan-nies. It-trasparenza tagħhom hija kruċjali sabiex jiġi sostnut il-moviment liberu tal-istudenti u tal-ħaddiema fis-suq intern. L-Istati Membri kollha ħlief Spanja rreferew l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki tagħhom għall- Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u l-biċċa l-kbira (il-Bulgarija u l-Kroazja huma l-eċċezzjonijiet) jindikaw il-livell tal-QEK fuq il-kwalifiki jew fuq is-supplimenti tagħhom, sabiex b’hekk ikunu aktar ċari u komparabbli. Barra minn hekk, l-enfasi fuq l-eżiti tal-apprendiment tagħmilha aktar faċli li l-kwalifiki formali jintrabtu mal-validazzjoni tal-ħiliet miksuba barra mill-programmi formali kif ukoll ma’ forom innovattivi emerġenti ta’ rikonoxximent tal-ħiliet. Fost dawn tal-aħħar, il-mikrokredenzjali jista’ jkollhom rwol sinifikanti sabiex jagħmlu l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi aktar flessibbli u risponsivi għall-ħtiġijiet emerġenti. Dawn jistgħu jgħinu lin-nies jinvolvu ruħhom f’titjib tal-ħiliet u f’taħriġ mill-ġdid immirati u qosra, u huma partikolarment siewja għal persuni li jkunu jeħtieġu li jmorru jaħdmu f’okkupazzjoni jew f’settur ieħor. Sabiex jappoġġaw żviluppi koerenti, l-Aġenda għall-Ħiliet tal-2020 u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jipprevedu ħidma lejn approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali (azzjoni 10), li jiżgura standards minimi maqbula għall-kwalità u għat-trasparenza.

Il-mikrokredenzjali jistgħu jkunu siewja wkoll għar-rikonoxximent u għall-validazzjoni ta’ ħiliet żviluppati barra mill-edukazzjoni u mit-taħriġ formali, wara proċess ta’ validazzjoni xieraq kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-2012 tal-Kunsill dwar il-validazzjoni. L-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tikkonferma li l-Istati Membri kollha ħadu azzjoni sabiex japplikaw il-prinċipji tagħha. Fi 23 Stat Membru, il-validazzjoni tista’ twassal għal ħafna kwalifiki (fi 13-il pajjiż, kollha) inklużi fil-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki, fi 22 din twassal għal kreditu formali lejn kwalifika u fi 17 tippermetti lin-nies jaċċessaw programmi ta’ edukazzjoni formali u eżenzjoni minn partijiet minnhom. Madankollu, ħafna mill-arranġamenti ta’ validazzjoni mhumiex komprensivi u mhumiex miftuħa għal kulħadd. It-tagħlima ewlenija mill-evalwazzjoni hija li l-iżviluppi jenħtieġ li jiffokaw fuq l-estensjoni tal-aċċess għall-validazzjoni għall-persuni kollha u fuq l-appoġġ attiv għall-individwi sabiex jinvolvu ruħhom f’perkorsi ta’ validazzjoni. Fi tmien Stati Membri (il-Belġju-il-Fjandri, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Portugall, il-Lussemburgu u l-Iżvezja), l-arranġamenti ta’ validazzjoni diġà jkopru l-oqsma kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol, għalkemm għad hemm xi restrizzjonijiet fuq l-aċċess. Approċċ promettenti sabiex jitwessa’ l-aċċess, jekk ikun koordinat kif xieraq, jingħata permezz taż-żieda fil-provvista ta’ opportunitajiet ta’ validazzjoni mingħajr relazzjoni diretta mal-edukazzjoni u mat-taħriġ formali. Fl-2018, ġiet ipprovduta validazzjoni fir-rigward tar-riformi fis-suq tax-xogħol fi 17-il pajjiż (l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Iżvezja), spiss bi rwol għas-sistemi pubbliċi tal-impjiegi, filwaqt li ġew ipprovduti opportunitajiet ta’ validazzjoni minn organizzazzjonijiet tat-tielet settur fi 19-il pajjiż (l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja).

Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tenfasizza l-importanza tas-servizzi ta’ gwida tul il-ħajja għall-ġestjoni tal-karriera personali tul il-ħajja, inkluża l-ħtieġa għal rwol aktar b’saħħtu tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) u tas-sħab soċjali u għal arranġamenti ta’ validazzjoni aħjar. Ir-reazzjoni għall-kriżi se taċċellera l-esperimentazzjoni u l-integrazzjoni ta’ prattiki u ta’ għodod innovattivi ta’ gwida, inkluż billi jittieħed vantaġġ mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u billi jiġi involut sett usa’ ta’ atturi. Il-PES jaqdu rwol ewlieni f’inizjattiva Taljana li tipprovdi lill-individwi bi tfassil ta’ profil u ta’ dokumentazzjoni dwar il-ħiliet u b’appoġġ imfassal apposta bħala gwida dwar il-karriera. Fil-Belġju, il-PES Fjamming jipprovdi lill-ħaddiema b’vawċers ta’ gwida għall-karriera li jistgħu jużaw fi stadji differenti tal-karriera tagħhom. Il-validazzjoni tal-apprendiment preċedenti u l-gwida għall-karriera huma integrati fi pjanijiet ta’ apprendiment personalizzati offruti lill-adulti fil-Finlandja. Is-sistema Franċiża ta’ kontijiet ta’ taħriġ individwali tappoġġa lill-adulti sabiex jaċċessaw opportunitajiet ta’ gwida u programmi ta’ titjib tal-ħiliet – waħda mill-prattiki nazzjonali li l-Aġenda għall-Ħiliet tal-2020 tipproponi li jiġu esplorati għal integrazzjoni aktar mifruxa (Azzjoni 9). Il-PES Ċeki introduċew il-proġett ta’ Rikollokament li saħħaħ l-attivitajiet ta’ taħriġ sabiex tiżdied l-impjegabbiltà tal-ħaddiema f’riskju ta’ tkeċċija minħabba l-kriżi tal-COVID-19 (CZK 3,6 biljun, EUR 130 miljun)

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma essenzjali għall-iżvilupp tal-ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol, iżda jeħtieġ li jadattaw għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-isfidi ppreżentati mill-COVID-19. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jevolvu b’mod rapidu, l-iżvilupp tal-ħiliet jeħtieġ kooperazzjoni b’suċċess fost il-ħafna atturi involuti. Il-Patt għall-Ħiliet (l-Azzjoni Nru 1 tal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet) se jħeġġeġ sħubijiet pubbliċi u privati fuq skala kbira bejn diversi partijiet konċernati f’ekosistemi industrijali ewlenin sabiex jiġbru flimkien l-għarfien espert u r-riżorsi bħal faċilitajiet ta’ taħriġ u finanzjament, lejn azzjonijiet konkreti ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid b’impenji ċari. Skemi ta’ apprendiment u ta’ apprendistat imsejsa fuq ix-xogħol jistgħu jiżguraw l-eqreb rabtiet bejn l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant, l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati msaħħa se tkompli tippromwovi l-koalizzjonijiet nazzjonali, tappoġġa lill-SMEs u żżid l-involviment tas-sħab soċjali. Sabiex jiġu ffaċilitati r-riformi tal-Istati Membri, il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (Azzjoni 4) tipproponi prinċipji għal governanza effettiva tal-ETV, rabtiet aktar b’saħħithom ma’ strateġiji ekonomiċi li jħarsu ’l quddiem, opportunitajiet flessibbli ta’ progressjoni, opportunitajiet indaqs u assigurazzjoni tal-kwalità. L-Istati Membri qed jimmodernizzaw b’mod attiv is-sistemi tal-ETV u l-iskemi ta’ apprendistat tagħhom, u 25 minnhom jipparteċipaw fil-pilastru tat-Tagħlim Komparattiv tas-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Apprendistati. Barra minn hekk, bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19, bosta investew riżorsi finanzjarji sabiex jissalvagwardjaw il-provvista tal-apprendistati: Il-Ġermanja nediet programm ta’ EUR 500 miljun sabiex tappoġġa lill-SMEs permezz ta’ primjum ta’ darba ta’ EUR 2 000 għal kull kuntratt ta’ taħriġ ġdid konkluż u ta’ EUR 3 000 għal kuntratti ta’ taħriġ addizzjonali ġodda. Il-kumpaniji Awstrijaċi jirċievu bonus ta’ EUR 2 000 għal kull apprendist ġdid sabiex isalvaw madwar 10 000 post ta’ apprendistat f’riskju. Fid-Danimarka ftehim tripartitiku jalloka mill-ġdid surplus mill-Għotja għall-Edukazzjoni tal-Impjegaturi (AUB) sabiex jipprovdi skema ta’ sussidju tal-pagi għall-apprendistati. Franza nediet programm ta’ appoġġ mill-Istat ta’ EUR 1 biljun għar-reklutaġġ ta’ apprendisti.

L-Istati Membri huma impenjati li jaħdmu lejn l-objettivi ta’ politika komuni ddefiniti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-Aġenda Ewropea għall-Apprendiment għall-Adulti (2011), li hija parti mill-qafas usa’ għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET 2020). Il-grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-apprendiment għall-adulti evalwa l-progress fl-erba’ oqsma prijoritarji (il-governanza, il-provvista u l-adozzjoni, l-aċċess u l-kwalità) tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti fl-2019. Mil-lat pożittiv, l-apprendiment għall-adulti qed jirċievi dejjem aktar attenzjoni minn dawk li jfasslu l-politika – xejra aċċelerata aktar minħabba l-isfidi marbuta man-natura li dejjem tinbidel tax-xogħol, l-awtomatizzazzjoni u l-iżviluppi demografiċi. Diversi Stati Membri adottaw miżuri sabiex isaħħu l-governanza tal-apprendiment għall-adulti, b’mod partikolari billi jaġġornaw u jtejbu l-leġiżlazzjoni u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni aħjar. Il-finanzjament Ewropew għandu rwol importanti fl-appoġġ għall-apprendiment għall-adulti f’ħafna pajjiżi, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri li jimplimentaw il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet. L-evidenza mill-grupp ta’ ħidma tindika żewġ sfidi relatati ma’ xulxin, jiġifieri l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-apprendiment għall-adulti għal kulħadd u l-għoti ta’ appoġġ għal gruppi vulnerabbli li ntlaqtu ferm mill-COVID-19. Barra minn hekk, l-opportunitajiet għall-professjonalizzazzjoni tal-persunal tal-apprendiment għall-adulti għadhom limitati.

L-Istati Membri, filwaqt li rrikonoxxew l-isfidi affaċċjati mis-sistemi tagħhom ta’ apprendiment għall-adulti, wettqu numru ta’ inizjattivi matul it-tieni nofs tal-2019 u l-2020. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jirrikonoxxi d-dritt tal-adulti għall-apprendiment tul il-ħajja, bħala mod kif jinkisbu l-ħiliet meħtieġa għall-parteċipazzjoni bis-sħiħ fis-soċjetà u għall-ġestjoni b’suċċess tat-tranżizzjonijiet fil-karriera. Numru ta’ Stati Membri adottaw miżuri sabiex jappoġġaw it-titjib tal-ħiliet ta’ adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki jew qiegħda. Minn Settembru 2019, il-Finlandja impenjat ruħha f’riforma parlamentari kontinwa dwar it-tagħlim kontinwu sabiex tħejji politika komprensiva li tiffoka fuq l-iżvilupp professjonali u fuq l-edukazzjoni matul il-ħajja tax-xogħol. Il-proġett ta’ Titjib tal-Ħiliet CZ jappoġġa n-network ta’ korpi tal-QNK awtorizzati sabiex jorganizzaw u jwettqu eżamijiet li jwasslu għal dik li tissejjaħ il-kwalifika professjonali sħiħa fil-livelli 3 u 4 tal-QNK. Fil-Bulgarija, l-“operazzjoni Ħiliet” tfasslet sabiex tippermetti lill-impjegaturi jħarrġu kemm lil persuni impjegati kif ukoll lil dawk li kienu qiegħda rreklutati riċentement fl-intrapriżi tagħhom. B’baġit ta’ EUR 17-il miljun, din jenħtieġ li tipprovdi taħriġ għal kwalifika professjonali, kompetenzi ewlenin u taħriġ speċifiku lil tal-anqas 5 500 persuna. Id-Danimarka laħqet ftehim politiku dwar l-allokazzjoni ta’ DKK 102 miljun (EUR 13,7-il miljun) sabiex ittejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, filwaqt li tipprovdilhom il-kompetenzi meħtieġa sabiex jaqilbu għal impjiegi bi kwalifiki għoljin. Ċipru, l-Italja u l-Latvja riċentement introduċew miżuri sabiex jappoġġaw lill-persuni qiegħda. Il-Latvja żiedet l-offerta tagħha ta’ apprendiment għall-adulti, inkluż l-apprendiment mill-bogħod, moduli ta’ studju u korsijiet fl-universitajiet u fil-kulleġġi. L-appoġġ għall-impjegati ġie estiż ukoll sabiex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom lejn is-sit tat-taħriġ.

L-Istati Membri appoġġaw ukoll l-għażla tal-individwi ta’ taħriġ li jissodisfa l-preferenzi u l-ħtiġijiet ta’ apprendiment individwali tagħhom. Fl-2019, Franza għaddiet digrieti sabiex timplimenta l-liġi tal-2018 dwar il-libertà li wieħed jagħżel il-karriera futura tiegħu, li tagħti lill-impjegati u lil persuni li qed ifittxu impjieg aċċess għal taħriġ u l-użu tal-kont tat-taħriġ personali. Mill-2020, in-Netherlands nedew l-iskema SLIM , Skema ta’ Inċentiv għall-Apprendiment u għall-Iżvilupp fl-SMEs. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ finanzjament STAP sabiex jistimola l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol mistenni li jidħol fis-seħħ fl-2022. Dan se jippermetti lil kull min għandu rabta mas-suq tax-xogħol Netherlandiż sabiex jitħarreġ għall-iżvilupp u għall-impjegabbiltà tiegħu stess. L-Awstrija qed tippjana li tintroduċi kont tal-apprendiment (“Bildungskonto”) fuq il-bażi ta’ ftehim mas-sħab soċjali sabiex jiġu ffinanzjati r-riorjentazzjoni vokazzjonali, it-taħriġ u l-edukazzjoni ulterjuri. Fl-Iżvezja, l-investiment fl-edukazzjoni vokazzjonali reġjonali għall-adulti se jiżdied b’SEK 700 miljun (EUR 68,2 miljun). L-Istat neħħa r-rekwiżit għall-kofinanzjament mill-muniċipalitajiet għall-2020 u barra minn hekk se jiffinanzja 1 500 post addizzjonali u appoġġ għall-istudju relatat.

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-2013 ħolqot opportunitajiet għaż-żgħażagħ u aġixxiet bħala xprunatur b’saħħtu għar-riformi strutturali u għall-innovazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-maġġoranza tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) tejbu u espandew is-servizzi tagħhom għaż-żgħażagħ. Matul is-seba’ snin ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19, fl-UE kien hemm madwar 1,7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa anqas li la kellhom impjieg u lanqas ma kienu f’edukazzjoni jew f’taħriġ (NEETs). Għad li l-kuntest makroekonomiku li qed jitjieb ċertament kellu rwol f'dan, l-evidenza tissuġġerixxi li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ kellha effett trasformattiv kbir. Aktar minn 24 miljun żagħżugħ u żagħżugħa li darba kienu rreġistrati fi skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ irċivew offerta ta’ impjieg, edukazzjoni kontinwa, apprendistati u traineeships. Madankollu, f’ħafna Stati Membri, il-proporzjon stmat ta’ NEETs irreġistrati f’dawn l-iskemi matul is-sena għadu taħt il-50 %. Qabel il-pandemija tal-COVID-19, il-miżuri ta’ politika li huma l-bażi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ kienu mmirati aktar lejn gruppi vulnerabbli speċifiċi. F’Lulju 2020, il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi tespandi l-kopertura għall-persuni ta’ bejn il-15 u d-29 sena (li żdiedet minn 25 sena), issir aktar inklużiva, issaħħaħ ir-rabta mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u tipprovdi konsulenza, gwida u mentoraġġ.

Qabel il-pandemija, l-Istati Membri bdew itejbu s-sensibilizzazzjoni u l-attivazzjoni taż-żgħażagħ li huma l-aktar diffiċli li jintlaħqu, filwaqt li jsaħħu d-dimensjoni tal-ġeneru tal-inizjattivi. Il-Greċja adottat programm pilota li jipprovdi appoġġ temporanju għall-intraprenditorija lil 3 000 żagħżugħ u żagħżugħa qiegħda (18-29 sena). L-appoġġ jinkludi l-evalwazzjoni u l-ikkowċjar ta’ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, segwiti minn programm ta’ sussidji għal 2 500 imprenditur żagħżugħ. Dan tal-aħħar jiffoka b’mod partikolari fuq nisa żgħażagħ (tal-anqas 60 % tal-kollokamenti), u jammonta għal EUR 10 000 għal 12-il xahar jew għal EUR 17 000 għal 18-il xahar. L-Awstrija ppjanat li tirriforma l-Arbeitsmarktservice tagħha, bl-għan li tikseb tnaqqis aktar sostenibbli tal-qgħad. Il-miżuri previsti jimmiraw b’mod partikolari lejn l-istereotipizzazzjoni tal-ġeneru, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni qiegħda fit-tul u għandhom l-għan li jsaħħu l-effiċjenza bl-introduzzjoni ta’ punti uniċi ta’ servizz għal dawk li qed ifittxu impjieg. L-Awstrija ppjanat ukoll li tintroduċi reviżjoni komprensiva tas-sistema ta’ apprendistat tagħha sabiex timmodernizzaha, u ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tibbenefika lil gruppi vulnerabbli, bħal żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ, u l-applikanti għall-ażil. Il-PES tal-Ġermanja għandu strument għall-persuni li jaħdmu fil-gwida edukattiva u vokazzjonali sabiex jidentifika aktar malajr żgħażagħ li x’aktarx ma jibqgħux jistudjaw u joffrilhom miżuri effettivi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ. Il-Kulleġġ (Hochschule) tal-Aġenzija Federali tal-Impjiegi huwa responsabbli għal strument għall-prevenzjoni ta’ terminazzjonijiet bikrin tal-apprendistati. Il-Gvern Fjamming u s-sħab soċjali ffirmaw dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li jtejbu l-attivazzjoni ta’ persuni inattivi, speċjalment NEETs żgħażagħ, li għandha tiġi implimentata f’kollaborazzjoni mill-qrib mas-sistema federali tas-sigurtà soċjali (eż. RIZIV) u mas-servizzi ta’ integrazzjoni soċjali (OCMW).

Il-kriżi ekonomika ġġenerata mill-COVID-19 laqtet ħażin liż-żgħażagħ u għamlithom grupp ta’ prijorità għall-appoġġ madwar l-Istati Membri. Franza ħabbret il-ħolqien ta’ 300 000 contrat d’insertion professionnelle (impjiegi sussidjati) addizzjonali b’appoġġ tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, eżenzjoni mit-taxxa mmirata lejn iż-żgħażagħ b’livell baxx ta’ ħiliet f’impjiegi b’salarju sa 1,6 darbiet il-paga minima hija ppjanata sabiex ittejjeb l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol. Il-Belġju estenda d-durata tal-allokazzjoni għal min ifittex impjieg għal dawk li jitilqu mill-iskola u qed ifittxu impjieg (inschakelingsuitkering) b’ħames xhur. Fil-Latvja, l-istudenti full-time qiegħda għandhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-titjib tal-ħiliet diġitali fl-università jew fil-kulleġġ tagħhom. L-istudenti li jipparteċipaw fil-miżura se jitħallsu borża ta’ studju ta’ EUR 10 għal kull jum ta’ parteċipazzjoni (madwar EUR 200 fix-xahar). Il-Latvja introduċiet ukoll benefiċċju temporanju ta’ appoġġ għall-qgħad għal gradwati żgħażagħ għal perjodu totali ta’ erba’ xhur, iżda mhux wara l-31 ta’ Diċembru 2020, ta’ EUR 500 fix-xahar għall-ewwel xahrejn u ta’ EUR 375 fix-xahar għall-aħħar xahrejn.

L-Istati Membri adottaw miżuri sabiex iwessgħu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fil-kura bikrija tat-tfal u jtejbu l-provvista ta’ kwalità tagħhom, bħala element ewlieni sabiex it-tfal jitħejjew bl-għan li jirnexxu tul ħajjithom. Il-Bulgarija u l-Belġju naqqsu l-età obbligatorja għall-iskola preprimarja, minn ħames snin għal erbgħa u minn sitta għal ħamsa rispettivament. Fil-Kroazja, qed jinbnew jew jiġu rinnovati kważi 500 kindergarten, li ħafna minnhom fi bliet b’anqas minn 5 000 abitant. Barra minn hekk, għotja ta’ EUR 1,8 miljun hija għad-dispożizzjoni tal-unitajiet tal-gvern lokali sabiex itejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-ECEC. L-Irlanda nediet in-National Childcare Scheme f’Novembru 2019, li tagħmel is-sussidji bbażati fuq l-introjtu disponibbli għall-unitajiet domestiċi b’introjtu stmat tal-unità domestika sa EUR 60 000 fis-sena sabiex tkopri l-kostijiet tal-indukrar tat-tfal barra l-ħinijiet tal-iskola preprimarja jew tal-iskola. L-għan huwa li jiġu pprovduti ECEC u kura ta’ wara l-iskola ta’ kwalità, aċċessibbli u affordabbli lill-familji kollha, u huwa mistenni li se jiġu rreġistrati 70-80 000 tifel u tifla fis-sena fil-fażijiet bikrin tagħha. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet nazzjonali Irlandiżi adottaw il-Workforce Development Plan (2020-2028), li għandu l-għan li jgħolli l-profil tal-karrieri fl-ECEC billi jistabbilixxi rekwiżiti ta’ kwalifiki, qafas tal-karriera u opportunitajiet ta’ żvilupp fit-tmexxija. L-Italja rdoppjat il-vawċer tal-iskola preprimarja ta’ EUR 1 500 fis-sena (Bonus Nido) għal familji b’introjtu aktar baxx għal EUR 3 000. In-Netherlands se jżidu l-allowance għall-ECEC u l-baġit relatat mat-tfal sabiex jappoġġaw lill-ġenituri bi kważi EUR 500 miljun għall-koppji b’introjtu medju mill-2020. Il-familji b’aktar minn żewġt itfal se jirċievu EUR 617 addizzjonali għal kull tifel/tifla fis-sena mit-tielet tarbija ’l quddiem mill-2021, li tippreżenta żieda sostanzjali għaċ-ċifra attwali. Qed jespandu wkoll l-intitolament għall-allowance tal-ECEC għall-unitajiet domestiċi fejn sieħeb wieħed mill-konjuġi jkun jaħdem u l-ieħor ikun jeħtieġ kura fit-tul. L-Att dwar l-Edukazzjoni ta’ Malta tal-2019 żied ir-rekwiżit ta’ dħul minimu għall-persunal tal-ECEC għal-livell ta’ grad ta’ Baċellerat sabiex tingħata spinta lill-kwalità fis-settur.

Ħafna Stati Membri introduċew miżuri temporanji għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19. Tali miżuri temporanji ttieħdu, pereżempju, fiċ-Ċekja sabiex jappoġġaw lill-ġenituri permezz ta’ allowance għall-kura fid-djar għal tfal iżgħar minn 13-il sena jew li l-persuna li tindokrahom kellha diżabbiltà, filwaqt li l-iskejjel kienu magħluqin. Dawk li jaħdmu għal rashom li kienu jeħtieġu joqogħdu d-dar mat-tfal ta’ bejn is-6 snin u t-13-il sena wkoll irċivew kontribuzzjoni ta’ CZK 424/jum (EUR 16/jum). Il-Litwanja introduċiet provvedimenti ġodda tas-sigurtà soċjali għall-ġenituri li jaħdmu u għall-persuni li jaħdmu u li jindukraw l-anzjani jew il-persuni b’diżabbiltà (primarjament nisa) wara s-sospensjoni tal-iskejjel u tal-għoti tal-kura, li jħallsu 65,9 % tal-introjtu ddikjarat fil-benefiċċju tal-mard. Franza żgurat servizzi tal-ECEC għall-ħaddiema essenzjali u żiedet il-kapaċità tas-servizzi individwali, sa sitt itfal fl-istess ħin, matul il-perjodu ta’ emerġenza sanitarja statali. L-Italja offriet vawċer ta’ EUR 1 200 lill-familji, li żdied sa EUR 2 000 jekk dawn kienu ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

Il-liv tal-familja ntuża bħala miżura ewlenija ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata matul l-emerġenza tal-COVID. B’reazzjoni għall-kriżi, il-Belġju introduċa skema speċjali ta’ liv tal-ġenituri minħabba l-COVID-19 (full-time jew part-time) li tippermetti lill-ġenituri li jaħdmu (bi tfal ta’ anqas minn 12-il sena) jikkombinaw ix-xogħol u l-kura matul il-pandemija. Din tħaddmet bejn Mejju u Settembru 2020, u permezz tagħha l-impjegati b’tal-anqas xahar servizz setgħu jnaqqsu l-ħin tax-xogħol tagħhom parzjalment jew kompletament. Peress li kienet teħtieġ xahar servizz biss għall-eliġibbiltà, b’benefiċċju 25 % ogħla mill-mudell ta’ qabel, din ħeġġet ukoll lill-missirijiet sabiex jużawha. Fl-Italja, il-ħaddiema bi tfal ta’ anqas minn 12-il sena setgħu jieħdu sa 30 jum liv tal-ġenituri b’nofs paga sal-aħħar ta’ Lulju. Familji li l-introjtu ekwivalizzat tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 40 000 jirċievu kreditu ta’ taxxa għall-btajjel. Ċipru ta liv speċjali mħallas, fuq il-bażi tas-salarji, lill-ġenituri (tfal ta’ anqas minn 15-il sena) li ma setgħux jagħmlu telexogħol minħabba l-ECEC u l-għeluq tal-iskejjel. Il-Lussemburgu introduċa liv tal-familja mħallas għas-settur privat u għal dawk li jaħdmu għal rashom li kienu obbligati jwaqqfu x-xogħol sabiex jieħdu ħsieb persuna anzjana b’diżabbiltà jew dipendenti fl-unità domestika tagħhom minħabba l-għeluq ta’ faċilitajiet approvati. Il-ġenituri li kellhom jieħdu ħsieb it-tfal (ta’ anqas minn 13-il sena) minħabba l-ECEC u l-għeluq tal-iskejjel, setgħu jibbenefikaw minn liv għal raġunijiet tal-familja, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Ir-Rumanija tat jiem bi ħlas b’xejn lill-ġenituri matul l-għeluq tal-istabbilimenti edukattivi, minħabba kundizzjonijiet meteoroloġiċi sfavorevoli jew “sitwazzjonijiet estremi oħra”, bħall-pandemija tal-COVID-19. L-allowance hija ta’ 75 % tas-salarju bażiku sa 75 % tas-salarju nazzjonali gross medju (jiġifieri RON 5 429, jew EUR 1 115). Il-ġenituri jew ir-rappreżentanti legali ta’ tfal jew ta’ adulti b’diżabbiltà, li mhumiex fl-iskola jew li jeħtieġu l-kura, ukoll jirċievu jiem bi ħlas. Fi Spanja, tingħata flessibbiltà lill-impjegati sabiex jadattaw jew inaqqsu s-sigħat tax-xogħol tagħhom (sa 100 %), bi tnaqqis ekwivalenti fis-salarju, f’każ ta’ responsabbiltajiet ta’ indukrar relatati mal-pandemija. Fil-Bulgarija, il-liv bla ħlas permess żdied minn 30 għal 60 jum sabiex jiġi mminimizzat l-impatt negattiv tal-pandemija.

Fl-Istati Membri, qed jiġu adottati dejjem aktar miżuri permanenti dwar il-liv tal-familja. Dan jista’ jirrifletti parzjalment id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw adottata fl-2019. Iċ-Ċekja żiedet il-konċessjoni tal-ġenituri għal CZK 300 000 (EUR 11 300, żieda ta’ 50 % għal tewmin jew għal diversi wlied f’daqqa). Il-limitu ta’ kull xahar għal tfal taħt is-sentejn irreġistrati fl-ECEC żdied minn 46 għal 92 siegħa u l-limitu tal-konċessjoni tal-ġenituri żdied għal CZK 10 000 (EUR 376) għall-ġenituri mingħajr assigurazzjoni tal-mard. L-Italja żiedet il-liv tal-paternità minn ħamest ijiem għal sebat ijiem, u ressqet il-politika tagħha eqreb għad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, li tistipula liv tal-paternità mħallas ta’ 14-il jum. Il-Litwanja estendiet id-dritt li jintuża l-liv tal-ġenituri ta’ 30 jum minn tliet xhur għal sena wara t-twelid. Fin-Netherlands, mill-1 ta’ Lulju 2020 il-missirijiet jew it-tieni ġenituri jistgħu jieħdu liv addizzjonali sa ħames ġimgħat matul l-ewwel sitt xhur wara t-twelid. L-impjegaturi jistgħu japplikaw mal-aġenzija tal-assigurazzjoni tal-impjegati għal benefiċċju tal-liv għall-impjegati tagħhom sa 70 % tal-paga ta’ kuljum (sa mhux aktar minn 70 % tal-paga massima ta’ kuljum).

Xi Stati Membri introduċew miżuri ta’ xogħol flessibbli bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19. Malta introduċiet skema sabiex issostni lill-impjegaturi u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li tkopri 45 % tal-kostijiet eliġibbli sa EUR 500 għal kull ftehim ta’ telexogħol u sa EUR 4 000 għal kull impenn favur teknoloġija tat-telexogħol. Is-Slovakkja introduċiet miżuri li jippermettu lill-impjegaturi u lill-impjegati jidħlu fi skema miftiehma b’mod reċiproku ta’ xogħol mid-dar. Iċ-Ċekja pproponiet il-kondiviżjoni tal-impjiegi fil-Kodiċi tax-Xogħol sabiex tgħin lill-impjegati jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol u l-ħajja tal-familja. Il-kondiviżjoni tal-impjiegi jenħtieġ li tappoġġa lill-impjegaturi sabiex joffru ħinijiet tax-xogħol iqsar sabiex jipprovdu lil xi impjegati alternattiva għat-tluq mis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari minħabba l-kura tal-familja. L-emenda għaddiet mill-ewwel qari tagħha fil-Kamra tad-Deputati u hija proposta li tidħol fis-seħħ minn Jannar 2021.

Ġew adottati miżuri sabiex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa fi ftit Stati Membri. Fiċ-Ċekja, qed jiġi żviluppat Pjan ta’ Azzjoni għall-Paga Indaqs li se jipproponi miżuri speċifiċi sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa. Huma involuti atturi ewlenin bħall-Uffiċċju Statali tal-Ispezzjoni tax-Xogħol (SLIO), l-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, l-uffiċċju tax-xogħol, is-sħab soċjali u impjegaturi speċifiċi mis-settur pubbliku u privat. L-Estonja qed tipprova miżuri li jagħtu spinta sabiex jiżdied is-sehem ta’ studenti u ta’ impjegati nisa fl-ICT. Franza introduċiet indiċi li se jżid il-viżibbiltà tal-inugwaljanzi multidimensjonali fil-pagi għall-impriżi kollha b’aktar minn 50 impjegat. Fi Spanja, żewġ digrieti f’Ottubru għamluha obbligatorja li l-impjegaturi kollha jżommu rekords tal-pagi medji tal-irġiel u tan-nisa, filwaqt li l-kumpaniji b’aktar minn 50 impjegat iridu jinnegozjaw pjanijiet ta’ ugwaljanza mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni qed tippjana li tipproponi Direttiva dwar miżuri ta’ trasparenza fil-pagi bl-għan li jittejjeb l-aċċess tal-ħaddiema għall-informazzjoni dwar il-pagi, ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar id-diskriminazzjoni u jsir aktar faċli li tiġi infurzata paga indaqs.

Ġew stabbiliti politiki attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi mmirati sabiex jappoġġaw l-impjieg tan-nisa. L-Awstrija qed tippjana li żżid l-opportunitajiet għan-nisa fiż-żoni rurali permezz tad-diġitalizzazzjoni, permezz tal-edukazzjoni u permezz tal-opportunitajiet ta’ taħriġ. Il-Greċja qed tippjana diversi programmi sabiex tappoġġa l-impjieg tan-nisa bħal “Advanced Skills 4 Women” - programm ta’ taħriġ fl-ICT għal nisa qiegħda; “Appoġġ ta’ Konsulenza, Taħriġ u Ċertifikazzjoni għal nisa qiegħda fis-Settur tal-Industrija Kreattiva”; u programm għall-akkwist tal-ħiliet għal nisa qiegħda li għandhom sa 29 sena. Spanja introduċiet leġiżlazzjoni ġdida sabiex tipproteġi lin-nisa affettwati minn telf ta’ impjiegi f’setturi prekarji ddominati min-nisa. Ġie introdott sussidju straordinarju (70 % tal-pagi) fis-Sistema Speċjali tal-Impjegati tal-Unitajiet Domestiċi tar-Reġim Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema domestiċi li jitilfu l-impjiegi għalkollox jew parzjalment matul il-pandemija u li ma jirċivux benefiċċju tal-qgħad.

L-Istati Membri nedew diversi miżuri sabiex jippromwovu l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà, li jinkludu miżuri temporanji sabiex jittaffa l-impatt negattiv tal-kriżi tal-COVID-19. Fuq il-bażi tal-Att il-ġdid dwar il-Persuni b’Diżabbiltà, il-Bulgarija qed timplimenta l-Programm Nazzjonali l-ġdid għall-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà li għandu l-għan li joħloq kundizzjonijiet ta’ impjieg għalihom. Il-Lussemburgu introduċa liġi li ttejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol regolari (is-settur privat) u t-tkomplija tal-impjieg għall-persuni b’diżabbiltà jew f’riklassifikazzjoni esterna. Dan jinkiseb permezz ta’ miżuri ta’ akkumpanjament (sa 150 siegħa għal kuntratt jew ALMP ta’ mill-inqas 12-il xahar u 300 siegħa għal aktar minn 24 xahar) taħt il-gwida ta’ “assistent għall-inklużjoni fl-impjieg”. Malta pprovdiet appoġġ temporanju mit-8 ta’ Marzu sal-5 ta’ Lulju 2020 lil persuni b’diżabbiltà li jaħdmu fis-settur privat li kienu rreġistrati ma’ Jobsplus (PES) u li riedu jibqgħu d-dar għal raġunijiet ta’ saħħa u ta’ sikurezza matul il-kriżi tal-COVID-19. Sa minn qabel il-pandemija tal-COVID-19, il-Finlandja kienet nediet il-programm ta’ Kapaċità għax-xogħol għal persuni b’kapaċità għax-xogħol parzjali bi EUR 33 miljun allokati għall-2020–22. Il-programm jinkludi miżuri sabiex tiġi identifikata l-kapaċità għax-xogħol tal-individwu u miżuri li jiggwidaw lil dawk li qed ifittxu impjieg fis-servizzi ta’ appoġġ li jeħtieġu. Huwa marbut mill-qrib mal-programm taċ-Ċentri tas-Saħħa u tas-Servizzi Soċjali tal-Futur 2020–2022 li għaddej bħalissa. Il-programm jipprevedi wkoll li s-servizzi tal-PES se jaħtru aktar koordinaturi tal-kapaċità għax-xogħol sabiex itejbu s-servizzi disponibbli.

Numru ta’ Stati Membri nedew azzjonijiet sabiex jappoġġaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, spiss flimkien ma’ taħriġ fil-lingwi. Diversi Stati Membri introduċew jew irrevedew pjanijiet ta’ azzjoni/strateġiji bħala reazzjoni għall-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi dwar l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Xi wħud wessgħu wkoll l-offerta tagħhom ta’ miżuri ta’ integrazzjoni u żiedu l-parteċipazzjoni obbligatorja f’korsijiet lingwistiċi u f’taħriġ dwar l-integrazzjoni. Il-Portugall ippubblika ordinanza li tniedi programm ġdid ta’ korsijiet lingwistiċi bil-Portugiż aġġustat għall-ħtiġijiet ta’ apprendiment tal-migranti bħala mod kif jiġu promossi l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali. Il-Ġermanja żviluppat linji gwida sabiex tappoġġa lill-kumpaniji fl-integrazzjoni operazzjonali tar-refuġjati permezz ta’ proġetti pilota ta’ merħba, bl-għan li toffri appoġġ individwali komprensiv għall-integrazzjoni tar-refuġjati. Fl-Awstrija, il-“proġett suprareġjonali ta’ kollokament ta’ apprendistati” ġie implimentat fil-pajjiż kollu fl-2019, wara diversi snin ta’ pilotaġġ. Dan jimmira lejn l-ispariġġ bejn postijiet vakanti ta’ apprendistati u żgħażagħ qiegħda b’enfasi partikolari fuq ir-refuġjati. F’Diċembru 2019, iċ-Ċekja adottat pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-integrazzjoni. F’nofs l-2019 Ċipru ppreżenta wkoll Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Integrazzjoni tal-Migranti 2020-2022, filwaqt li s-Slovenja adottat Strateġija ġdida dwar il-Migrazzjoni (Lulju 2019).

Xi Stati Membri ħadu miżuri sabiex itejbu l-ħiliet u jħarrġu mill-ġdid lill-adulti, li spiss jibbenefikaw minnhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħala wieħed mill-gruppi fil-mira. Pereżempju, l-Iżvezja ppjanat investiment ġdid (SEK 150 miljun, jiġifieri madwar EUR 14,6-il miljun) imwarrba għal “impjiegi ekoloġiċi” għall-persuni li huma mbiegħda mis-suq tax-xogħol, inklużi l-immigranti. Fil-Belġju, il-Gvern ta’ Walloon ppropona skema ġdida sabiex jappoġġa u jiggwida lill-ħaddiema li jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom jew jirridirezzjonaw lejn impjieg li qed jaffaċċja nuqqas ta’ ħaddiema, b’enfasi fuq ħaddiema akbar fl-età u fuq ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom, filwaqt li r-reġjun ta’ Flanders qed jippjana li jindirizza dejjem aktar il-ħiliet ta’ litteriżmu u ta’ numeriżmu u li jinstalla Pjattaforma ġdida għat-Tagħlim tul il-Ħajja. Fl-aħħar nett, l-Awstrija kompliet timplimenta l-Inizjattiva tagħha għall-Edukazzjoni għall-Adulti (Initiative Erwachsenenbildung), li għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-apprendiment għall-adulti għal persuni soċjoekonomikament żvantaġġati u li żżid il-livell ta’ edukazzjoni tagħhom, b’parteċipazzjoni predominanti ta’ adulti bi sfond ta’ migrazzjoni.

L-Istati Membri wettqu wkoll riformi mmirati lejn ir-rikonoxximent u/jew il-validazzjoni tal-kwalifiki jew tal-ħiliet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Pereżempju, fi Frar 2020, il-Ġermanja stabbiliet iċ-Ċentru Ċentrali l-ġdid ta’ Servizzi għar-Rikonoxximent tal-Professjonijiet fl-Aġenzija Federali tal-Impjiegi. Dan is-servizz il-ġdid jaġixxi bħala l-uffiċċju nazzjonali kollu għal dawk li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż u li qed ifittxu rikonoxximent tal-kwalifiki jew tal-ħiliet. L-Att tal-Ġermanja dwar is-Sospensjoni Temporanja ta’ Deportazzjoni għat-Taħriġ u għall-Impjiegi jagħti wkoll il-possibbiltà li wieħed jirċievi permess ta’ residenza għal sentejn wara li jtemm b’suċċess l-edukazzjoni jew it-taħriġ vokazzjonali jew wara li jkun ilu impjegat għal 30 xahar. Il-Finlandja ħejjiet linji gwida ġodda sabiex tivvaluta l-ħiliet u l-kapaċitajiet tax-xogħol, u, barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u għall-Impjiegi qed jipproponi żieda ġenerali ta’ EUR 3 miljun fil-baġit għall-integrazzjoni tal-migranti (inkluża l-identifikazzjoni tal-ħiliet).

Numru ta’ Stati Membri ħadu miżuri sabiex jiffaċilitaw l-ammissjoni ta’ ħaddiema migranti minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet u dawk li jimlew impjiegi li għandhom nuqqas ta’ ħaddiema. Wara l-Employment Permits (Amendment) Regulations 2018, l-Irlanda ppubblikat l-aħħar verżjoni tal-Ħiliet Kritiċi u tal-Listi Ineliġibbli tal-Impjiegi, li daħlet fis-seħħ minn Jannar 2020, bl-objettiv li tindirizza n-nuqqasijiet immedjati ta’ ħaddiema f’setturi ewlenin bħall-ospitalità, il-kostruzzjoni, is-saħħa u t-trasport tal-merkanzija bit-triq. Fl-2019, il-gvern Franċiż ħabbar li kien se jimplimenta politika ta’ immigrazzjoni professjonali skont is-settur ta’ attività, ibbażata fuq l-ewwel reviżjoni (mill-2008) tal-listi reġjonali ta’ okkupazzjonijiet b’nuqqas ta’ ħaddiema. Sabiex timmaniġġa ż-żieda fl-influssi tal-migrazzjoni tal-ħaddiema, f’Lulju 2019 il-Litwanja introduċiet kwoti għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jiġu sabiex jaħdmu f’impjiegi li jkun fihom nuqqas ta’ ħaddiema, bl-ewwel lista ta’ okkupazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita fl-2021. F’Settembru 2019, iċ-Ċekja introduċiet kwoti annwali ġodda għall-aċċettazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal Kards tal-Impjegati u għal viżi għal negozju fit-tul, flimkien ma’ tliet programmi ġodda ta’ migrazzjoni tal-ħaddiema. Fil-Latvja, l-emendi għal-Liġi dwar l-Immigrazzjoni daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2019, u dawn jipprovdu l-possibbiltà li impjegatur jimpjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq il-bażi ta’ viża fit-tul, bil-perjodu minimu għall-applikazzjoni għal pożizzjoni vakanti u bir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni pożizzjoni vakanti abolit għal ċerti każijiet. Il-Finlandja espandiet il-programm orizzontali tagħha “Talent Boost” għall-migrazzjoni tal-ħaddiema fuq skala akbar, b’enfasi aktar qawwija fuq l-immigrazzjoni u fuq l-integrazzjoni ta’ studenti u ta’ riċerkaturi internazzjonali. Bħala parti mill-programm, se jittieħdu miżuri sabiex jitħaffef il-proċess tal-permessi ta’ residenza bbażat fuq ix-xogħol, sabiex ikun aktar faċli għall-istudenti u għar-riċerkaturi li jidħlu u jibqgħu fil-Finlandja.

Il-kriżi tal-COVID-19 wasslet sabiex ħafna Stati Membri jirrestrinġu l-libertà tal-moviment minn barra u fi ħdan il-fruntieri tal-UE, u dan irriżulta f’nuqqas ta’ ħaddiema f’xi oqsma bħall-agrikoltura u l-kura tas-saħħa. Sabiex jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet ta’ ħaddiema, pajjiżi bħall-Belġju, l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja u s-Slovenja ħaffu r-rilaxx u/jew estendew il-validità tal-viżi għal xogħol (staġjonali) għal ħaddiema agrikoli speċifiċi u/jew għal professjonisti fil-kura medika. B’mod aktar speċifiku għas-settur tal-kura tas-saħħa, fl-Irlanda ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment mingħajr aċċess għas-suq tax-xogħol kellhom il-possibbiltà li jwieġbu għas-sejħa nazzjonali għal ħaddiema tal-kura tas-saħħa u japplikaw għal tibdil fl-istatus sabiex jaħdmu bħala persunal tal-kura tas-saħħa. Fi Franza, ġiet implimentata proċedura speċifika u simplifikata għal tobba minn pajjiżi terzi b’diploma mhux tal-UE li assistew fl-indirizzar tal-emerġenza tas-saħħa. Il-Greċja applikat flessibbiltà fil-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr dokumenti għall-impjieg esklussiv tagħhom fl-agrikoltura. Fi Spanja, migranti regolari b’permessi ta’ residenza li jiskadu bejn l-14 ta’ Marzu u t-30 ta’ Settembru setgħu wkoll jiġu impjegati regolarment mill-bdiewa. Barra minn hekk, Spanja żgurat ukoll protezzjoni msaħħa lill-ħaddiema staġjonali, kemm f’termini ta’ aċċess għal skemi tal-qgħad temporanji (ERTEs) kif ukoll għall-benefiċċji tal-qgħad. Iċ-Ċekja żviluppat miżuri sabiex tgħaqqad liċ-ċittadini disponibbli ta’ pajjiżi terzi li jinsabu fil-periklu li jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ impjegaturi li kienu qed ifittxu ħaddiema ġodda, b’mod partikolari fl-agrikoltura. Il-Finlandja u l-Belġju implimentaw derogi temporanji għad-dritt tax-xogħol għall-applikanti għal ażil. Barra minn hekk, il-Finlandja emendat l-Att dwar il-Barranin u l-Att dwar il-Ħaddiema Staġjonali, u b’hekk ippermettiet liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li diġà jgħixu fil-pajjiż ibiddlu l-impjegatur jew is-settur mingħajr ma japplikaw għal permess estiż jew ġdid. Xi pajjiżi neħħew b’mod eċċezzjonali l-projbizzjoni fuq id-dħul għal kategoriji speċifiċi, bħal-Lussemburgu, li ma applikax il-projbizzjoni għar-riċerkaturi u għall-esperti li pprovdew pariri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, u għall-ħaddiema staġjonali.



3.3 Linja Gwida 7: Insaħħu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali

Din it-taqsima tagħti ħarsa lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 7 dwar l-impjiegi, li tirrakkomanda li l-Istati Membri jtejbu l-funzjonament tas-suq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali. Dan jinkludi l-ibbilanċjar tal-flessibbiltà u tas-sigurtà fil-politiki tas-suq tax-xogħol, il-prevenzjoni tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, il-ġlieda kontra x-xogħol mhux dikjarat u t-trawwim tat-tranżizzjoni lejn kuntratti indefiniti, l-iżgurar tal-kopertura tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, l-għoti ta’ benefiċċji tal-qgħad adegwati, u l-promozzjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol u tal-istudenti. Fuq il-bażi tal-prattiki nazzjonali eżistenti, jiġu diskussi wkoll il-promozzjoni tad-djalogu soċjali u l-involviment tas-soċjetà ċivili. It-Taqsima 3.3.2 tirrapporta dwar il-miżuri ta’ politika mill-Istati Membri f’dawn l-oqsma.

3.3.1    Indikaturi ewlenin

Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat id-differenzi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol bejn l-individwi, u enfasizzat il-konsegwenzi negattivi tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol. Filwaqt li qed jonqsu b’mod ġenerali, l-impjiegi temporanji u part-time involontarji għadhom għoljin f’xi Stati Membri. Id-duwalità fis-suq tax-xogħol għandha konsegwenzi negattivi fuq il-ħaddiema affettwati, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Dan sar evidenti fil-kuntest kurrenti: filwaqt li s-segment tal-forza tax-xogħol li jgawdi minn prospetti ta’ impjieg u minn sigurtà aħjar kien aktar protett fil-kriżi tal-COVID-19, dawk b’kundizzjonijiet tax-xogħol aktar prekarji jew anqas adattabbli, u/jew b’anqas aċċess għall-protezzjoni soċjali, ġarrbu impatt akbar. Il-gruppi fil-livell inferjuri tad-distribuzzjoni tal-introjtu mix-xogħol kellhom probabbiltà akbar li jesperjenzaw aktar telf ta’ introjtu u ta’ impjiegi, b’mod partikolari l-ħaddiema temporanji, iż-żgħażagħ impjegati u dawk f’okkupazzjonijiet b’livell baxx ta’ ħiliet. Mill-perspettiva, huwa importanti li l-Istati Membri jevitaw regolamenti mfassla ħażin li jaġixxu bħala ostaklu għall-ħolqien tal-impjiegi, u jiżguraw li l-impjiegi temporanji jservu ta’ xprun għal forom kuntrattwali ta’ xogħol aktar protetti. Żewġ prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jappoġġaw l-isforzi f’din id-direzzjoni. B’mod partikolari, il-Prinċipju 5 ( “Impjieg sigur u adattabbli” ) u l-Prinċipju 7 (“Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f’każ ta’ sensja” ) għandhom l-għan li jiżguraw trattament ugwali bejn il-ħaddiema, irrispettivament mit-tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg.

Xogħol flessibbli bit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), u b’mod partikolari t-telexogħol, saru element ewlieni tax-xejriet u tal-prattiki tax-xogħol li dejjem qed jinbidlu. L-emerġenza tas-saħħa qajmet id-dibattitu dwar l-estensjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli billi jiġu sfruttati l-ICTs. Dan jista’ jkollu benefiċċji ċari għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, li jippermettilhom jadattaw il-ħin u l-post tax-xogħol għall-ħtiġijiet tagħhom. Madankollu, dan jista’ jwassal ukoll għal intensifikazzjoni tax-xogħol, anke fil-preżenza ta’ livelli għoljin ta’ flessibbiltà u ta’ awtonomija. Dawn l-aspetti rawmu d-dibattitu dwar ir-regolamentazzjoni tal-ħin tax-xogħol f’arranġamenti ta’ xogħol mill-bogħod f’numru ta’ Stati Membri u fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, l-ambjenti tax-xogħol ikkaratterizzati minn użu għoli tal-ICT jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa tal-ħaddiema. L-aspetti marbuta mal-kwalità tal-impjiegi huma rilevanti wkoll fil-kuntest tax-xogħol ibbażat fuq l-ICT. Filwaqt li xi ħaddiema jirnexxilhom jużaw il-flessibbiltà akbar u l-livell ogħla ta’ awtonomija inerenti f’xogħol ibbażat fuq l-ICT għall-benefiċċju tagħhom stess, madwar kwart tal-ħaddiema (24 %) f’ambjent tax-xogħol ibbażat fuq l-ICT jesperjenzaw kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji (eż. huma aktar probabbli li jkollhom kuntratt għal terminu fiss, jaqilgħu introjtu baxx, jesperjenzaw nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg u ma jkollhomx opportunitajiet ta’ taħriġ). Dawk li jaħdmu għal rashom u li jagħmlu xogħol flessibbli fuq il-bażi tal-ICT huma wkoll aktar probabbli li jkunu f’sitwazzjoni bħal din.

Illustrazzjoni 41: Il-pandemija tat spinta lix-xogħol mill-bogħod

Il-post tax-xogħol tal-impjegati matul ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 fuq il-mobbiltà individwali (skont l-Istat Membru, f’ %)

Sors: Eurofound (2020), Living, working and COVID-19, COVID-19 series, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu. Nota: Affidabbiltà baxxa (*) f’Ottubru 2020 għal CY, LV, MT u PL. L-EU-27 tirreferi għall-medja ponderata tas-27 Stat Membru. Hija meħtieġa kawtela fl-interpretazzjoni ta’ dawn ir-riżultati peress li d-distribuzzjoni settorjali tal-ħaddiema fil-kampjun taffettwa d-distribuzzjoni tat-telexogħol skont il-pajjiż.

It-telexogħol sar il-mod normali ta’ xogħol għal ħafna nies li qabel kellhom esperjenza limitata jew l-ebda esperjenza ta’ xogħol mill-bogħod. Skont id-data tal-LFS, 5,5 % biss mit-total tal-persuni impjegati (20-64 sena) fl-EU-27 kienu qed jaħdmu mid-dar fuq bażi regolari fl-2019. L-ogħla ishma ġew irreġistrati fin-Netherlands (15 %), fil-Finlandja (14,5 %), fil-Lussemburgu (11,5 %) u fl-Awstrija (10,2 %). Filwaqt li x-xejra kienet qed tiżdied bil-mod fis-snin li għaddew, ix-xogħol mid-dar kien kważi eċċezzjoni fil-Bulgarija, fir-Rumanija, fl-Ungerija, f’Ċipru, fil-Kroazja u fil-Greċja, b’perċentwali taħt it-2 % tal-impjiegi totali fl-2019. Dan kollu nbidel fl-2020, bir-restrizzjonijiet fuq il-mobbiltà individwali u bil-miżuri ta’ tbegħid soċjali li ttieħdu sabiex tiġi miġġielda l-pandemija. Stħarriġ elettroniku riċenti tal-Eurofound jipprovdi għarfien rilevanti dwar dan it-tibdil fix-xejriet tax-xogħol tan-nies. L- Figure 41 turi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri rigward il-post tax-xogħol awtorapportat matul il-pandemija. Is-sehem ta’ rispondenti li indikaw li qed jaħdmu esklussivament mid-dar matul il-pandemija tal-COVID-19 ivarja minn madwar 20 % fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fl-Ungerija, fil-Polonja u fis-Slovakkja għal aktar minn 40 % fi Franza, fi Spanja, fl-Italja u fl-Irlanda, u aktar minn 50 % fil-Belġju. Analiżi dettaljata tal-okkupazzjonijiet vulnerabbli fl-Istati Membri tal-UE (jiġifieri dawk li jinkludu kompiti intensivi fil-kuntatt u kompiti li ma jistgħux jitwettqu mill-bogħod) tista’ tinstab fil-Labour Market and Wage Developments Annual Review 2020.

Illustrazzjoni 42: L-inċidenza tat-telexogħol kienet akbar f’ċerti profili u setturi

Ix-xogħol mid-dar matul il-COVID-19, il-karatteristiċi ewlenin tal-ħaddiema parteċipanti (EU-27, f’ %)

Sors: L-istħarriġ elettroniku tal-Eurofound (2020) “Living, working and COVID-19”.

Fuq il-bażi ta’ evidenza tal-istħarriġ, il-persuni li jaħdmu mid-dar kienu fil-biċċa l-kbira ħaddiema bbażati f’żoni urbani, ħaddiema mhux manwali fis-settur tas-servizzi u b’livell edukattiv terzjarju milħuq. Sa 74 % tal-impjegati b’edukazzjoni terzjarja ħadmu mid-dar, meta mqabbla ma’ 34 % ta’ dawk b’edukazzjoni sekondarja u ma’ 14 % fost dawk b’edukazzjoni primarja. Kif jista’ jkun mistenni, hemm ukoll differenzi importanti fl-inċidenza tax-xogħol mid-dar skont is-settur, bl-ogħla inċidenza f’ħafna mis-setturi tas-servizzi (b’mod partikolari, fl-edukazzjoni, fil-finanzi u fl-amministrazzjoni pubblika) u bl-aktar baxxa fis-setturi “tal-ewwel linja” bħas-saħħa, it-trasport u l-agrikoltura, kif ukoll f’setturi soġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi, bħan-negozju bl-imnut u l-ospitalità. L-impjegati li jgħixu fil-bliet għandhom ukoll probabbiltà akbar li jaħdmu mid-dar meta mqabbla ma’ dawk li jgħixu fil-kampanja jew f’żoni anqas popolati. Sehem relattivament ogħla ta’ nisa indikaw li jaħdmu mid-dar meta mqabbla mal-irġiel. L-impjegati iżgħar kienu fl-aħħar mill-aħħar aktar probabbli li jaħdmu mid-dar minn koorti ta’ età oħra. Dawn is-sejbiet huma konformi mad-data mill-istħarriġ tal-UE dwar l-użu tal-ICT.

L-evidenza mill-aħħar stħarriġ online COLLEEM II, miġbura qabel il-pandemija, turi li x-xogħol fuq pjattaforma diġitali għadu fenomenu limitat iżda li qed jikber. Proporzjon żgħir biss (madwar 1,4 %) tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol fl-Istati Membri mistħarrġa fl-2018 kienet tipprovdi servizzi permezz ta’ pjattaformi diġitali tax-xogħol bħala l-attività ewlenija tagħha (tnaqqis ta’ 0,9 pp meta mqabbla mal-2017). Madankollu, il-perċentwal huwa aktar sinifikanti għal dawk li jiddikjaraw li jipprovdu dawn is-servizzi bħala attività sekondarja (4,1 % tar-rispondenti totali; żieda ta’ 0,5 pp meta mqabbla mal-2017), b’differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri. Ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali għadu attività eteroġenja bil-kundizzjonijiet tax-xogħol, bl-istatus u bl-introjtu tal-ħaddiema tal-pjattaformi li jiddependu ħafna fuq it-tip ta’ kompiti mwettqa, fuq il-mudell ta’ negozju u fuq il-mekkaniżmi ta’ governanza applikati mill-pjattaforma. Madankollu, l-istimi miksuba huma importanti sabiex jiġu analizzati r-rilevanza tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali fl-Istati Membri, u kunsiderazzjonijiet relatati mal-kwalità tal-impjiegi.

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-pjattaformi f’diversi Stati Membri. Xi pjattaformi adattaw malajr il-mudelli ta’ negozju tagħhom sabiex jespandu l-konsenji tagħhom u jinkludu prodotti jew servizzi addizzjonali, inkluża l-kura tas-saħħa. Dan seta’ kkontribwixxa sabiex jiffaċilita l-provvista ta’ oġġetti essenzjali, jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista u tiġi appoġġata ż-żamma tal-impjiegi. Madankollu, ir-riskji relatati mas-saħħa u mas-sikurezza u t-tħassib relatat mal-intensità għolja tax-xogħol saru aktar evidenti matul il-pandemija. Pjattaformi oħra, li spiss jipprovdu servizzi ta’ mobbiltà u domestiċi, kellhom iġarrbu tnaqqis f’daqqa fl-attività wara r-restrizzjonijiet imposti fuq il-mobbiltà u l-miżuri ta’ tbegħid soċjali. Skont il-Eurofound, id-domanda għax-xogħol fuq pjattaforma diġitali żdiedet minn meta faqqgħet il-pandemija fil-Belġju, fil-Kroazja, fiċ-Ċekja, fl-Estonja, fi Franza, fil-Greċja, fil-Litwanja, f’Malta, fin-Netherlands, fil-Portugall, fis-Slovenja u fi Spanja. F’dawn l-Istati Membri u f’oħrajn, il-pjattaformi ħadu miżuri sabiex jipprovdu lill-ħaddiema bi gwida dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, appoġġ għall-introjtu u garanziji kuntrattwali sabiex jikkumpensaw għall-perjodi ta’ assenza u għall-waqfien mix-xogħol. Madankollu, l-impatt f’termini ta’ kopertura u ta’ adegwatezza ta’ dawn il-miżuri fuq il-ħaddiema tal-pjattaformi x’aktarx jirrikjedi monitoraġġ mill-qrib.

Is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, kif indikata mis-sehem ta’ impjegati temporanji, tista’ tkun sors addizzjonali ta’ vulnerabbiltà fil-kuntest tal-kriżi attwali. Kif enfasizzat fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2020, is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol jista’ jkollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali importanti, bħal effiċjenza limitata fl-allokazzjoni tar-riżorsi, introjtu aktar baxx, tkabbir dgħajjef fil-produttività u żvilupp batut tal-kapital uman, riskji ogħla ta’ faqar, inugwaljanza jew mobbiltà soċjali mnaqqsa. Matul l-aħħar għaxar snin, is-sehem ta’ kuntratti temporanji meta mqabbla mal-impjegati totali kien bħala medja fl-UE-27 ta’ madwar 15 %, għalkemm hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri. Id-differenza bejn l-Istati Membri bl-ogħla u bl-anqas ishma kienet ta’ 25 pp fl-2019, wara xejra ta’ tnaqqis mill-ogħla livell ta’ 31 pp fl-2005, u tinsab fil-livell ta’ 21,4 pp abbażi tal-aħħar data għat-tieni trimestru tal-2020. Ġie osservat tnaqqis sostanzjali fis-sehem ta’ impjegati temporanji fit-tieni trimestru tal-2020 fl-EU-27 (bi 3,3 pp), meta mqabbel mat-tieni trimestru tal-2019. Dan jissuġġerixxi li t-telf ta’ impjiegi minħabba x-xokk ekonomiku seħħ l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratti għal terminu fiss, filwaqt li skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ sensja setgħu evitaw il-qerda tal-impjiegi sa ċertu punt akbar fost il-ħaddiema permanenti. Xi Stati Membri bħal Spanja, il-Kroazja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja rreġistraw tnaqqis fl-ishma tagħhom ta’ impjegati temporanji ta’ aktar minn 3,5 pp bejn it-tieni trimestru tal-2020 u t-tieni trimestru tal-2019, filwaqt li s-sehem globali tagħhom għadu f’livelli għoljin (aktar minn 15 %). Seba’ Stati Membri oħra (l-Iżvezja, Franza, l-Italja, il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka u l-Greċja) għad għandhom ishma f’firxa ta’ bejn 15 % u 10 %, filwaqt li l-ishma l-aktar baxxi huma rreġistrati fil-Litwanja, fir-Rumanija, fil-Latvja, fl-Estonja u fil-Bulgarija, b’ċifri anqas minn 5 %. Xi wħud minn dawn il-pajjiżi rreġistraw tnaqqis fl-ishma tagħhom ta’ impjegati temporanji taħt il-1 pp.

Illustrazzjoni 43: L-impjiegi temporanji għadhom sfida f’diversi Stati Membri

Is-sehem ta’ impjegati temporanji min-numru totali ta’ impjegati (15-64), data trimestrali, aġġustata skont l-istaġun.

Sors: Eurostat, LFS. Nota: L-aktar data trimestrali reċenti mhijiex disponibbli għall-DE.

In-nisa, l-impjegati iżgħar fl-età u l-ħaddiema li ma twildux fl-UE huma aktar probabbli li jkunu f’impjieg temporanju minn gruppi oħra tal-popolazzjoni. Fit-tieni trimestru tal-2020, is-sehem ta’ impjegati nisa (15-64 sena) b’kuntratti temporanji fl-EU-27 kien ta’ 13,6 %, meta mqabbel ma’ 12,4 % għall-irġiel, bi tnaqqis ta’ 2,2 pp kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa bejn it-tieni trimestru tal-2019 u t-tieni trimestru tal-2020 (iċ-ċifri annwali għall-2019 kienu ta’ 15,5 % għall-irġiel u ta’ 14,4 % għan-nisa, b’differenza ġeneralment stabbli matul dawn l-aħħar snin). L-akbar sehem ta’ impjiegi temporanji tan-nisa ġie osservat fi Spanja (24,2 % fl-2019; 24 % għat-tieni trimestru tal-2020), fil-Polonja (19,4 % u 19,8 %, rispettivament), fil-Portugall (18,8 % u 17,2 %, rispettivament) u fin-Netherlands (18,5 % u 18,4 %, rispettivament). Fl-2019, is-sehem ta’ impjiegi temporanji fost iż-żgħażagħ impjegati (bejn 15 u 24 sena) kien ferm ogħla, b’49,8 % (45,2 % fit-tieni trimestru tal-2020), meta mqabbel ma’ 14 % (12,1 % fit-tieni trimestru tal-2020) għal dawk li għandhom bejn 25 u 49 sena u ma’ 6,8 % (5,8 % fit-tieni trimestru tal-2020) għal dawk li għandhom bejn 55 u 64 sena. Is-sehem ta’ impjiegi temporanji kien ukoll ħafna akbar fost l-impjegati li twieldu barra mill-UE (22 %) milli fost in-nattivi (13 %), bid-distakk ikun partikolarment kbir (differenza ta’ aktar minn 20 pp) fil-Polonja u f’Ċipru u relattivament kbir (madwar 10-15 pp) fl-Iżvezja, fi Spanja u fil-Greċja.

Illustrazzjoni 44: L-iżgurar tal-“effett ta’ xprun” ta’ kuntratti temporanji jikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv

Ir-rata ta’ tranżizzjoni għal impjiegi permanenti (medja għall-2018 u għall-2019) u s-sehem ta’ ħaddiema temporanji mit-total tal-impjegati 15-64 (2019).

Sors: Eurostat, LFS, SILC.

Nota: It-tranżizzjonijiet tal-ħaddiema għall-BE, IE, FR, IT u LU jirreferu għall-2018; ċifra mill-2017 għal-LV; il-valur għas-SK jirreferi għall-2016.

L-iżgurar li l-kuntratti temporanji jkunu “xprun” għal impjiegi permanenti u ma jsirux punti li joħonqu l-karriera huwa kruċjali għat-tkabbir inklużiv. Sehem għoli ta’ impjegati temporanji flimkien ma’ rati baxxi ta’ tranżizzjoni minn impjiegi temporanji għal permanenti jistgħu jkunu sinjal ta’ duwalità fis-suq tax-xogħol. L- Figure 44 turi r-rati ta’ tranżizzjoni minn kuntratti temporanji għal kuntratti permanenti (medja għall-2018 u għall-2019), ipplottjati meta mqabbla mad-data annwali l-aktar riċenti dwar l-impjegati temporanji bħala perċentwal mill-impjiegi totali (15-64 sena). Tliet Stati Membri (Spanja, Franza, l-Italja) juru rati għoljin ta’ impjiegi temporanji (ogħla mill-medja tal-UE ta’ 12,8 % fl-2019) flimkien ma’ rati baxxi ta’ tranżizzjoni minn kuntratti għal terminu fiss għal kuntratti indefiniti (anqas minn 20 %). Pajjiżi oħra bħall-Polonja, in-Netherlands jew il-Portugall juru rati mdaqqsa ta’ impjiegi temporanji, iżda b’rati ta’ tranżizzjoni ogħla (aktar minn 30 %). Min-naħa l-oħra, fir-Rumanija, fl-Estonja, fiċ-Ċekja, fis-Slovakkja u fl-Awstrija ġew osservati rati baxxi ta’ impjiegi temporanji u rati ta’ tranżizzjoni relattivament għoljin għal kuntratti indefiniti (ogħla minn 30 %).

L-impjiegi temporanji involontarji għadhom mifruxa f’xi Stati Membri. F’xi Stati Membri, ir-raġuni ewlenija għal kuntratt temporanju għadha l-impossibbiltà li jinstab impjieg permanenti. Is-sehem ta’ impjegati temporanji involontarji min-numru totali ta’ impjegati fl-EU-27 naqas bil-mod iżda b’mod kostanti f’dawn l-aħħar snin, minn 56,2 % fl-2016 għal 52,1 % fl-2019, għalkemm b’differenzi kbar bejn l-Istati Membri (ara l- Figure 45 ). F’pajjiżi bħall-Kroazja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u l-Italja, madwar 80 % jew aktar tal-impjegati temporanji (15-64 sena) jirrapportaw li jinsabu f’din is-sitwazzjoni minħabba li ma setgħux isibu impjieg permanenti. F’Ċipru, minkejja li s-sehem ta’ impjegati temporanji (13,9 % fit-tieni trimestru tal-2020) huwa qrib il-medja tal-UE, 93,4 % minnhom huma meqjusa bħala impjegati temporanji involontarji, meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 53 %. L-aktar rati baxxi ta’ ħaddiema temporanji involontarji huma rreġistrati fil-Lussemburgu, fl-Awstrija u fil-Ġermanja, b’ċifri taħt il-15 %.

Illustrazzjoni 45: Is-sehem tal-persuni meqjusa li huma f’impjieg temporanju involontarjament għadu sinifikanti f’xi Stati Membri

Ħaddiema temporanji involontarji bħala sehem mill-impjegati temporanji totali (2019) u s-sehem ta’ ħaddiema temporanji min-numru totali ta’ impjegati (2019).

Sors: Eurostat, LFS, SILC.

Nota: L-impjiegi temporanji involontarji għall-EE jirreferu għall-2018.

Is-sehem tal-impjiegi part-time naqas dan l-aħħar, iżda x-xogħol part-time involontarju għadu qed jaffettwa numru sinifikanti ta’ impjegati. Is-sehem ta’ ħaddiema part-time (15-64, aġġustat skont l-istaġun) fl-EU-27 laħaq is-17 % fit-tieni trimestru tal-2020, 1,4 pp anqas mit-tieni trimestru tal-2019. F’termini ta’ varjazzjoni trimestrali, l-Ungerija, l-Estonja u n-Netherlands irreġistraw żieda riċenti fl-impjiegi part-time (bejn 1,1 pp u 0,5 pp fit-tieni trimestru tal-2020, meta mqabbla mal-istess trimestru fl-2020), filwaqt li fil-Portugall, fis-Slovenja, fi Spanja, fil-Finlandja u fl-Irlanda dan is-sehem naqas b’mod sinifikanti (bejn -2,3 u -1 pp) (ara l- Figure 46 ). Fit-tieni trimestru tal-2020, is-sehem tal-ħaddiema part-time huwa daqs jew ogħla minn 20 % f’ħames Stati Membri (in-Netherlands, l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka u l-Iżvezja), filwaqt li anqas minn 5 % fi tlieta oħra (il-Bulgarija, is-Slovakkja u l-Kroazja). Qabel il-pandemija, is-sehem ta’ xogħol part-time involontarju mill-impjiegi totali (15-64 sena) kien qabad xejra ta’ tnaqqis, minn 32 % fl-2014 għal 25,8 % fl-2019. Madankollu, l-ishma jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri (madwar 62 pp bejn l-anqas u l-ogħla rati fl-2019), bil-Greċja, bl-Italja, b’Ċipru u bir-Rumanija jirrapportaw ċifri ta’ ogħla minn 55 %, filwaqt li oħrajn (il-Belġju, iċ-Ċekja, l-Estonja, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u s-Slovenja) juru ċifri ta’ anqas minn 5 %. Għadu kmieni wisq sabiex wieħed jara fid-data jekk il-kriżi attwali hijiex se twassal sabiex jirpilja s-sehem ta’ ħaddiema part-time involontarji.

Illustrazzjoni 46: Is-sehem ta’ xogħol part-time baqa’ ġeneralment stabbli maż-żmien, għalkemm b’varjazzjonijiet importanti f’xi Stati Membri

Is-sehem ta’ impjiegi part-time mill-impjiegi totali (15-64), data trimestrali, aġġustata skont l-istaġun.

Sors: Eurostat, LFS. Nota: L-aktar data trimestrali reċenti mhijiex disponibbli għall-DE.

L-istatus ta’ impjieg indipendenti ta’ ħaddiem waħdu (l-hekk imsejħa ħaddiema awtonomi) għadu mifrux. Qabel il-pandemija, is-sehem ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom ta’ bejn 20 u 64 sena mill-impjiegi totali kien relattivament stabbli jew naqas bi ftit fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, għalkemm b’differenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi u s-setturi (ara t-Taqsima 3.1). L-istatus ta’ impjieg indipendenti normalment ikun volontarju u sinjal pożittiv ta’ spirtu intraprenditorjali. Madankollu, jista’ jaħbi wkoll relazzjonijiet ta’ impjieg dipendenti (madankollu hemm limitazzjonijiet sabiex tiġi vvalutata d-dipendenza ekonomika u organizzazzjonali bi statistika komparabbli tal-Eurostat). Fl-2019, il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati kienu jirrappreżentaw 9,4 % tal-impjiegi totali fl-UE. Il-Greċja, l-Italja u r-Rumanija kellhom l-ogħla rati (ogħla minn 14 %), segwiti mill-Polonja, miċ-Ċekja, min-Netherlands u mis-Slovakkja, b’rati ta’ bejn 13,6 % u 12 % (ara l- Figure 47 ). Għall-kuntrarju, Stati Membri bħal-Lussemburgu, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja, il-Kroazja u l-Ungerija wrew rati taħt jew qrib il-5 %. F’Malta, fin-Netherlands, f’Ċipru u fil-Portugall, is-sehem ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati żdied (b’0,5 pp jew aktar) fl-2019 meta mqabbla ma’ sena qabel; filwaqt li fil-Greċja u fil-Bulgarija naqas b’tal-anqas 0,5 pp matul l-istess perjodu. Fil-kuntest attwali, l-iżgurar li l-aċċess għall-protezzjoni soċjali jiġi żgurat għal kulħadd, inkluż għal dawk li jaħdmu għal rashom, jista’ jnaqqas l-inċertezza u jtejjeb il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol.

Illustrazzjoni 47: Filwaqt li qed jonqos, in-numru ta’ ħaddiema awtonomi għadu għoli f’xi Stati Membri u jeħtieġ monitoraġġ mill-qrib sabiex jiġi evitat impjieg indipendenti “fittizju”

Il-persuni li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati bħala perċentwal mill-impjiegi totali.

Sors: Eurostat, LFS (kalkoli tad-DĠ EMPL).

Il-COVID-19 kellha impatt qawwi fuq l-individwi involuti f’xogħol mhux dikjarat. Ix-xogħol mhux dikjarat għadu sfida sinifikanti għall-UE u jieħu ħafna forom differenti, minn nuqqas ta’ dokumentazzjoni għal sottorapportar tas-sigħat, pagi fl-idejn u impjieg indipendenti fittizju. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru speċjali, 33 % tal-Ewropej jafu lil xi ħadd li jaħdem xogħol mhux dikjarat, u 10 % jirrapportaw li xtraw oġġetti jew servizzi li jinvolvu xogħol mhux dikjarat tul is-sena li għaddiet. Il-pandemija kellha impatt kbir fuq il-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi madwar l-UE, inklużi dawk bi proporzjonijiet tradizzjonalment għoljin ta’ ħaddiema mhux dikjarati li spiss ikollhom aċċess limitat għall-protezzjoni soċjali u riskji ogħla ta’ telf ta’ introjtu u ta’ impjieg. Dan iqajjem sfidi ġodda għall-ispettorati tax-xogħol, li kellhom jadattaw il-prattiki u l-prijoritajiet tax-xogħol tagħhom fid-dawl tal-pandemija. F’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-xogħol mhux dikjarat irreaġixxiet għall-isfidi immedjati b’azzjonijiet li jħeġġu t-tranżizzjoni minn xogħol mhux dikjarat għal xogħol dikjarat (ara t-Taqsima 3.3.2 għal aktar dettalji).

Leġiżlazzjoni mfassla tajjeb għall-protezzjoni tal-impjiegi tista’ tiffaċilita l-adattament tas-suq tax-xogħol u t-tibdil strutturali billi tipproteġi lill-ħaddiema mill-effetti tax-xokkijiet ekonomiċi u trawwem tranżizzjonijiet mingħajr xkiel fis-suq tax-xogħol. Bl-involviment tas-sħab soċjali, din issostni wkoll ambjent stabbli li fih in-nies u n-negozji jikkonsmaw u jinvestu b’kunfidenza. Figure 48 tippreżenta r-riżultati ewlenin tal-aġġornament tal-2020 tal-indikaturi tal-protezzjoni tal-impjiegi mill-OECD għall-Istati Membri parteċipanti. Filwaqt li dawn l-indikaturi għandhom valur normattiv limitat, huma jenfasizzaw l-eteroġenità tal-mudelli fost il-pajjiżi kollha (kif indikat mid-differenzi kemm fl-indikatur ġenerali kif ukoll għal kull wieħed mis-subindikaturi) u jippermettu li tiġi osservata l-evoluzzjoni tagħhom maż-żmien. Bħala medja, l-Istati Membri parteċipanti jġibu punteġġ ta’ madwar 2 fl-indikatur ġenerali tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Impjiegi (EPL) tal-OECD, fi klassifikazzjoni minn 0 sa 6. Xi Stati Membri, bħad-Danimarka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Irlanda u l-Awstrija, għandhom punteġġ ġenerali tal-indikatur tal-EPL taħt it-2, li jindika regolamentazzjoni aktar flessibbli tas-swieq tax-xogħol; filwaqt li oħrajn, bħall-Belġju, iċ-Ċekja, l-Italja, il-Latvja, in-Netherlands u l-Portugall juru indikatur tal-EPL ta’ bejn 2,5 u 3, li jindika swieq tax-xogħol regolati aktar b’saħħa. Il-bqija tal-ħdax-il Stat Membru analizzaw il-punteġġ fin-nofs b’valuri tal-indikatur ta’ bejn 2 u 2,5. F’termini ġenerali, għall-perjodu 2008-2020, xi Stati Membri bħan-Netherlands, iċ-Ċekja u l-Irlanda mxew lejn valuri ogħla tal-indikatur, jiġifieri regolamentazzjoni aktar stretta (b’punteġġi li żdiedu b’0,4 ta’ punt jew aktar) (ara l- Figure 49 ). Għall-kuntrarju, f’pajjiżi bħall-Awstrija, il-Greċja, is-Slovenja, il-Ġermanja u l-Lussemburgu, kien hemm tnaqqis fil-valur tal-indikatur globali b’madwar 0,8 ta’ punt jew aktar, li jindika tibdil lejn regolamentazzjoni aktar flessibbli.

Illustrazzjoni 48: L-Istati Membri fformaw b’modi differenti l-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-protezzjoni tal-impjiegi

Indikaturi tal-OECD: Rigorożità tar-regolamentazzjoni tas-sensji individwali ta’ ħaddiema regolari, 2019

(*) L-EU-22 tirreferi għall-punteġġ medju tat-22 Stat Membru analizzat fil-bażi ta’ data dwar l-EPL tal-OECD.

Sors: Indikaturi tal-OECD għall-2020 tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi.

Id-differenzi bejn il-kuntratti fir-rekwiżiti proċedurali, fil-kostijiet tar-reklutaġġ u tat-tkeċċija u fir-regolamenti dwar is-sensji inġusti jistgħu jinfluwenzaw il-preferenzi ta’ reklutaġġ tal-impjegaturi u s-sigurtà tal-impjieg għall-impjegati. Il-punteġġ medju tat-22 pajjiż tal-UE analizzati f’termini tar-rekwiżiti proċedurali huwa ta’ 2, b’sitt Stati Membri (l-Awstrija, l-Ungerija, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda u s-Slovenja) li juru ċifri taħt il-1,3, u tlieta oħra (is-Slovakkja, iċ-Ċekja u n-Netherlands) b’punteġġ ogħla minn 2,8. It-tul tal-avviż formali u l-ammont tal-ħlas għat-terminazzjoni tal-impjieg juru punteġġ medju relattivament baxx (1,9), b’differenza ta’ 2,5 pp bejn l-ogħla valur (3,4 fil-Litwanja) u l-anqas (0,9 fl-Awstrija). Id-differenzi fil-qafas regolatorju għas-sensji inġusti jew għal kumpensi f’każ ta’ tilwim (jiġifieri l-kost tal-infurzar tas-sensja inġusta permezz tal-ħlas għat-terminazzjoni tal-impjieg jekk tiġi ġġudikata “inġusta” mill-qorti) jistgħu jaffettwaw ukoll il-mudelli ta’ reklutaġġ tal-impjegaturi. Il-punteġġ medju fl-EU-22 għall-infurzar tas-sensji inġusti huwa ta’ 3,1, b’distakk ta’ 2,8 pp bejn l-aktar punteġġi baxxi (fl-Awstrija, fis-Slovakkja, fl-Ungerija u fil-Litwanja) u l-ogħla (osservati fil-Finlandja, fil-Belġju, fil-Lussemburgu, fl-Italja u fil-Greċja).

Illustrazzjoni 49: F’xi Stati Membri, il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi nbidlet sostanzjalment maż-żmien

Indikaturi tal-OECD: Rigorożità tal-protezzjoni tal-impjiegi, sensji individwali u kollettivi (kuntratti regolari), valuri tal-2020, tal-2013 u tal-2008

(*) L-EU-22 tirreferi għall-punteġġ medju tat-22 Stat Membru analizzat fil-bażi ta’ data dwar l-EPL tal-OECD.

Sors: Indikatur tal-OECD għall-2020 tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi ppubblikati fl-2009, fl-2013 u fl-2020. Nota: Il-valuri tal-EPL għall-2008 (ippubblikati fl-2009) mhux disponibbli għal-LV u għal-LT.

Ir-rigorożità tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi għal kuntratti temporanji ġiet adattata wkoll maż-żmien. F’termini ġenerali, l-indikatur tar-rigorożità tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi (jiġifieri r-rigorożità tar-regolamentazzjoni dwar ir-reklutaġġ) għall-ħaddiema b’kuntratti temporanji naqas minn punteġġ ta’ 1,85 fl-2000 għal 1,78 fl-2009 (jiġifieri l-kundizzjonijiet għar-reklutaġġ b’kuntratti temporanji trattbu matul dak il-perjodu), sabiex żdied aktar tard (minn 1,78 fl-2009 għal 1,84 fl-2019), tant li mar lura kważi għal-livell tal-2000. Madankollu, hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rigorożità tal-protezzjoni tal-impjiegi b’kuntratti temporanji, b’punteġġi li jvarjaw minn anqas minn 1 fl-Irlanda, fl-Iżvezja u fil-Latvja, għal punteġġi ogħla minn 3 fl-Estonja, fi Franza, fl-Italja u fil-Lussemburgu. Fir-rigward tal-perjodu 2000-2019, kien hemm tnaqqis progressiv fil-punteġġ kumplessiv (jiġifieri anqas rigorożità) fl-Iżvezja, fil-Ġermanja, fil-Portugall, fil-Greċja u fi Spanja. Għall-kuntrarju, il-punteġġ żdied bi ftit (jiġifieri rigorożità ogħla) fis-Slovakkja, fil-Polonja, fiċ-Ċekja u fl-Ungerija.

Illustrazzjoni 50: Filwaqt li qed jonqos, il-qgħad fit-tul għadu għoli f’xi pajjiżi tal-Ewropa tan-Nofsinhar u tal-Lvant

Il-qgħad fit-tul (ta’ bejn 15 u 74 sena) bħala perċentwal tal-popolazzjoni attiva, data trimestrali, aġġustata skont l-istaġun

Sors: Eurostat, LFS. Nota: L-aktar data trimestrali reċenti mhijiex disponibbli għall-DE.

Minkejja titjib sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, l-inċidenza tal-qgħad fit-tul għadha għolja f’xi Stati Membri. L- Figure 50 turi, għat-tieni trimestru tas-snin magħżula, ir-rata tal-qgħad fit-tul (jiġifieri l-proporzjon bejn in-numru ta’ persuni qiegħda għal aktar minn sena u l-popolazzjoni attiva, aġġustata skont l-istaġun, meqjusa bħala indikatur tajjeb għall-effettività tal-ALMPs). Bħala medja fl-EU-27, kien hemm tnaqqis kostanti fir-rati tal-qgħad fit-tul f’dawn l-aħħar snin, minn 5,4 % fit-tieni trimestru tal-2013 għal 2 % fit-tieni trimestru tal-2020 (jew minn 5,5 % fl-2014 għal 2,8 % fl-2019 f’ċifri annwali) . Madankollu, l-inċidenza tal-qgħad fit-tul għadha tvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, b’rati fit-tieni trimestru tal-2020 li jvarjaw minn 0,5 % fiċ-Ċekja, 0,6 % fil-Polonja jew 0,8 % fin-Netherlands, għal 3,7 % fl-Italja u 4,3 % fi Spanja. Ġew irreġistrati wkoll livelli għoljin fis-Slovakkja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Bulgarija u fi Franza, b’ċifri ogħla minn 2 %. Minkejja dan, it-titjib fit-tieni trimestru tal-2020 fir-rigward ta’ sena qabel kien sostanzjali (b’aktar minn 1,2 pp) fl-Italja, fi Spanja u fil-Portugall. Min-naħa l-oħra, fil-Litwanja u fil-Lussemburgu, ir-rata tal-qgħad fit-tul żdiedet b’mod notevoli (b’aktar minn 0,5 pp) meta mqabbla mat-tieni trimestru tal-2019 ( Figure 51 ). Ir-rata tal-qgħad fit-tul tippreżenta disparitajiet reġjonali kbar (l-Anness 4). F’sitt Stati Membri, hemm tal-anqas reġjun wieħed b’rata tal-qgħad fit-tul ogħla minn 5 %.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul għadha rilevanti għall-politiki meħtieġa sabiex jittaffew l-effetti dannużi tal-kriżi. Iż-żieda fil-qgħad minħabba l-pandemija tal-COVID-19 hija mistennija li taggrava l-qgħad fit-tul wara ċertu żmien (jiġifieri sena), filwaqt li l-kwalità tal-appoġġ għal dan il-grupp għadha tvarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri. Fost il-politiki attivi eżistenti tas-suq tax-xogħol, hemm lok sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni mmirata, sabiex tittejjeb il-kwalità tal-valutazzjonijiet magħmula mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi u sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-impjegaturi. Il-koordinazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u s-servizzi soċjali hija wkoll sfida f’xi pajjiżi, ħafna drabi minħabba kapaċità limitata, nuqqas ta’ approċċ strateġiku u impenn politiku sabiex jiġi żgurat tibdil istituzzjonali jew leġiżlattiv.

Illustrazzjoni 51: L-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni qiegħda fit-tul sabiex jerġgħu lura għax-xogħol jistgħu jiġu aggravati mill-pandemija

Rata tal-qgħad fit-tul (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, LFS. Perjodu: Livelli tal-2020 u tibdiliet trimestrali fir-rigward tal-2019. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness.

L-Istati Membri daħlu fil-kriżi b’rati differenti ta’ parteċipazzjoni f’politiki attivi tas-suq tax-xogħol. Hemm differenzi kbar f’termini ta’ parteċipazzjoni f’miżuri ta’ attivazzjoni, inkluż fir-rigward tas-sehem ta’ persuni qiegħda fit-tul fil-pajjiżi (ara l- Figure 52 ). Mill-2014, diversi Stati Membri (bħal-Litwanja, is-Slovenja, Malta, is-Slovakkja, l-Italja u l-Polonja) irreġistraw rati ta’ parteċipazzjoni taħt it-30 %, għalkemm bi żviluppi pożittivi f’dawn l-aħħar snin. Għal diversi pajjiżi, li jinkludu l-Greċja, ir-Rumanija, Ċipru, il-Latvja, il-Bulgarija u l-Kroazja, kemm l-investimenti f’politiki attivi tas-suq tax-xogħol (ALMPs) kif ukoll il-parteċipazzjoni fihom għadhom baxxi meta mqabbla mal-medja (10 % jew anqas f’termini ta’ parteċipazzjoni u anqas minn 0,2 % tal-PDG f’termini tan-nefqa). Fl-Istati Membri b’rati baxxi ta’ parteċipazzjoni qabel il-kriżi tas-saħħa, investimenti addizzjonali u aktar immirati fl-ALMPs jistgħu jqarrbu lil kulħadd lejn is-suq tax-xogħol u jiżguraw irkupru li jkun inklużiv.

Illustrazzjoni 52: Jeżistu differenzi kbar f’termini ta’ parteċipazzjoni fl-ALMPs

Il-parteċipazzjoni f’politiki attivi tas-suq tax-xogħol (għal kull 100 persuna li jridu jaħdmu)

Sors: Eurostat, bażi ta’ data tal-LMP.

Nota: Għall-BG u għall-EL, id-data hija għall-2017 minflok għall-2018.

Billi jsaħħu r-rabtiet bejn il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol (ALMPs) u l-provvista tal-ħiliet, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu r-riformi fis-suq tax-xogħol aktar effettivi u jippromwovu rkupru inklużiv u sostenibbli. L-iżgurar tal-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli li jkun ta’ kwalità għolja jeħtieġ provvista b’suċċess ta’ ALMPs immirati u adattabbli, b’enfasi partikolari fuq l-investimenti fit-taħriġ mill-ġdid u fit-titjib tal-ħiliet għall-etajiet kollha. Dan se jappoġġa rkupru aktar inklużiv, b’mod partikolari għal dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) kienu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta’ sħubijiet li jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi u aktar skambji ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki rigward l-ALMPs. Issa l-Istati Membri se jkunu jistgħu jużaw diversi strumenti, li jinkludu l-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza, sabiex jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet fil-livelli kollha, b’mod partikolari taħt l-inizjattiva emblematika “Taħriġ mill-Ġdid u Titjib tal-Ħiliet”. Koordinazzjoni b’saħħitha u definizzjoni ċara tal-objettivi previsti, tar-riformi, tal-investimenti u tal-miżuri sabiex dawn jintlaħqu, u d-diversi kontribuzzjonijiet ta’ finanzjament se jkunu kruċjali għal eżekuzzjoni effettiva.

Illustrazzjoni 53: L-infiq fuq is-servizzi u fuq il-miżuri tas-suq tax-xogħol ivarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, spiss mingħajr ebda rabta diretta mal-livelli tal-qgħad

Infiq fuq is-servizzi u fuq il-miżuri tas-suq tax-xogħol (2018) u sehem ta’ persuni qiegħda fit-tul (2019)

Sors: Il-bażi ta’ data tal-LMP u LFS.

Illustrazzjoni 54: Maż-żmien, l-infiq fuq is-servizzi u fuq il-miżuri tas-suq tax-xogħol inbidel b’mod sinifikanti f’ħafna Stati Membri

Infiq fuq politiki attivi tas-suq tax-xogħol f’pp għal kull persuna li tixtieq taħdem

Sors: Bażi ta’ data tal-LMP. Nota: Għall-BG, għad-DK u għall-IT, in-nefqa fuq l-ALMP tirreferi għall-2017.

Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) qed jaqdu rwol importanti fit-trażżin tal-impatt tal-kriżi u fl-appoġġ ta’ persuni li qed jaffaċċjaw ostakli għall-impjieg. L- Figure 55 turi s-sehem ta’ persuni qiegħda li jużaw il-PES għat-tfittix ta’ impjieg. Hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-2019, b’ċifri li jvarjaw minn 30 % fl-Italja, fi Spanja, fin-Netherlands u fir-Rumanija, għal 75 % fil-Litwanja, fil-Greċja, fiċ-Ċekja, fl-Awstrija, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u fil-Ġermanja. Bħala medja fl-EU-27, l-użu tal-PES mill-persuni qiegħda qabad xejra ta’ tnaqqis, hekk kif naqas minn 50,8 % fl-2013 għal 44,2 % fl-2019, għalkemm xi Stati Membri jirreġistraw żidiet notevoli f’dan il-perjodu (il-Greċja b’10,7 pp; l-Estonja bi 8,4 pp; Ċipru b’5 pp; id-Danimarka bi 3,3 pp). Iż-żgħażagħ, dawk b’livell baxx ta’ ħiliet u dawk akbar fl-età li qed ifittxu impjieg għadhom irrappreżentati żżejjed fost dawk li jfittxu l-assistenza mill-PES, u x’aktarx li jibqgħu hekk taħt l-effetti tal-kriżi.

Illustrazzjoni 55: L-użu tal-PES fl-Istati Membri varja maż-żmien

Is-sehem ta’ persuni qiegħda li jużaw is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għat-tfittix ta’ impjieg, ċifri għall-2013, għall-2017 u għall-2019

Sors: Eurostat, LFS.

Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi qed imorru lil hinn mill-modi tradizzjonali ta’ ħidma sabiex jindirizzaw iż-żieda qawwija fin-numru ta’ persuni li qed ifittxu impjieg u jappoġġaw it-tranżizzjonijiet tagħhom fost l-okkupazzjonijiet jew is-setturi.  Il-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ f’kuntest dejjem aktar remot titlob aktar investimenti f’teknoloġija aġġornata u fi pjattaformi online, flimkien mal-iżvilupp tal-ħiliet tal-ICT għall-persunal. Barra minn hekk, l-iżgurar ta’ rispons adegwat u effettiv għall-ħtiġijiet ta’ dawk li qed ifittxu impjieg u tal-impjegaturi jista’ jirrikjedi l-espansjoni tal-kapaċità f’ċerti servizzi sabiex isiru aktar individwalizzati u effettivi. Flimkien mal-assistenza u mal-konsulenza għat-tfittix ta’ impjieg, għodod imtejba ta’ tfassil ta’ profili għal dawk li qed ifittxu impjieg jistgħu jsostnu kollokamenti f’impjieg billi s-servizzi jiġu mmirati aħjar lejn gruppi speċifiċi u lejn ħtiġijiet individwali.

L-imġiba fit-tfittix ta’ impjieg tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Bħala medja fl-EU-27, 68,1 % tar-rispondenti jsostnu li jużaw konnessjonijiet soċjali (eż. ħbieb, qraba u trade unions) fit-tfittix ta’ impjieg tagħhom, segwiti minn applikazzjonijiet diretti għall-impjegaturi (56,6 %), minn assistenza mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (44,2 %) u minn kuntatt ma’ uffiċċji privati tal-impjiegi (21 %) (ara l- Figure 56 ). Fil-livell nazzjonali, ma hemmx xejriet ċari ta’ sostituzzjoni bejn il-metodi ta’ tfittix ta’ impjieg. Madankollu, l-Istati Membri fejn l-użu tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) huwa baxx għandhom it-tendenza li juru wkoll użu akbar ta’ metodi informali bħall-konnessjonijiet soċjali jew l-applikazzjonijiet diretti mibgħuta lill-impjegaturi. Bħala medja, 21 % ta’ dawk li jfittxu impjieg jikkuntattjaw lil aġenziji privati tal-impjiegi sabiex ifittxu impjieg, b’ishma fost l-Istati Membri li jvarjaw minn 2,3 % sa 42,2 %. Kollox ma’ kollox, l-effettività tal-assistenza pprovduta mill-PES lil dawk li jfittxu impjieg tradizzjonalment titkejjel b’kont meħud ta’ fatturi bħall-kapaċità (f’termini ta’ nefqa u ta’ persunal), il-grad ta’ integrazzjoni diġitali u teknoloġika, u l-livell u l-firxa tas-sħubijiet. Dawn l-istess fatturi issa huma strumentali fl-appoġġ tal-adattament rapidu tal-PES sabiex ilaħħqu mat-tfixkil assoċjat mal-pandemija u mal-ħtieġa għal servizzi ta’ tlaqqigħ imtejba (ILO, 2020).

Illustrazzjoni 56: L-użu tal-PES fit-tfittix ta’ impjieg ivarja ħafna bejn l-Istati Membri

Sehem ta’ persuni qiegħda li jużaw metodi speċifiċi ta’ tfittix ta’ impjieg (2019)

Sors: Eurostat, LFS.

Id-durata u l-livell tal-benefiċċji u l-eliġibbiltà għalihom huma karatteristiċi tal-iskemi tal-benefiċċji tal-qgħad li huma kruċjali sabiex jittaffa l-impatt soċjoekonomiku tal-kriżi. L-għoti ta’ benefiċċji adegwati tal-qgħad b’durata raġonevoli, aċċessibbli għall-ħaddiema kollha u akkumpanjat minn miżuri attivi effettivi tas-suq tax-xogħol huwa essenzjali sabiex il-persuni li jfittxu impjieg jingħataw appoġġ matul it-tranżizzjonijiet. Fil-kuntest attwali, individwi b’rekord qasir jew anqas kontinwu ta’ xogħol jeħtieġu attenzjoni partikolari, peress li ħafna drabi jkunu anqas koperti minn skemi ta’ benefiċċji tal-qgħad. Diversi Stati Membri saħħew dawn l-iskemi fil-kriżi kurrenti. L-analiżi komparattiva ppreżentata fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi hija bbażata fuq il-qafas ta’ valutazzjoni komparattiva tal-benefiċċji tal-qgħad u fuq l-ALMPs maqbula mill-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO). Din l-analiżi għadha valida b’mod ġenerali. Din it-taqsima tipprovdi aġġornament tal-eżerċizzju, b’mod partikolari dwar l-indikaturi tal-lieva politika.

Bħala medja, fl-UE, qabel il-kriżi tal-COVID-19, madwar terz tal-persuni qiegħda għal terminu qasir kienu koperti mill-benefiċċji tal-qgħad. Is-sehem ta’ persuni qiegħda għal terminu qasir (jiġifieri dawk li ilhom qiegħda għal anqas minn 12-il xahar) li jirċievu benefiċċji tal-qgħad baqa’ stabbli f’dawn l-aħħar snin, bi ftit varjazzjoni fil-klassifikazzjoni tal-pajjiżi (ara l- Figure 56 ). L-ogħla rati ta’ kopertura (aktar minn 50 %) huma murija mill-Ġermanja, mill-Awstrija u mill-Finlandja, segwiti mill-Belġju, mid-Danimarka u minn Franza. Min-naħa l-oħra, l-aktar kopertura baxxa tista’ tiġi osservata fil-Polonja (12 %), segwita mill-Italja u mill-Kroazja, b’madwar 20 %. Dawn id-differenzi bejn il-pajjiżi jistgħu jiġu spjegati minn differenzi fit-tfassil tal-iskemi tal-benefiċċji tal-qgħad, b’mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, id-durata massima, ir-rigorożità tar-rekwiżiti għat-tfittix ta’ impjieg u t-trikkib ma’ skemi oħra ta’ protezzjoni soċjali.

Illustrazzjoni 57: Is-sehem ta’ persuni qiegħda għal terminu qasir koperti mill-benefiċċji tal-qgħad ivarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri

Kopertura tal-benefiċċji tal-qgħad għall-persuni qiegħda għal terminu qasir (15-64)

Sors: Eurostat, LFS. Nota: ma hemmx data disponibbli għall-IE u għan-NL. Id-data għall-BG u għar-RO tirreferi għall-2018.

Fl-Istat Membru kollu ħlief wieħed, sena ta’ impjieg hija biżżejjed sabiex wieħed jikkwalifika għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad, iżda din tikkorrispondi għal perjodi ta’ intitolament differenti ħafna. Parametru importanti sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà huwa l-perjodu minimu ta’ kontribuzzjoni meħtieġ sabiex il-ħaddiema jkunu intitolati għall-benefiċċji tal-qgħad. F’madwar nofs l-Istati Membri, huwa meħtieġ rekord ta’ impjieg ta’ sena sabiex wieħed jikkwalifika għall-benefiċċji ( Figure 58 ). Fis-Slovakkja biss, ir-rekwiżit huwa ogħla (sentejn ta’ impjieg matul it-tliet snin preċedenti). Fil-pajjiżi li jifdal, il-perjodu minimu meħtieġ huwa ta’ sitt xhur jew ta’ disa’ xhur. Huwa l-aktar baxx fl-Italja, fejn 13-il ġimgħa ta’ assigurazzjoni tax-xogħol huma biżżejjed sabiex wieħed jikkwalifika għall-benefiċċji. Madankollu, rekord tal-assigurazzjoni daqshekk qasir jikkorrispondi għal intitolament ta’ sitt ġimgħat u nofs (6.5) (peress li d-durata tal-benefiċċji tikkorrispondi għal 50 % tar-rekord tal-assigurazzjoni, limitata għal massimu ta’ sentejn). Perjodi iqsar ta’ intitolament jippermettu aċċess aktar faċli għall-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema b’karrieri qosra jew mhux kontinwi, għalkemm min-naħa tagħhom jistgħu jippromwovu tibdil bla bżonn tal-ħaddiema (jiġifieri rata ta’ attrizzjoni). Kif muri fl- Figure 59 , il-ħaddiema li jingħataw is-sensja wara sena ta’ impjieg ikunu intitolati għal benefiċċji għal durati differenti ħafna, skont il-pajjiż. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri, il-benefiċċji jistgħu jintalbu għal mhux aktar minn sitt xhur. Fil-Greċja u fil-Lussemburgu d-durata hija eżattament ta’ 12-il xahar, filwaqt li fil-Belġju, fid-Danimarka u fi Franza hija itwal minn sena. Minbarra s-Slovakkja (fejn persuna b’rekord ta’ impjieg ta’ sena ma tkunx intitolata għall-benefiċċji), l-iqsar durata (ta’ ħames ġimgħat biss) tinsab fl-Ungerija.

Illustrazzjoni 58: F’madwar nofs l-Istati Membri, il-perjodu ta’ kontribuzzjoni sabiex wieħed jikkwalifika għall-benefiċċji tal-qgħad huwa ta’ sena (52 ġimgħa)

Tul tal-perjodu ta’ kwalifika meħtieġ, 2020 (f’ġimgħat)

Sors: Il-bażi ta’ data tal-MISSOC (Sistema ta’ Informazzjoni Reċiproka dwar il-Protezzjoni Soċjali), Jannar 2015 u Jannar 2020. Nota: F’MT, il-kriterji minimi ta’ kwalifikazzjoni huma ta’ 50 ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa li minnhom tal-anqas 20 ikunu tħallsu jew ġew ikkreditati fis-sentejn kalendarji ta’ qabel; fl-Irlanda, iridu jkunu tħallsu tal-anqas 104 kontribuzzjonijiet ta’ kull ġimgħa minn meta l-persuna bdiet taħdem għall-ewwel darba.

L-adegwatezza tal-benefiċċji tal-qgħad tvarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri. Ir-rati netti ta’ sostituzzjoni fil-bidu tal-perjodu tal-qgħad għal individwi b’paga baxxa (jiġifieri bi qligħ preċedenti ta’ 67 % tal-paga medja), li ġeneralment ikunu fost il-benefiċjarji ewlenin tal-benefiċċji tal-qgħad, ivarjaw minn anqas minn 20 % fl-Ungerija għal 90 % fil-Belġju, bil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jvarjaw bejn 60 % u 80 % (ara l- Figure 60 ). L-appoġġ għall-introjtu riċevut (matul perjodi differenti tal-qgħad) ġeneralment jonqos maż-żmien minħabba t-tnaqqis fil-ġenerożità tal-benefiċċji maż-żmien jew it-tranżizzjoni minn assigurazzjoni tal-qgħad għal skemi ta’ assistenza għall-qgħad. Għal din ir-raġuni, ir-rati netti ta’ sostituzzjoni ġeneralment ikunu ogħla fit-2ni xahar tal-qgħad meta mqabbla mat-12-il xahar. Ħames Stati Membri (Ċipru, in-Netherlands, l-Italja, il-Portugall u l-Bulgarija) juru l-akbar differenzi bejn ir-rati netti ta’ sostituzzjoni fit-2ni u fit-12-il xahar.

Illustrazzjoni 59: Id-durata tal-benefiċċji tal-qgħad (għal ħaddiem b’rekord ta’ kontribuzzjoni ta’ sena) tvarja b’mod sinifikanti madwar l-UE

Durata massima tal-benefiċċji f’numru ta’ ġimgħat b’rekord ta’ xogħol ta’ sena, 2015 u 2020

Sors: Il-bażi ta’ data tal-MISSOC, Jannar 2015 u Jannar 2020. Nota: Fil-BE, ma hemm l-ebda limitu fuq id-durata tal-benefiċċji. F’CY, il-ġimgħat jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ 6 ijiem ta’ xogħol fil-ġimgħa. Fl-IE, il-benefiċċju jitħallas għal 39 ġimgħa (234 jum) biss għal persuni b’260 kontribuzzjoni tal-PRSI jew aktar fil-ġimgħa mħallsa. Fis-SK, persuna b’rekord ta’ sena ma tistax tikkwalifika għall-benefiċċji tal-qgħad (huma meħtieġa tal-anqas sentejn ta’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-qgħad matul l-aħħar 4 snin). Fil-PL, id-durata tvarja skont il-livell tar-rata tal-qgħad tar-reġjun meta mqabbla mal-medja nazzjonali.

Illustrazzjoni 60: Hemm disparitajiet kbar f’termini ta’ livelli tal-benefiċċji madwar l-UE

Ir-rata netta ta’ sostituzzjoni ta’ 67 % tal-paga medja, fit-2ni u t-12-il xahar tal-qgħad (2019)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, fuq il-bażi tal-Mudell tal-OECD dwar il-Benefiċċji tat-Taxxa.

Nota: L-indikatur jiġi kkalkolat għall-każ ta’ persuna waħda mingħajr tfal b’rekord qasir ta’ xogħol (sena) u li jkollha 20 sena. Komponenti ta’ introjtu differenti, benefiċċji tal-qgħad u benefiċċji oħra (bħall-assistenza soċjali u l-allowances għall-akkomodazzjoni) huma inklużi.

Qabel il-pandemija, il-mobilità intra-UE kompliet bit-tendenza ta’ żieda. Fl-2019, 7,3 miljun ċittadin tal-UE (minbarra r-Renju Unit) bejn l-20 u l-64 sena kienu attivi fi Stat Membru differenti mill-pajjiż taċ-ċittadinanza tagħhom. Minbarra dawn, kien hemm madwar 7 miljun persuna fl-EU-27 li kienu marru jgħixu f’pajjiż ieħor mingħajr ma kienu attivi (eż. membri tal-familja inattivi, studenti u pensjonanti). Fl-2019, madwar 1,9 miljun (inklużi l-pajjiżi tal-EFTA) kienu jaqsmu l-fruntieri sabiex imorru x-xogħol u ġew irreġistrati madwar 3 miljun kollokament ta’ ħaddiema. 17-il miljun ċittadin mhux tal-UE li kienu ħadu r-residenza tagħhom fl-UE kkomplementaw din il-mobilità intra-UE. Dawn kollha flimkien ammontaw għal madwar 10 % tal-popolazzjoni tal-UE. Mat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, tfaċċaw diversi kwistjonijiet marbuta mal-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Il-ħaddiema transfruntiera u l-ħaddiema mobbli għal terminu qasir bħall-ħaddiema staġjonali u l-ħaddiema ppostjati kienu fost l-aktar affettwati. Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet gwida u pariri prattiċi sabiex tiżgura li l-ħaddiema mobbli fl-UE, u b’mod partikolari dawk f’okkupazzjonijiet kritiċi, setgħu jaslu fil-post tax-xogħol tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw informazzjoni u jistabbilixxu proċeduri speċifiċi sabiex jiżguraw passaġġ mingħajr xkiel għal ħaddiema mobbli għal terminu qasir (eż. ħaddiema staġjonali), sabiex iwieġbu aħjar għan-nuqqas ta’ ħaddiema u għall-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi. Barra minn hekk, il-provvista ta’ informazzjoni fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali lill-ħaddiema transfruntiera u lill-ħaddiema mobbli għal terminu qasir jenħtieġ li titjieb; barra minn hekk, l-ostakli legali u amministrattivi jenħtieġ li jitnaqqsu mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali.

Sehem sinifikanti ta’ studenti fl-UE huma mobbli. L-apprendiment mingħajr fruntieri jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u edukattiv kemm tal-istudenti individwali kif ukoll tal-kuntesti edukattivi li fihom iseħħ l-apprendiment. Fl-2018, 13,5 % tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja fl-UE kienu mobbli (jiġifieri studjaw barra minn pajjiżhom, parzjalment jew kompletament). Ċipru, il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Lussemburgu u n-Netherlands għandhom l-ogħla ishma ta’ mobbiltà ’l barra ta’ gradwati terzjarji fl-UE. Fl-2018, l-ogħla ishma ta’ gradwati mobbli ’l ġewwa ġew irreġistrati fil-Lussemburgu (24,2 %), fin-Netherlands (18,8 %), fl-Awstrija (16,0 %) u fid-Danimarka (15,1 %).

Id-djalogu soċjali huwa karatteristika ewlenija tar-relazzjonijiet industrijali u element importanti sabiex jitrawmu l-irkupru u r-reżiljenza soċjali. Dan jinkludi n-negozjati u l-konsultazzjonijiet kollha bejn l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi u tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-gvern, li jappoġġaw ambjenti tax-xogħol sikuri, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u swieq tax-xogħol reżiljenti. Djalogu soċjali f’waqtu u effettiv huwa ċentrali sabiex tinbena s-sjieda nazzjonali tar-riformi u sabiex jiġi żgurat is-suċċess dejjiemi tagħhom. Kemm il-Linja Gwida dwar l-Impjiegi 7 kif ukoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat involviment suffiċjenti tas-sħab soċjali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tar-riformi u tal-politiki rilevanti.

F’konformità mal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw aktar id-djalogu soċjali permezz ta’ żieda fil-kapaċità operazzjonali tas-sħab soċjali. Kif indikat fl-aħħar Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, iċ-ċifri tas-sħubija tal-unions, bħala medja, naqsu madwar l-Ewropa f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, id-densità tal-unions mhijiex l-unika indikazzjoni tal-kapaċità tal-unions li jimmobilizzaw il-ħaddiema. Aspetti bħall-kopertura tan-negozjar kollettiv (jiġifieri s-sehem ta’ impjegati koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv tal-pagi, bl-esklużjoni ta’ setturi jew ta’ okkupazzjonijiet li ma għandhomx id-dritt ta’ negozjar) u l-livell fix-xenarju tat-trade unions jista’ jkollhom rwol ukoll. Filwaqt li l-kopertura tan-negozjar kollettiv naqset matul l-aħħar deċennji, f’xi Stati Membri din għadha istituzzjoni ewlenija tas-suq tax-xogħol għall-iffissar tal-pagi fil-livelli kollha. Il-proposta tal-Kummissjoni għal pagi minimi adegwati (2020/0310 (COD)) għandha l-għan li tippromwovi n-negozjar kollettiv tal-pagi fl-Istati Membri kollha.

Illustrazzjoni 61: Il-kopertura u l-livell tan-negozjar kollettiv ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor

Kopertura u livell tan-negozjar kollettiv (l-aktar sena aġġornata disponibbli)

Sors: Bażi ta’ data dwar il-Karatteristiċi Istituzzjonali tat-Trade Unions, l-Iffissar tal-Pagi, l-Intervent tal-Istat u l-Patti Soċjali (ICTWSS). Intuża s-sors li fih data aktar reċenti għal kull SM. Nota: snin tad-data: l-2018 għall-AT, DE, FR, IT, LT, NL; l-2017 għal ES, HR, HU, IE, LU; l-2016 għall-BE, BG, CY, CZ, DK, EL, FI, MT, PT, RO, SE, SI. l-2015 għall-EE, PL. Livell dominanti ta’ negozjar: 5 = fil-biċċa l-kbira fil-livell ċentrali jew transindustrijali u hemm normi jew drawwiet vinkolanti u ddeterminati ċentralment li għandhom jiġu rrispettati minn ftehimiet innegozjati f’livelli aktar baxxi; 4 = intermedju jew jalterna bejn in-negozjar ċentrali u tal-industrija; 3 = fil-biċċa l-kbira fil-livell tas-setturi jew tal-industriji; 2 = intermedju jew jalterna bejn in-negozjar fil-livell tas-setturi jew tal-kumpaniji; 1 = fil-biċċa l-kbira fil-livell lokali jew tal-kumpaniji. Sena tad-data l-2018 minbarra: l-2017 għall-DE, SE, SI, SK.

Is-sħab soċjali jistgħu jipprovdu kontribut importanti għal inizjattivi ppjanati mill-gvernijiet sabiex itaffu waqfiet f’daqqa fl-attività ekonomika jew jakkomodaw żviluppi teknoloġiċi ġodda. Huma għandhom rwol importanti fil-governanza tar-relazzjonijiet ta’ impjieg u jistgħu jikkontribwixxu għall-appoġġ ta’ suq tax-xogħol fi tranżizzjoni li jkun sostenibbli u ġust. Id-djalogu soċjali kien qafas importanti għan-negozjar tar-rispons soċjoekonomiku immedjat għall-kriżi tal-COVID-19, li jinkludi miżuri sabiex jiġu protetti s-saħħa, l-introjtu u l-impjiegi tal-ħaddiema tal-ewwel linja u essenzjali. Is-sħab soċjali jistgħu jinnegozjaw ukoll adattamenti rapidi għal ftehimiet eżistenti, bħall-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri għall-promozzjoni tat-telexogħol u, b’mod aktar ġenerali, tax-xogħol mobbli bbażat fuq l-ICT. Skont il-Eurofound, f’madwar 40 % tal-każijiet reġistrati li fihom il-gvern għadda leġiżlazzjoni jew għamel testi mhux vinkolanti oħra b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 bejn April u Ottubru 2020, is-sħab soċjali kienu “involuti” (jiġifieri jew ġew ikkonsultati, innegozjaw jew finalment qablu mal-miżura). L- Figure 62 turi kif dan l-involviment ivarja skont il-qasam tematiku. Is-sħab soċjali kienu involuti l-aktar f’azzjonijiet relatati mal-protezzjoni u maż-żamma tal-impjiegi, li jinkludu primarjament skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u skemi oħra ta’ protezzjoni tal-introjtu. Huma kienu ferm involuti wkoll f’miżuri li jippromwovu l-irkupru, li jinkludu l-protezzjoni tal-introjtu lil hinn mix-xogħol b’ħinijiet iqsar u l-appoġġ għan-negozji. L-aktar grad baxx ta’ involviment ġie rrapportat għal miżuri li jappoġġaw il-kontinwità tan-negozju u jipprevjenu t-tbatija soċjali.

Illustrazzjoni 62: L-involviment tas-sħab soċjali jvarja skont il-qasam tematiku

Forma ta’ involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika bħala reazzjoni għall-kriżi

Sors: Eurofound (2020), il-bażi ta’ data COVID-19 EU Policy Watch.

Minkejja l-progress riċenti madwar l-UE, għad hemm lok għal involviment akbar tas-sħab soċjali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ riformi. Il-kriżi tal-COVID-19 poġġiet taħt pressjoni l-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u leġiżlattivi fil-maġġoranza tal-Istati Membri. F’kuntest bla preċedent, ħafna Stati Membri adottaw miżuri straordinarji ta’ emerġenza jew approvaw proċeduri rapidi ta’ leġiżlazzjoni li mhux dejjem kienu jinkludu l-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali. F’xi Stati Membri, jiġifieri l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija, il-kriżi aggravat l-involviment diġà limitat tas-sħab soċjali li kien hemm qabel il-pandemija. Il-progress ġenerali u l-isfidi eżistenti ġew analizzati u vvalutati mill-Kumitat tal-Impjiegi fil-ħarifa tal-2018 u tal-2019. Ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tal-2020 enfasizzaw nuqqas ta’ involviment tas-sħab soċjali fit-tliet Stati Membri msemmija qabel. Sabiex jiġi żgurat li l-irkupru jippromwovi impjiegi ta’ kwalità għolja kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u adattabbli, huwa kruċjali li l-Istati Membri jinvolvu ruħhom fi djalogu ta’ politika wiesa’ mas-sħab soċjali, inkluż għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u għar-reżiljenza.

Il-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tista’ tipprovdi għarfien u appoġġ siewja għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-politiki. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) kienu minn ta’ quddiem nett sabiex itaffu l-impatt tal-pandemija fl-Ewropa. Pereżempju, huma spiss aġixxew bħala network ta’ appoġġ għall-provvista ta’ servizzi soċjali u ta’ kura fl-Istati Membri. Kif enfasizzat fil-Linji Gwida riveduti dwar l-Impjiegi adottati f’Ottubru 2020, fejn ikun rilevanti u fuq il-bażi tal-prattiki nazzjonali eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-esperjenza fi kwistjonijiet relatati mal-impjiegi u fi kwistjonijiet soċjali tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili. L-OSĊ jista’ jkollhom rwol importanti fl-implimentazzjoni fil-pront u responsabbli ta’ miżuri, ta’ riformi u ta’ investimenti eċċezzjonali sabiex jappoġġaw l-irkupru u r-reżiljenza soċjali. L-isforzi sabiex l-irkupru jsir aktar inklużiv u sostenibbli jiddependu wkoll fuq l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u fuq il-kooperazzjoni bejniethom.

3.3.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri

L-iżviluppi riċenti fis-suq tax-xogħol ġiegħlu lil xi Stati Membri jadattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema vulnerabbli. F’Marzu 2020, Spanja introduċiet projbizzjoni temporanja fuq sensji oġġettivi u s-sospensjoni ta’ kuntratti temporanji affettwati minn skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (STW), sabiex l-impjegati affettwati ma jarawx il-kuntratti tagħhom jiskadu matul ir-restrizzjonijiet fuq ix-xogħol. L-Italja adottat miżura sabiex tipprojbixxi l-għoti ta’ sensja lill-ħaddiema matul perjodu ta’ 5 xhur li beda fit-23 ta’ Frar 2020. Il-Belġju introduċa miżura temporanja li ppermettiet kuntratti konsekuttivi qosra għal terminu fiss f’setturi kritiċi għal perjodu massimu ta’ 3 xhur. Barra minn hekk, sabiex jindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema f’setturi b’sehem sinifikanti ta’ xogħol ta’ studenti, il-gvern Belġjan introduċa deroga temporanja tan-numru massimu ta’ sigħat ta’ xogħol tal-istudenti (475 fis-sena) sa tmiem l-2020. Wara l-Att ta’ Emerġenza maħruġ f’Marzu 2020, il-Finlandja estendiet il-perjodu ta’ avviż għal sensji individwali għall-ħaddiema kollha fis-setturi tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi soċjali, inklużi s-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ emerġenza, sabiex twieġeb għan-nuqqas possibbli ta’ ħaddiema f’setturi kritiċi u li jsalvaw il-ħajjiet. Bħala parti minn riforma wiesgħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali, fl-2019 il-Portugall adotta miżuri sabiex jiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema temporanji għal kumpens għat-terminazzjoni tal-kuntratti u azzjonijiet immirati lejn kuntratti għal terminu qasir ħafna (eż. estensjoni tad-durata massima minn 15 għal 35 jum) u kuntratti intermittenti (eż. tnaqqis tal-perjodu minimu minn 6 xhur għal 5). Miżura addizzjonali, “CONVERTE +” tappoġġa l-konverżjoni ta’ kuntratti għal terminu fiss f’kuntratti permanenti billi tipprovdi assistenza finanzjarja lill-impjegaturi (4 darbiet daqs is-salarju nett tal-kuntratt indefinit, sa limitu ta’ EUR 439). Żieda ta’ 10 % hija inkluża jekk il-konverżjoni sseħħ f’territorji ekonomikament żvantaġġati jew tkun immirata lejn persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, li jinkludu l-persuni b’diżabbiltà.

Stati Membri oħra qed jipproponu regolamenti ġodda jew emendati dwar il-ħinijiet tax-xogħol sabiex iwieġbu għall-isfidi eżistenti, ġodda u emerġenti tas-suq tax-xogħol. Fil-Finlandja, bejn Marzu u Ġunju 2020 ġiet adottata deroga temporanja sabiex jinkiseb il-kunsens tal-impjegati sabiex jaħdmu s-sahra, sabiex jiġu żgurati perjodi ta’ mistrieħ regolari u sabiex jiġu osservati l-intitolamenti għal-liv annwali għall-ħaddiema kollha fis-setturi tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi soċjali, li jinkludu lil dawk fiċ-ċentri ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza. F’Marzu 2020, Spanja adottat miżura temporanja li tipprijoritizza l-arranġamenti tat-telexogħol u d-dritt ta’ adattament jew ta’ tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol wara l-impatt tal-pandemija. F’April 2020, Franza adottat sett ta’ emendi għal-liġi tax-xogħol għall-impjegati taċ-ċivil (esklużi l-għalliema), bl-għan li l-arranġamenti tax-xogħol (jiġifieri s-sigħat tax-xogħol, ix-xogħol mid-dar, il-liv imħallas u l-jiem ta’ mistrieħ) jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti għall-impjegati fis-settur privat. L-Ungerija adottat digriet sabiex tipprovdi aktar flessibbiltà f’termini ta’ ħin tax-xogħol u ta’ organizzazzjoni. Il-Belġju aġġorna temporanjament il-leġiżlazzjoni tiegħu dwar il-protezzjoni tal-impjiegi sabiex iżid in-numru ta’ jiem ta’ xogħol staġjonali u jiffaċilita l-issekondar temporanju ta’ ħaddiema permanenti minn kumpaniji oħra lil impjegaturi f’setturi meqjusa kritiċi. Il-Finlandja adottat liġi ġdida li tistabbilixxi l-qafas għar-regolamentazzjoni tas-sigħat tax-xogħol fis-setturi kollha. Il-liġi, li daħlet fis-seħħ minn Jannar 2020, tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-banek tas-sigħat tax-xogħol, li se jippermettu lill-impjegati jfaddlu s-sigħat tax-xogħol, jaqilgħu intitolamenti għal-liv annwali jew benefiċċji monetarji bi skambju għal-liv. Għall-kuntrarju, fil-Portugall, l-eliminazzjoni tal-għadd tas-sigħat tax-xogħol fuq il-bażi ta’ ftehim individwali bejn l-impjegatur u l-impjegat minn Ottubru 2020 tista’ tagħmel ir-regolamentazzjoni tas-sigħat tax-xogħol aktar stretta.

Jeżistu differenzi fir-rigward tal-kontenut u tal-kopertura tar-regolamenti fil-livell nazzjonali relatati mat-telexogħol u max-xogħol mobbli bbażat fuq l-ICT. Ġie adottat approċċ ġenerali f’xi Stati Membri billi ġie rregolat it-telexogħol, mingħajr ma saret rabta diretta mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (eż. il-Ġermanja). Pajjiżi oħra rregolaw it-telexogħol sabiex jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, iżda mingħajr ma inkludew dispożizzjonijiet dwar l-effetti negattivi potenzjali ta’ ħidma flessibbli mal-ICTs (eż. il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija). Fi Spanja, f’Settembru 2020 għaddiet liġi ġdida sabiex tirregola t-telexogħol strutturali (jiġifieri meta tal-anqas 30 % tal-ħin tax-xogħol ikun remot). L-impjegaturi huma obbligati jikkumpensaw lill-ħaddiema għall-kostijiet imġarrba u jiggarantixxu trattament u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Xi Stati Membri oħra adottaw leġiżlazzjoni li tippromwovi l-użu tal-ICT sabiex tappoġġa mudelli tax-xogħol flessibbli, filwaqt li tistabbilixxi diviżjoni ċara bejn il-ħin tax-xogħol u dak mhux tax-xogħol. F’pajjiżi oħra, kwistjonijiet relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jiġu rregolati permezz ta’ negozjar kollettiv fil-livell tal-kumpaniji jew dak settorjali, li jibni fuq prattiki nazzjonali eżistenti.

Fil-kuntest attwali, diversi Stati Membri aġġornaw u saħħew ir-regolamenti tagħhom sabiex jiżguraw saħħa u sikurezza okkupazzjonali adegwati. Flimkien mas-sħab soċjali, f’April 2 020 l-Italja adottat protokoll konġunt li jiddefinixxi miżuri sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-ħaddiema kollha. Il-miżura tinkludi baġit ta’ EUR 50 miljun għax-xiri ta’ tagħmir u ta’ għodod ta’ protezzjoni personali. Barra minn hekk, huwa disponibbli kreditu ta’ taxxa għall-kumpaniji sabiex jiffinanzjaw sa 60 % (jew EUR 60 000) tal-miżuri tas-saħħa u tas-sikurezza tagħhom fl-2020. F’April, il-Litwanja aġġornat il-liġi tagħha dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed sabiex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-persuni assigurati mill-baġit tal-Istat u tkopri aħjar ir-riskji assoċjati mal-pandemija u ma’ mard serju ieħor. F’Mejju 2020, ir-Rumanija adottat linji gwida u miżuri sabiex tirregola r-ritorn għall-attività tal-impjegaturi u tal-impjegati. Dan huwa mistenni li jiġi tradott fi protokolli aktar speċifiċi fil-livell settorjali jew tad-ditti sabiex jiġu identifikati u eliminati jew ikkontrollati l-perikli relatati max-xogħol. F’Ġunju, l-Estonja emendat l-Att dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali sabiex tistabbilixxi multi għal dawk id-ditti li jonqsu milli jissodisfaw l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza okkupazzjonali, inkluż f’termini ta’ tagħmir tax-xogħol u f’termini tal-prevenzjoni tal-fatturi ta’ riskju. Bħala parti minn pakkett usa’, f’Lulju 2020 il-Portugall adotta gwida u miżuri temporanji li jappoġġaw l-akkwist ta’ apparati ta’ kontroll tas-saħħa għall-impjegati.

Il-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi kompla b’diversi modi f’diversi Stati Membri sabiex tiġi miġġielda s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol. Bħala parti minn riforma usa’ f’Ottubru 2019, il-Greċja introduċiet miżura sabiex issaħħaħ il-protezzjoni tal-ħaddiema part-time, rekwiżiti addizzjonali dwar kuntratti bil-miktub u regolamentazzjoni tas-sahra sabiex jiġi evitat l-abbuż ta’ dan it-tip ta’ kuntratt (spiss meqjus li jaħbi xogħol full-time mhux dikjarat). Is-sistema ta’ reġistrazzjoni “ERGANI” ssaħħet ukoll sabiex tkopri l-forom kollha ta’ impjieg mhux standard. Din iġġib magħha l-introduzzjoni ta’ pjattaforma diġitali ġdida għar-reġistrazzjoni effiċjenti tal-ħin tax-xogħol. F’Ottubru 2019, il-Portugall irreveda l-kodiċi tax-xogħol tiegħu sabiex jistabbilixxi kundizzjonijiet aktar restrittivi għall-użu ta’ kuntratti għal terminu fiss, jiżgura l-protezzjoni soċjali u jiskoraġġixxi x-xogħol mhux dikjarat. B’mod aktar speċifiku, il-miżuri jfittxu li jnaqqsu d-durata massima ta’ kuntratti għal terminu fiss (minn 3 snin għal sentejn (2)), jirrestrinġu r-reklutaġġ għal żmien fiss għal karigi permanenti u t-tiġdid ta’ kuntratti temporanji (eż. tiġdid limitat għal massimu ta’ 6 darbiet). F’Jannar 2020, fin-Netherlands daħlet fis-seħħ miżura ġdida sabiex ittejjeb il-bilanċ bejn il-kuntratti permanenti u l-kuntratti għal terminu fiss billi tagħmilha aktar faċli li jinħatru impjegati fuq bażi permanenti u billi tnaqqas l-attraenza tar-reklutaġġ għal terminu fiss. L-Estonja żiedet ir-rigorożità tal-miżuri għal protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati u dawk b’kundizzjonijiet simili li jipprovdu servizzi permezz ta’ aġenziji temporanji.

Xi Stati Membri segwew l-isforzi tal-passat sabiex jindirizzaw ix-xogħol mhux dikjarat u jsaħħu l-ispettorati tax-xogħol b’miżuri u b’riżorsi addizzjonali. Fil-Greċja, f’Ottubru 2019 tnieda segwitu għall-pjan ta’ azzjoni 2017-19 sabiex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux dikjarat. L-awtoritajiet Griegi stabbilew ukoll reġistru elettroniku ġdid ta’ ditti li fil-passat kienu ġew immultati talli impjegaw ħaddiema mhux dikjarati u wara dan se jkun hemm lista elettronika ta’ ditti konformi. Il-pjanijiet għandhom ukoll jiddefinixxu kodiċi ta’ etika ġdid għall-ispettorati tax-xogħol, sabiex itejbu s-sistema eżistenti ta’ analiżi tar-riskju u sabiex jipprovdu taħriġ imsaħħaħ għall-ispettorati tax-xogħol ispirati mill-aħjar prattiki tal-UE. Fl-Italja, il-gvern żied ir-riżorsi ddedikati għall-indirizzar tax-xogħol irregolari u tal-isfruttament fis-settur agrikolu b’total ta’ EUR 31 miljun, parzjalment sostnut mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Barra minn hekk, f’Mejju 2020, l-Italja ħadet passi sabiex tirregolarizza l-istatus fl-impjieg u toħroġ permessi ta’ residenza temporanji għaċ-ċittadini barranin. Din il-miżura għandha fil-mira setturi ekonomiċi speċifiċi bi prevalenza qawwija ta’ xogħol mhux dikjarat, bħall-agrikoltura, is-servizzi personali u dawk domestiċi. Fi Spanja, l-estrazzjoni u t-tqabbil ta’ data ntużaw sabiex jiġu identifikati aħjar pretensjonijiet frodulenti marbuta ma’ skemi ta’ appoġġ għall-impjiegi. Iż-żieda fil-prevenzjoni hija karatteristika importanti oħra, b’pajjiżi bħall-Bulgarija, il-Portugall u s-Slovakkja, li żviluppaw servizzi ġodda ta’ komunikazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema u tal-kumpaniji fil-kuntest tal-kampanja ta’ PAN Europe #EU4FairWork.

L-Istati Membri qed jemendaw l-oqfsa eżistenti jew jintroduċu sistemi ġodda tal-ALMPs sabiex jirreaġixxu aħjar għall-kundizzjonijiet il-ġodda tas-suq tax-xogħol, b’enfasi partikolari fuq il-persuni qiegħda fit-tul u fuq gruppi vulnerabbli oħra. Bl-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) tal-Bulgarija qed ilestu l-“Proġett Impjiegi” mmirat lejn il-persuni qiegħda u inattivi fit-tul, li nbeda fl-2018. Ir-reġjun Belġjan tal-Wallonia qed jimplimenta skema ġdida ta’ appoġġ immirata b’mod speċjali sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dawk li qed ifittxu impjieg. L-iskema tiffoka b’mod speċjali fuq gruppi vulnerabbli (eż. dawk b’livell baxx ta’ ħiliet, dawk qiegħda fit-tul u persuni bi sfond ta’ migrazzjoni). Fiċ-Ċekja, il-miżuri adottati f’Marzu 2020 ifittxu li jtejbu l-aċċessibbiltà għall-uffiċċju tax-xogħol billi jippermettu li ssir reġistrazzjoni online għall-assistenza fit-tiftix ta’ impjieg u billi jneħħu l-obbligu għal dawk li qed ifittxu impjieg milli jirreġistraw fil-post ta’ residenza permanenti tagħhom. Fl-Estonja, miżura ġdida adottata f’April 2020 żiedet l-għażliet għall-persuni qiegħda sabiex jikkonsultaw il-PES virtwalment, inkluż permezz ta’ għodod tal-IT bħal Skype. Fi Franza, bħala parti minn riforma wiesgħa, il-ftehim tripartitiku ffirmat bejn il-gvern, il-PES u l-Unjoni Professjonali Nazzjonali għall-Impjiegi fl-Industrija u fil-Kummerċ “UNEDIC” f’Diċembru 2019 għandu l-għan li jsaħħaħ il-gwida pprovduta lill-persuni qiegħda rreġistrati u, b’mod partikolari, lil dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Il-Ġermanja adottat diversi miżuri bejn Marzu u Ġunju sabiex tgħin lill-gruppi vulnerabbli. Dawn il-gruppi bbenefikaw ukoll minn miżuri ġenerali tas-suq tax-xogħol li jinkludu servizzi ta’ konsulenza u taħriġ sabiex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. F’April 2020, il-Polonja introduċiet appoġġ temporanju għall-persuni qiegħda jew għal dawk f’riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom. L-iskema tikkofinanzja azzjonijiet sabiex tingħata spinta lill-impjegabbiltà tal-benefiċjarji u titrawwem it-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, li tinkludi t-tranżizzjonijiet minn impjieg għal ieħor.

L-Istati Membri qed jieħdu passi ulterjuri sabiex jipprovdu appoġġ aktar individwalizzat u jintegraw aħjar is-servizzi għall-qiegħda fit-tul. Fil-kuntest ta’ riforma usa’, Franza adottat miżuri sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-impjegaturi, tivvaluta aħjar il-ħtiġijiet differenti tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u ttejjeb il-gwida għal dawk li qed ifittxu impjieg, b’mod partikolari għal dawk li jkunu qiegħda fit-tul. Iissa l-pjan huwa li jiġu adottati tibdiliet leġiżlattivi li jipproteġu lill-impjegati minn riskji marbuta mal-qgħad permezz ta’ mekkaniżmi ta’ identifikazzjoni bikrija. Bħala parti minn rispons mifrux għall-kriżi, f’Ġunju 2020 il-Greċja approvat 36 500 post għal kuntratt ta’ impjieg ta’ 8 xhur fis-settur pubbliku, inklużi 150 siegħa ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni tal-ħiliet miksuba. Il-Finlandja qed tieħu miżuri sabiex fil-PES tipprovdi assistenza aktar individwalizzata u mfassla apposta għal dawk li qed ifittxu impjieg u għal min ibiddel l-impjieg. Ċipru introduċa diversi inċentivi għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol għal LTU reklutati ġodda. Fl-2019, 92 persuna li qabel kienu qiegħda fit-tul ibbenefikaw minn din l-iskema mmirata u l-pjanijiet huma li sa tmiem l-2020 jintlaħqu 300 parteċipant.

Fil-kuntest kurrenti, l-Istati Membri adottaw miżuri (l-aktar ta’ natura temporanja) sabiex isaħħu s-sistemi tal-benefiċċji tal-qgħad tagħhom. F’Marzu, id-Danimarka estendiet id-durata tal-benefiċċji tal-qgħad u tal-paga għall-mard sa Ġunju 2020 u llaxkat il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dawk li diġà qed jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad u tal-mard. F’Ġunju 2020, l-Estonja adottat miżuri sabiex iżżid il-benefiċċji tal-qgħad u ssaħħaħ il-miżuri ta’ protezzjoni soċjali tagħha. Dan jinkludi, minn Settembru 2020 ’il quddiem, żieda fil-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-qgħad (minn 50 % għal 60 % tal-paga preċedenti tal-persuna li għandha kif tisfa qiegħda), u minn Jannar 2021 ’il quddiem, żieda fil-benefiċċju tal-qgħad (minn 35 % għal 50 % tal-paga minima fix-xahar ta’ din is-sena, jew EUR 292). Dawn il-miżuri jsegwu l-adozzjoni f’Diċembru 2019 taż-żieda annwali fil-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-qgħad. Ir-rata minima l-ġdida fix-xahar għall-2020 żdiedet għal EUR 279 (għal 31 jum), meta mqabbla ma’ EUR 258 fl-2019. F’Marzu, Malta adottat benefiċċju temporanju tal-qgħad (li jammonta għal EUR 800) għall-persuni kollha li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-kriżi tas-saħħa. Bħala parti minn riforma usa’, f’April 2 020 l-Iżvezja adottat numru ta’ miżuri sabiex issaħħaħ temporanjament is-sistema tal-benefiċċji tal-qgħad tagħha, inkluż l-illaxkar tar-rekwiżiti dwar l-aċċess u l-ammonti (jiġifieri żieda fl-ammonti minimi) tal-fond tal-assigurazzjoni tal-qgħad. Minn Ottubru 2020, il-Bulgarija żiedet bi 30 % il-benefiċċju minimu ta’ kuljum u estendiet id-durata tiegħu minn 4 xhur għal 7. Il-Lussemburgu approva estensjoni awtomatika tal-benefiċċji tal-qgħad għad-durata tal-istat ta’ kriżi, sabiex jappoġġa lill-benefiċjarji li l-benefiċċji tagħhom kienu qed jiskadu matul il-kriżi tas-saħħa. B’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, il-Greċja u Franza estendew il-perjodu ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-qgħad. Is-Slovakkja għamlet l-istess għal dawk il-benefiċjarji li l-perjodu ta’ appoġġ tagħhom kien qed jintemm matul il-kriżi tas-saħħa. F’Lulju 2020, il-Portugall estenda l-benefiċċju soċjali tal-qgħad sal-aħħar tas-sena. F’konsultazzjoni mas-sħab soċjali, f’April Ċipru adotta skema temporanja speċjali sabiex jappoġġa lill-persuni qiegħda li kienu eżawrew il-benefiċċji tal-qgħad regolari. Hija stabbilita għal EUR 360-500 fix-xahar u se tibqa’ valida sa Ottubru 2020. F’April, il-Latvja introduċiet benefiċċju ta’ assistenza għall-qgħad (stabbilit għal EUR 180 fix-xahar) għal perjodu ta’ 4 xhur għal dawk li eżawrew il-benefiċċji tal-qgħad tagħhom. Dan se jibqa’ fis-seħħ sa tmiem l-2020. F’Marzu, Franza introduċiet miżuri ta’ sostituzzjoni tal-introjtu ta’ emerġenza sabiex tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg li jaslu fi tmiem l-intitolament tagħhom. F’Marzu l-Italja warrbet madwar EUR 10 biljun sabiex issaħħaħ is-sistema tagħha ta’ xibka ta’ sikurezza soċjali (“Cassa Integrazione”) u tappoġġa l-impjiegi u l-livelli ta’ introjtu ta’ dawk l-aktar milquta mill-kriżi. F’każ li l-persuna qiegħda ma tkunx eliġibbli għall-benefiċċju soċjali msemmija qabel (li tammonta għal EUR 600 fix-xahar), hija tibbenefika minn estensjoni awtomatika tal-benefiċċji tal-qgħad (jekk jintemmu qabel l-1 ta’ Mejju 2020) għal perjodu sa xahrejn. F’koordinazzjoni mas-sħab soċjali, il-Finlandja introduċiet emendi temporanji għall-“Att dwar is-Sigurtà għall-Qgħad” f’April 2020 sabiex tqassar il-perjodu tar-rekwiżit tax-xogħol għall-eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-qgħad relatat mal-qligħ (EUR 65 għal kull jum tax-xogħol), minflok il-benefiċċju bażiku tal-qgħad (EUR 34 għal kull jum tax-xogħol). Aktar derogi temporanji għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ temporanju usa’ għall-aċċettazzjoni tax-xogħol, b’mod partikolari għall-ħaddiema fis-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija.

Uħud mill-miżuri adottati sabiex isaħħu s-sistemi tal-benefiċċji tal-qgħad huma mfassla sabiex itejbu s-sitwazzjoni speċifika ta’ ċerti gruppi. F’Marzu 2020, il-Belġju estenda bi tliet xhur id-durata tal-benefiċċju tal-qgħad għal dawk li telqu mill-iskola u li kienu qed ifittxu impjieg. Din il-miżura temporanja kienet segwita minn iffriżar temporanju tad-digressività tal-benefiċċji tal-qgħad (jiġifieri t-tnaqqis gradwali fl-ammont tal-benefiċċji) li beda f’April 2020 u baqgħet valida għad-durata tal-kriżi. Franza estendiet il-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-benefiċċji tal-qgħad u d-drittijiet assoċjati għal kategoriji ġodda ta’ ħaddiema (impjegati staġjonali u impjegati mħaddma minn persuna li taħdem għal rasha, fost oħrajn). Bħala parti minn riforma wiesgħa, l-iskema ta’ “qgħad parzjali” ġiet immodifikata wkoll fi Franza sabiex tadatta għall-konsegwenzi negattivi tal-pandemija fuq gruppi speċifiċi (eż. ħaddiema tal-indukrar tat-tfal, ħaddiema mid-dar, ħaddiema temporanji u intermittenti, ħaddiema freelancers u ħaddiema staġjonali) u ċerti setturi. F’April, il-Latvja estendiet il-kopertura tal-benefiċċji tal-qgħad għal dawk li jaħdmu għal rashom u għas-sidien tal-mikrointrapriżi affettwati mill-pandemija sa tmiem l-2020. F’Marzu, Spanja adottat miżuri straordinarji sabiex tiżgura appoġġ temporanju għall-introjtu għal gruppi speċifiċi affettwati mill-pandemija. B’mod partikolari, il-miżuri huma mmirati lejn ħaddiema temporanji jew dawk li jaħdmu fis-settur domestiku li l-impjieg tagħhom ġie interrott totalment jew parzjalment (inkluża t-terminazzjoni tal-impjieg) u ma kellhomx aċċess għal benefiċċji tal-qgħad regolari. Il-Finlandja adottat ukoll miżura mmirata sabiex tiżgura li l-benefiċċji tal-qgħad jitħallsu mingħajr deċiżjoni, bħala ħlas bil-quddiem, għal perjodu ta’ sitt xhur minflok il-perjodu normali ta’ xahrejn.

F’dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri rrieżaminaw il-perjodi ta’ kwalifikazzjoni għall-benefiċċji tal-qgħad sabiex isibu l-bilanċ it-tajjeb bejn l-attivazzjoni u l-kundizzjonalità. Fil-Litwanja, il-perjodu meħtieġ sabiex wieħed jikkwalifika għall-benefiċċji tal-qgħad tnaqqas minn 18 għal 12-il xahar fl-2017, filwaqt li żdied minn 9 għal 12-il xahar fil-Bulgarija u fil-Latvja mill-2018 u mill-2020, rispettivament. Mill-2020, il-Latvja naqqset ukoll l-ammonti u d-durata tal-benefiċċji tal-qgħad minn 9 xhur għal 8. Fl-Awstrija huwa meħtieġ rekord tal-assigurazzjoni ta’ 52 ġimgħa (fl-aħħar 24 xahar) għall-applikazzjonijiet għall-ewwel darba, iżda dan jitnaqqas għal 28 ġimgħa għal applikazzjonijiet sussegwenti, u għal 26 ġimgħa (fl-aħħar 12-il xahar) għal ħaddiema taħt il-25 sena. Fl-aħħar nett, fil-kuntest ta’ riforma wiesgħa tas-sistema tal-benefiċċji tal-qgħad tagħha, Franza żiedet it-tul minimu meħtieġ ta’ impjieg minn 4 xhur għal 6 minn Novembru 2019, u żiedet fl-istess ħin id-durata tal-intitolament.

F’ħafna Stati Membri, is-sħab soċjali pprovdew l-aktar kontribut importanti tagħhom lil dawk li jfasslu l-politika fil-qasam tal-protezzjoni u taż-żamma tal-impjiegi. L-involviment tas-sħab soċjali wara t-tifqigħa tal-pandemija kien l-aktar b’saħħtu f’dawk l-Istati Membri bi strutturi ta’ djalogu soċjali żviluppati sew. F’Marzu 2020, il-gvern Daniż u s-sħab soċjali laħqu ftehim tripartitiku sabiex jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi. Fl-Awstrija ntlaħqu ftehimiet simili għall-protezzjoni tal-impjiegi u tal-introjti ta’ appoġġ, flimkien mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ telexogħol wara r-restrizzjonijiet relatati mas-saħħa. Fi Spanja, il-ftehimiet tripartitiċi wasslu għall-estensjoni ta’ skemi għaż-żamma tal-impjiegi tal-anqas sa Jannar 2021, u għall-approvazzjoni ta’ liġi ġdida dwar it-telexogħol. Fil-Ġermanja, diversi setturi, bħas-settur kimiku u dak pubbliku, laħqu ftehimiet bipartitiċi għall-impjiegi u għall-protezzjoni tal-introjtu. Fi Franza u fl-Italja, is-sħab soċjali żviluppaw protokolli ta’ sikurezza sabiex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-impjegati kollha fuq il-post tax-xogħol. F’Ċipru, fl-2020 ġiet introdotta konsultazzjoni ġdida tat-tip pilota sabiex ittejjeb l-effettività tal-proċess u tiffaċilita l-għoti ta’ input fl-istadju inizjali tat-tħejjija tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma (PNR). Fil-Litwanja, inħoloq korp bipartitiku ġdid sabiex irawwem il-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali u sabiex itejjeb l-involviment tagħhom fis-Semestru Ewropew. Ta’ min isemmi wkoll il-kontribut siewi pprovdut mis-sħab soċjali għal inizjattivi riċenti tal-UE bħal, pereżempju, l-Aġenda għall-Ħiliet il-ġdida u l-inizjattiva dwar il-Paga Minima.

L-appoġġ għall-involviment tas-sħab soċjali evolva b’numru ta’ modi fl-Istati Membri. Fi Franza, ir-rekwiżit legali li jitwaqqaf Kumitat Soċjali u Ekonomiku f’kull ditta li tħaddem aktar minn ħdax-il impjegat ilu fis-seħħ minn Jannar 2020. Il-miżura għandha l-għan li tissostitwixxi t-tliet korpi diġà eżistenti għad-djalogu soċjali u li tiddeċentralizza n-negozjati fil-livell tad-ditti. Fil-Portugall, miżura tistabbilixxi ċerti talbiet qabel it-terminazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi, inklużi l-motivazzjoni u r-raġunijiet warajhom. Kwalunkwe waħda mill-partijiet involuti tista’ titlob arbitraġġ mit-Tribunal tal-Impjiegi. F’Ġunju 2020, l-Estonja mmodifikat l-Att dwar it-Trade Unions sabiex tintroduċi multi f’każ ta’ azzjonijiet li jxekklu l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet relatati mat-trade unions. Fi Spanja, il-gvern nazzjonali, it-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi ffirmaw ftehim f’Lulju 2020 sabiex jerġgħu jniedu r-roundtables tripartitiċi li jinnegozjaw riformi tal-impjiegi u soċjali importanti. Il-ħidma f’dawn ir-roundtables ilha sospiża minn Marzu 2019. Fil-Polonja, dispożizzjonijiet ġodda adottati f’Marzu 2020 taw is-setgħa lill-gvern li jkeċċi membri tal-Kunsill tad-Djalogu Soċjali taħt ċerti ċirkostanzi. Dan jimplika indeboliment potenzjali tal-awtonomija tas-sħab soċjali u tbegħid mill-Prinċipju 8 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Ir-reazzjonijiet għall-emerġenza tas-saħħa wrew il-potenzjal għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ riformi. Fi stħarriġ immexxi mill-Eurofound, is-sħab soċjali vvalutaw il-kwalità tal-proċeduri u tal-istrutturi ta’ governanza nazzjonali fis-seħħ għad-diskussjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) bħala simili għall-kwalità ta’ dawk fis-seħħ fis-snin preċedenti. Is-sejbiet juru proċeduri speċifiċi li għandhom l-għan li jiddiskutu l-PNR li ġew immodifikati f’xi pajjiżi biss (eż. il-Belġju). Madankollu, huma jissuġġerixxu wkoll li l-involviment tas-sħab soċjali fl-2020 kien globalment ta’ livell anqas mill-istandards ta’ kwalità normali, b’mod notevoli minħabba l-konsultazzjonijiet u l-iskambji limitati f’numru ta’ Stati Membri. L-istess sejbiet juru li s-sħab soċjali huma ġeneralment sodisfatti bil-kontenut tal-politiki tal-PNR, anke fl-Istati Membri fejn l-involviment tagħhom fil-proċess tas-Semestru Ewropew mhuwiex kompletament istituzzjonalizzat. Fi ftit pajjiżi biss, it-trade unions irrapportaw valutazzjoni pjuttost negattiva tal-kontenut f’dawn id-dokumenti. B’mod ġenerali, dan il-feedback pożittiv jista’ jiġi parzjalment spjegat mill-fatt li s-sħab soċjali f’xi Stati Membri kienu involuti fit-tfassil ta’ wħud mir-risponsi ta’ politika ewlenin fil-livell nazzjonali.

3.4 Linja Gwida 8: Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar

Din it-taqsima tħares lejn l-implimentazzjoni tal-linja gwida nru 8 dwar l-impjiegi, li tirrakkomanda lill-Istati Membri jippromwovu opportunitajiet indaqs, jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. It-Taqsima 3.4.2 tirrapporta dwar il-miżuri ta’ politika mill-Istati Membri fl-oqsma tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, inkluż l-iskemi tal-introjtu minimu, il-benefiċċji tal-familja, il-politiki dwar l-akkomodazzjoni, il-pensjonijiet, il-kura fit-tul, il-kura tas-saħħa u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà.

3.4.1    Indikaturi ewlenin

Id-dinamika pożittiva tal-ekonomija li dehret fis-snin preċedenti kienet kostanti qabel ma faqqgħet il-kriżi tal-COVID-19, bl-introjti aggregati tal-unitajiet domestiċi (GDHI) li kienu qed jiżdiedu fl-Istati Membri kollha tal-EU-27 . L-introjtu tal-unitajiet domestiċi kiber kullimkien fl-Ewropa fl-2019, xprunat minn introjtu ogħla mix-xogħol u f’konformità mal-progress ġenerali tal-introjtu disponibbli gross per capita. Madankollu, il-firxa tar-rata reali ta’ tkabbir tal-GDHI kienet wiesgħa madwar l-Istati Membri. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant komplew il-proċess ta’ konverġenza, u dan juri li l-GDHI żdied b’rata ogħla mill-medja. Min-naħa l-oħra, f’pajjiżi fejn l-introjti tal-unitajiet domestiċi kien naqas l-aktar mill-kriżi tal-2008 ’l hawn, it-tkabbir baqa’ f’livelli baxxi. Il-GDHI per capita f’ħames Stati Membri (Ċipru, l-Italja, Spanja, l-Awstrija u l-Greċja) kien għadu taħt il-livelli milħuqa qabel ir-reċessjoni tal-2008-2009.

Illustrazzjoni 63: L-introjtu reali tal-unitajiet domestiċi kien għadu qed jiżdied qabel il-kriżi tal-COVID-19, iżda r-rati ta’ tkabbir ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri

Il-GDHI reali per capita, indiċi tal-2008 = 100 u tibdil annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, Kontijiet Nazzjonali [nasq_10_nf_tr and namq_10_gdp], kalkoli proprji. Indiċi reali tal-GDHI per capita 2008=100’Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Id-data għall-BG, EL, LU, MT u PL ma kinitx disponibbli fit-28 ta’ Ottubru 2020.

Is-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE) kien qed jonqos għas-seba’ sena konsekuttiva qabel ma laqtet il-kriżi tal-COVID-19, iżda l-progress kien qed jonqos f’pajjiżi b’rati ogħla. Fl-2019, is-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE) fl-EU-27 naqas b’0,5 ta’ punt perċentwali ieħor meta mqabbel mal-2018, għal 21,1 % (jew 2,3 miljun persuna anqas mill-2018). Kien qed iseħħ ċertu grad ta’ konverġenza madwar l-UE (ara Figure 64 ), għalkemm b’pass aktar bil-mod, hekk kif it-titjib f’xi pajjiżi bl-ogħla livelli naqas meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’mod partikolari, fil-Bulgarija r-rata ta’ AROPE kienet biss 0,5 pp aktar baxxa milli fl-2018, meta mqabbla ma’ tnaqqis ħafna akbar fis-snin preċedenti (li wassal għal tnaqqis kumulattiv ta’ 16,8 pp mill-quċċata tal-2012). Bl-istess mod, fir-Rumanija, ir-rata ta’ AROPE naqset b’1,3 pp mill-2018 (-12 pp mill-2012), fil-Latvja b’1,1 pp (-8,9 pp mill-2012) u fl-Ungerija b’0,7 pp biss, meta mqabbla ma’ tnaqqis ta’ 6 pp fl-2018. L-aktar titjib notevoli jista’ jiġi osservat fil-Litwanja (-2 pp), fil-Greċja (-1,8 pp), f’Ċipru (-1,6 pp) u fil-Kroazja (-1,5 pp). Minkejja t-titjib, dawn l-Istati Membri lkoll għadhom ogħla mill-medja tal-UE. Fost il-pajjiżi taħt il-medja tal-UE, is-Slovenja (-1,8 pp) u l-Ġermanja (-1,3 pp) tjiebu, filwaqt li Malta (+ 1,1 pp) u Franza (+ 0,5 pp) urew xi deterjorament. Numru ta’ Stati Membri jippreżentaw disparitajiet reġjonali kbar fir-rati ta’ AROPE (Anness 4).

Illustrazzjoni 64: Is-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali naqas fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri

Il-perċentwal tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, il-livelli tal-2019 u tibdiliet mis-sena preċedenti (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, SILC. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: l-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Interruzzjonijiet fis-serje għall-BE. Id-data għall-IE u għall-IT ma kinitx disponibbli fit-28 ta’ Ottubru 2020.

Is-sehem ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE) kien qed jonqos f’dawn l-aħħar ftit snin qabel il-kriżi tal-COVID-19. Fl-2019, ir-rata ġenerali ta’ AROPE fl-EU-27 kienet ta’ 22,5 % għat-tfal, meta mqabbla ma’ 21,5 % għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (18-64) u ma’ 18,6 % għall-anzjani (65 sena jew aktar). B’mod ġenerali, l-ogħla rati huma rreġistrati fir-Rumanija (35,8 %), fil-Bulgarija (33,9 %), fil-Greċja (30,5 %) u fi Spanja (30,3 %). Bejn l-2018 u l-2019, in-numru ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-EU-27 naqas b’674 000, jiġifieri bi 3,6 %. F’termini relattivi, it-tnaqqis kien l-akbar fil-Latvja (15,0 %), fil-Kroazja (14,7 %) u fid-Danimarka (14,2 %). Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali żdied b’14,5 % fl-Iżvezja (żieda ta’ 2,5 pp mar-rata ta’ AROPE), u b’1,9 % fi Spanja (żieda ta’ 0,8 pp mar-rata ta’ AROPE). Fil-pajjiżi l-aktar sinjuri (eż. il-Lussemburgu, l-Iżvezja jew il-Finlandja), l-għajxien taħt is-soll tal-faqar mhux dejjem jinvolvi li wieħed ikun f’kundizzjoni ta’ deprivazzjoni materjali u soċjali. Min-naħa l-oħra, ħafna tfal f’pajjiżi ifqar isofru minn deprivazzjoni materjali anke jekk l-introjtu tal-familji tagħhom ikun ogħla mis-soll tal-faqar tal-AROP. Huwa anqas probabbli li t-tfal li jikbru fil-faqar jew fl-esklużjoni soċjali jmorru tajjeb fl-iskola, igawdu minn saħħa tajba u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom aktar tard fil-ħajja, minn sħabhom li qegħdin f'qagħda aħjar. L-ixprunatur ewlieni tal-faqar fost it-tfal huwa l-pożizzjoni tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol, li min-naħa tagħha hija marbuta b’mod qawwi mal-livell ta’ edukazzjoni tagħhom, u mal-kompożizzjoni tal-unità domestika. Fl-Istati Membri kollha, ir-riskju ta’ faqar għat-tfal imrobbija minn ġenitur wieħed jew f’familji b’aktar minn 3 itfal jew bi sfond ta’ migrazzjoni jew Rom huwa minn darbtejn sa tliet darbiet ogħla minn dak ta’ tfal oħra. Żvantaġġi bħal dawn spiss imorru flimkien.

Nies li twieldu barra mill-UE jaffaċċjaw riskji akbar ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. Fl-2019, ir-rata ta’ AROPE ta’ persuni li twieldu barra l-UE (18-il sena jew aktar) kienet qrib id-doppju ta’ dik tan-nies imwielda fiha (39 % vs 19,5 %), li timplika distakk ta’ kważi 20 pp. F’dawn l-aħħar snin, dan id-distakk baqa’ stabbli, u jvarja madwar 19,5 pp. F’xi Stati Membri, huwa partikolarment wiesa’: kważi 30 pp fl-Iżvezja, fil-Belġju u fil-Greċja. Il-persuni li twieldu barra mill-UE spiss jesperjenzaw ukoll faqar fost dawk li jaħdmu. Fl-2019, ir-rata rispettiva kienet ta’ 21,2 % meta mqabbla ma’ 7,9 % għan-nattivi. Fil-livell tal-UE, id-distakk bejn iż-żewġ gruppi huwa stabbli, iżda għadu għoli għal xi Stati Membri, b’mod partikolari għal Spanja, għal-Lussemburgu u għall-Iżvezja.

Is-sehem tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar (AROP) baqa’ ġeneralment stabbli qabel il-kriżi tal-COVID-19. B’1,4 miljun persuna anqas f’riskju ta’ faqar fl-EU-27, dan is-sehem naqas bi ftit għal 16,5 % fl-2019 (minn 16,8 % fl-2018) – ara l-panel ta’ fuq tal-Illustrazzjoni 3. Is-sitwazzjoni baqgħet ferm agħar mill-medja fir-Rumanija, fil-Latvja, fil-Bulgarija, fl-Estonja, fi Spanja, fil-Litwanja u fl-Italja, kollha ogħla minn 20 %. Ir-rata ta’ AROP naqset fil-Litwanja (‑2,3 pp), fil-Belġju (-1,6 pp), fis-Slovenja (-1,3 pp), fil-Ġermanja (-1,2 pp) u fil-Kroazja (-1 pp). B’mod ġenerali, wara snin ta’ żidiet u ta’ titjib riċenti, ir-rata medja tal-AROP hija stabbli, lura għal-livell tal-2010. Madankollu, din l-istabbiltà ġenerali hija riżultat ta’ tibdiliet komposti li jvarjaw sew fil-livell tal-Istati Membri. Wieħed josserva deterjorament sinifikanti f’xi Stati Membri (b’aktar minn 2 pp jew aktar fl-Estonja, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fl-Iżvezja u fir-Rumanija) iżda wkoll xi titjib (b’aktar minn 2 pp fil-Kroazja, fil-Greċja u fil-Polonja). L-aħħar stimi bbażati fuq l-Istimi Rapidi tal-Eurostat jindikaw li għall-2019, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ftit li xejn se jaraw tibdil. B’mod partikolari, wieħed jista’ jistenna żieda fir-rata ta’ AROP fis-Slovenja u fl-Iżvezja, u tnaqqis f’Ċipru, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fi Spanja u fir-Rumanija. Fiż-żmien tal-abbozzar, l-istimi rapidi tal-Eurostat li jirreferu għall-introjti tal-2020 (u b’hekk jirriflettu l-impatt tal-kriżi) għadhom mhumiex disponibbli.

Il-kriżi tal-COVID-19 x’aktarx li taggrava l-isfidi eżistenti relatati mal-faqar. Studju riċenti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka esplora l-impatt tal-pandemija fuq l-introjtu tal-unitajiet domestiċi u l-effett ta’ taffija tal-miżuri tal-politika fiskali adottati b’reazzjoni għall-kriżi. B’riflessjoni tal-effett ta’ stabbilizzazzjoni awtomatika tas-sistemi ta’ protezzjoni u ta’ inklużjoni soċjali, kif ukoll tal-miżuri addizzjonali meħuda, ir-rata ta’ AROP tkun tiżdied biss b’medja ta’ 0,1 pp fl-UE. Ir-rata ankrata ta’ AROP tkun tiżdied b’1,7 pp, li jirrifletti t-tnaqqis sostanzjali fis-soll tal-faqar minħabba l-kriżi tal-COVID-19. Il-pajjiżi b’żieda fir-rati ta’ faqar jinkludu l-Ungerija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja, il-Litwanja u ċ-Ċekja. Iż-żieda fil-faqar tkun mifruxa fuq medda simili bħal dik esperjenzata bejn l-2008 u l-2009, minħabba l-kriżi finanzjarja.

Illustrazzjoni 65: Is-sitwazzjoni qed tkompli titjieb b’mod partikolari fir-rigward tad-deprivazzjoni materjali estrema, u tal-persuni li qed jgħixu f’unitajiet domestiċi kważi mingħajr impjieg.

Subindikaturi tar-rata ta’ riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, EU-27

Sors: Eurostat, SILC. Nota: L-indikaturi huma kklassifikati skont l-AROPE fl-2019 (2018 għall-IE u għall-IT). Id-data tal-2019 ma kinitx disponibbli għall-IE u għall-IT fit-28 ta’ Ottubru 2020. Minħabba d-disponibbiltà tad-data, l-aggregat tal-UE għall-2008 jinkludi r-Renju Unit u jeskludi l-Ungerija.

Qabel il-pandemija d-deprivazzjoni materjali tjiebet aktar kważi fil-pajjiżi kollha. Fl-2019, aktar minn 2,2 miljun persuna ħarġu minn qagħda ta’ deprivazzjoni materjali estrema (SMD) fl-EU-27 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, u s-sehem tal-popolazzjoni f’din il-kundizzjoni kien ta’ 5,6 %, nofs punt perċentwali anqas mill-2018 – ara l-panel tan-nofs tal- Figure 65 . It-titjib fid-deprivazzjoni materjali kompla jkabbar it-titjib fl-AROPE, speċjalment bis-saħħa ta’ tnaqqis fir-Rumanija, fil-Polonja, fil-Ġermanja u fi Spanja. Dan jirriżulta f’aktar minn 20 miljun persuna anqas f’deprivazzjoni materjali estrema milli fl-2012, meta l-indikatur laħaq il-quċċata tiegħu. Madankollu, it-tendenza pożittiva tidher li qed tiddgħajjef f’xi wħud mill-pajjiżi bl-ogħla rati (il-Bulgarija, il-Latvja, il-Litwanja u l-Greċja). Madankollu, id-deprivazzjoni materjali u soċjali (jiġifieri l-indikatur imsaħħaħ meta jitqiesu aktar oġġetti u oġġetti relatati soċjalment), kienet qed tonqos malajr f’dawn il-pajjiżi, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija fejn it-titjib kien modest.

Id-dinamika pożittiva tas-suq tax-xogħol kienet qed tappoġġa tnaqqis ulterjuri fis-sehem ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi kważi mingħajr impjieg qabel il-kriżi tal-COVID-19. Fl-2019, is-sehem ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi kważi mingħajr impjieg kien ta’ 8,5 % b’mod kumplessiv fil-pajjiżi tal-EU-27, li juri tnaqqis moderat mis-sena ta’ qabel – ara l-panel ta’ isfel tal- Figure 65 . Filwaqt li x-xejra ġenerali kienet pożittiva jew stabbli kważi fl-Istati Membri kollha (b’xi eċċezzjoni bħal fis-Slovakkja, fin-Netherlands u fl-Awstrija), din ix-xejra x’aktarx li titreġġa’ lura minħabba l-kriżi tal-COVID-19, u tirrifletti żidiet fil-qgħad u tnaqqis fin-numru ta’ sigħat maħduma, kif enfasizzat fil-kapitolu 3.1.

Fl-2019, il-faqar fost dawk li jaħdmu baqa’ stabbli f’livelli għoljin minkejja xi tnaqqis notevoli. Wara li fl-2016 laħaq il-quċċata tiegħu ta’ 9,8 % għall-EU-27, il-faqar fost dawk li jaħdmu baqa’ għoli f’livell ta’ 9 % (ftit anqas mil-livell tal-2018 tiegħu ta’ 9,3 %; ara wkoll il-Kapitolu 3.1.1). Il-faqar fost dawk li jaħdmu għadu partikolarment għoli fir-Rumanija (15,4 %), fi Spanja (12,8 %), fl-Italja (12,8 %, fuq il-bażi tad-data tal-2018) u fil-Lussemburgu (12 %). Matul l-aħħar sena, jista’ jiġi osservat titjib f’xi Stati Membri (-1,5 pp fis-Slovenja, -1,1 pp fil-Bulgarija u fil-Ġermanja, -0,8 pp fil-Greċja). Il-persuni b’kuntratti tax-xogħol part-time huma aktar esposti għall-faqar fost dawk li jaħdmu (15,1 % b’mod ġenerali fl-EU-27), iżda f’xi pajjiżi, anke l-persuni b’impjieg full-time jaffaċċjaw riskju relatat għoli. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-Rumanija bi 12,3 %, fi Spanja b’10,7 % u fil-Lussemburgu b’10 %.

L-intensità tal-faqar baqgħet l-istess fl-2019 minkejja t-titjib ġenerali fil-livelli tal-introjtu. L-ispariġġ tal-faqar juri d-distanza tal-introjtu medjan ta’ persuni f’riskju ta’ faqar mis-soll tal-faqar. Dan l-ispariġġ kien ta’ 24,4 % fl-EU-27 fl-2019, kważi l-istess meta mqabbel mal-2018. Fost il-pajjiżi bl-akbar spariġġ tal-faqar (aktar minn 25 % fir-Rumanija, fi Spanja, fl-Ungerija, fil-Latvja, fil-Bulgarija, fil-Greċja, fil-Kroazja u fil-Litwanja), l-indikatur tjieb biss fir-Rumanija, fil-Litwanja u fil-Greċja fl-2019. Fl-Ungerija, l-ispariġġ tal-faqar żdied b’4,8 pp. Żdied ukoll f’pajjiżi b’livelli aktar baxxi mill-medja (l-Awstrija +2,2 pp, l-Iżvezja +1,8 pp u l-Ġermanja +1,2 pp). F’ħafna każijiet, l-intensità tal-faqar ma naqsitx b’mod sinifikanti minkejja t-titjib ġenerali fis-sitwazzjoni soċjoekonomika ta’ qabel il-pandemija.

Illustrazzjoni 66: L-ispariġġ medjan relattiv tar-riskju tal-faqar minn unitajiet domestiċi kważi mingħajr impjieg

L-ispariġġ medjan relattiv tar-riskju tal-faqar għal unitajiet domestiċi kważi mingħajr impjieg, 2017-2019

Sors: Komputazzjoni proprja fuq Eurostat, mikrodata tal-SILC.

Il-faqar fost l-unitajiet domestiċi b’intensità tax-xogħol baxxa huwa aktar profond milli għal gruppi oħra. Fl-EU-27, l-ispariġġ tal-faqar għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (18-64) li tgħix f’unitajiet domestiċi (kważi) mingħajr impjieg baqa’ stabbli fil-livell ta’ 36,2 % fl-2019 (36,5 % fl-2018). Is-Slovakkja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Italja u r-Rumanija għadhom jirreġistraw l-akbar spariġġi fil-faqar, minkejja xi titjib ( Figure 66 ). L-indikatur huwa anqas minn 20 % fin-Netherlands u fil-Finlandja. L-akbar żieda hija osservata fil-Lussemburgu (+9,4 pp). Rati għoljin jissuġġerixxu adegwatezza u kopertura batuti tal-benefiċċji, peress li dawn ma jmorrux tajjeb sabiex jimlew din il-lakuna.

Il-persuni b’diżabbiltà għandhom probabbiltà ferm akbar li jkunu fir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali mill-persuni mingħajr diżabbiltà. Fl-2019, 28,5 % tal-persuni b’diżabbiltà fl-EU-27 kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, meta mqabbla ma’ 18,6 % tal-persuni mingħajr diżabbiltà, u dan juri spariġġ ta’ 9,9 pp. Is-severità tad-diżabbiltà hija fattur ta’ spjegazzjoni importanti ħafna, b’34,7 % ta’ dawk b’diżabbiltà severa li għandhom 16-il sena jew aktar li jinsabu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, meta mqabbla ma’ 26 % ta’ dawk b’diżabbiltà moderata.

Illustrazzjoni 67: L-inugwaljanza fl-introjtu naqset bi ftit b’mod ġenerali, b’żidiet moderati f’xi Stati Membri.

Proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu u bidla annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali).

Sors: Eurostat, SILC. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Interruzzjonijiet fis-serje għall-BE. Id-data għall-IE, FR, IT, LV u SK ma kinitx disponibbli fit-28 ta’ Ottubru 2020.

Filwaqt li l-inugwaljanza ġenerali fl-introjtu kompliet tonqos bi ftit bħala medja, id-dinamika tagħha tissuġġerixxi dgħufija tal-konverġenza fost l-Istati Membri qabel il-kriżi tal-COVID-19. Fl-2019 fl-EU-27 is-sehem tal-introjtu tal-ogħla 20 % tad-distribuzzjoni tal-introjtu kien 5 darbiet akbar mis-sehem tal-20 % tal-qiegħ tad-distribuzzjoni tal-introjtu, ftit anqas mill-proporzjon tas-sena ta’ qabel (5,05). Dan l-indikatur tal-inugwaljanza fl-introjtu baqa’ għoli, ferm ogħla minn 7, b’mod partikolari fil-Bulgarija u fir-Rumanija (it-tnejn jitqiesu bħala “sitwazzjonijiet kritiċi” skont il-metodoloġija tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali – ara l- Figure 67 ). It-titjib kien limitat, speċjalment fost il-pajjiżi bl-ogħla livelli ta’ inugwaljanzi fl-introjtu. Madankollu, l-inugwaljanzi naqsu b’mod sinifikanti fil-Litwanja (“dgħajfa iżda qed titjieb”) u fil-Greċja (“aħjar mill-medja” minħabba t-titjib reċenti). Tnaqqis ieħor jista’ jiġi osservat fil-Ġermanja u fil-Belġju. B’mod ġenerali, hemm konverġenza limitata fost il-pajjiżi, bl-esklużjoni tal-Bulgarija bħala eċċezzjoni b’żieda sinifikanti fil-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu (+0,44). Skont stimi preliminari miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-miżuri ta’ politika jkunu jistgħu jikkumpensaw b’mod kumplessiv għall-effett tal-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 li jżid l-inugwaljanza. Filwaqt li l-kriżi tal-COVID-19 tkun tikkawża, waħedha, żieda sostanzjali fl-inugwaljanza (+3,3 % fl-indiċi Gini), il-miżuri ta’ politika jnaqqsu l-inugwaljanzi b’1 %. B’paragun ma’ dan, il-kriżi tal-2008/2009 wasslet għal tnaqqis żgħir fl-inugwaljanza fl-introjtu.

Iż-żieda kumplessiva fl-inugwaljanza fl-introjtu matul l-aħħar deċennju kienet xprunata minn żieda fl-inugwaljanzi fil-livell inferjuri tad-distribuzzjoni tal-introjtu. L-inugwaljanza fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu kollha kemm hi tista’ tkun magħmula minn dik fil-parti ta’ fuq u dik fil-parti ta’ isfel tagħha. Il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu, S50/S20, ikejjel ir-relazzjoni bejn l-ishma tal-introjtu fil-medjan u fl-20 % tal-qiegħ tad-distribuzzjoni tal-introjtu. Dan il-kejl kien ta’ 2,29 fl-2019, stabbli meta mqabbel mal-2018 (2,3). L-irkupru ppermetta tnaqqis ulterjuri mill-ogħla livell tal-2016 (2,36), iżda ma setax jikkumpensa bis-sħiħ għaż-żieda ġenerali osservata mill-2010 (minn 2,21) – ara l- Figure 68 , li jispjega ż-żieda ġenerali fl-inugwaljanzi fl-introjtu matul id-deċennju. B’mod simili, l-S80/S50 ikejjel l-inugwaljanza fil-parti ta’ fuq tad-distribuzzjoni tal-introjtu. Fil-verità dan l-indikatur baqa’ ġeneralment stabbli u saħansitra naqas bi ftit matul id-deċennju (minn 2,2 għal 2.17).

Illustrazzjoni 68. Matul l-aħħar deċennju, l-inugwaljanza żdiedet fil-qiegħ tad-distribuzzjoni tal-introjtu

Dekompożizzjoni tax-xejriet tal-inugwaljanza fl-introjtu matul l-aħħar deċennju.

Sors: komputazzjoni proprja fuq id-data tal-Eurostat dwar l-SILC.

L-introjtu tal-40 % tal-qiegħ tal-popolazzjoni kompla jiżdied kemxejn aktar malajr mill-medja. Is-sehem tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi fl-40 % ta’ isfel tad-distribuzzjoni tal-introjtu kien qed jiżdied bil-mod sal-2019, f’konformità mat-titjib moderat f’indikaturi oħra tal-inugwaljanza fl-introjtu. Il-medja tal-UE laħqet il-21,33 % fl-2019, meta mqabbla ma’ 21,19 % fl-2018 (minn minimu ta’ 20,9 % fl-2014 u fl-2015). L-unitajiet domestiċi fl-40 % tal-qiegħ tad-distribuzzjoni ggwadanjaw fis-sehem tal-introjtu primarjament fil-Ġermanja, fil-Greċja, fil-Litwanja u fl-Ungerija, filwaqt li s-sehem tal-introjtu tagħhom naqas fil-Bulgarija, fil-Lussemburgu, fil-Polonja u fl-Iżvezja.

Sal-2017 (is-sena tal-aħħar data disponibbli), in-nefqa fuq il-protezzjoni soċjali fl-UE kompliet tiżdied kważi fl-Istati Membri kollha u marret għal pensjonijiet tal-irtirar u għal ħtiġijiet tas-saħħa. Iż-żidiet fl-infiq soċjali fis-snin 2012 sal-2017 kienu prinċipalment dovuti għal aktar żidiet fl-infiq fuq ix-xjuħija (parzjalment minħabba fatturi demografiċi), ħlief għall-Greċja, u fuq il-kura tas-saħħa. B’kuntrast ma’ dan, in-nefqa fuq il-qgħad stabbilizzat ruħha wara l-2010 u naqset mill-2014, hekk kif l-ambjent ekonomiku tjieb. Expenditure on families, housing and combating social exclusion has increased slightly since 2013. L-ispejjeż tal-mard u tad-diżabbiltà kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tkabbir ġenerali fin-nefqa fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ħlief fil-Greċja u fil-Polonja, fejn naqsu.

Illustrazzjoni 69: L-impatt tal-benefiċċji soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar qed jiddgħajjef f’xi Stati Membri.

L-impatt tat-trasferimenti soċjali (għajr il-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar u tibdil annwali (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali).

Sors: Eurostat, SILC. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Interruzzjonijiet fis-serje għall-BE. Id-data għall-IE, għall-IT u għall-SK ma kinitx disponibbli fit-28 ta’ Ottubru 2020.

Filwaqt li l-impatt tat-trasferimenti soċjali (esklużi l-pensjonijiet) fuq il-faqar huwa stabbli, għad hemm differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri f’termini ta’ livelli u ta’ dinamika. Kumplessivament, dan l-indikatur baqa’ stabbli fl-2019 għall-EU-27 meta mqabbel mas-sena preċedenti (32,65 % vs 32,8 % fl-2018). Madankollu, il-prestazzjoni u d-dinamika jvarjaw ħafna – ara l- Figure 69 . Il-pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni huma l-Finlandja, l-Awstrija, id-Danimarka u s-Slovenja, b’ċifri ogħla minn 45 %, filwaqt li l-agħar għadhom ir-Rumanija, il-Greċja, Spanja, il-Bulgarija u l-Portugall, b’ċifri taħt jew qrib l-24 %. Il-Litwanja u l-Latvja, rispettivament taħt u qrib il-medja tal-UE, juru titjib sostanzjali (+8,7 pp u +4,3 pp), filwaqt li l-Lussemburgu, Malta u b’mod partikolari fl-Ungerija naqsu b’mod sinifikanti (b’6,4 pp, b’4,3 pp u b’10,3 pp rispettivament). Il-graff ma turix relazzjoni ċara bejn il-livelli u t-tibdiliet.

Il-kriżi tal-COVID-19 hija tfakkira serja tal-importanza tal-protezzjoni soċjali. Il-mekkaniżmi tal-assigurazzjoni soċjali jistgħu jgħinu sabiex “jiċċattjaw” il-kurva tal-pandemija billi jippermettu lill-ħaddiema jibqgħu d-dar meta jkun hemm bżonn. Dawn jistgħu wkoll itaffu l-effetti ekonomiċi u soċjali ta’ tnaqqis fl-attività ekonomika, filwaqt li jappoġġaw lill-ħaddiema permezz tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Madankollu, dawn il-mekkaniżmi mhux dejjem ikunu disponibbli għal ħaddiema mhux standard u għal dawk li jaħdmu għal rashom. Barra minn hekk, jistgħu ma jkunux biżżejjed jew adegwati fi żminijiet ta’ pandemija.

Minkejja l-miżuri tal-gvernijiet adottati sabiex jipproteġu l-impjiegi (eż. skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar), sas-sajf tal-2020 kien hemm sinjali ta’ żieda notevoli fin-numru ta’ benefiċjarji tal-benefiċċji tal-qgħad (ara wkoll il-kapitolu 3.3). Fost dawk il-pajjiżi li għalihom hemm data riċenti disponibbli, iż-żieda relattiva fil-benefiċjarji tal-benefiċċji tal-qgħad minn Frar 2020 kienet partikolarment b’saħħitha (aktar minn 50 %) fl-Awstrija, fl-Estonja, fi Spanja, fl-Ungerija, f’Malta u fis-Slovakkja. B’kuntrast ma’ dan, ma kienx hemm wisq x’jiġi indikat f’dan l-istadju f’termini ta’ xejriet li qed jinbidlu fin-numru ta’ benefiċjarji tal-benefiċċji tal-assistenza soċjali u tal-benefiċċji tad-diżabbiltà, hekk kif ġeneralment ma deher l-ebda sinjal immedjat ċar ta’ żieda fil-livelli tal-benefiċjarji fuq il-bażi taċ-ċifri disponibbli.

Il-qafas ta’ monitoraġġ dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali juri li għad hemm lakuni sinifikanti fil-protezzjoni ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ħaddiema mhux standard. Xi gruppi ta’ persuni li jaħdmu għal rashom ma għandhomx aċċess għall-benefiċċji tal-mard f’erba’ Stati Membri, għall-assigurazzjoni tal-qgħad fi ħdax, u għall-assigurazzjoni kontra l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali f’disgħa. Ir-rapport ta’ monitoraġġ juri li l-aċċess għall-protezzjoni soċjali jista’ jkun ukoll aktar limitat għal xi forom ta’ ħaddiema mhux standard. Dawn il-lakuni jistgħu jikkonċernaw xogħol każwali, xogħol fuq talba, kuntratti fissi għal terminu qasir, xogħol staġjonali, apprendistati jew traineeships. Eżempji speċifiċi għall-pajjiż ta’ forom mhux standard ta’ xogħol huma xogħlijiet żgħar fil-Ġermanja, kuntratti tad-dritt ċivili fil-Polonja, ftehimiet sabiex jitwettaq xi xogħol fiċ-Ċekja, ftehimiet ta’ xogħol b’introjtu irregolari fis-Slovakkja, ħaddiema domestiċi fi Spanja, kuntratti simplifikati fl-Ungerija. Kuntratti bħal dawn jistgħu jirrappreżentaw proporzjon imdaqqas mis-suq tax-xogħol.

Għalkemm huma koperti b’mod formali, xi ħaddiema mhux standard u dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu de facto jkollhom aċċess limitat għall-protezzjoni soċjali. Aċċess limitat ifisser li l-ħaddiema ma jkunux jistgħu jibnu u jieħdu intitolamenti adegwati li jkunu jistgħu jibbażaw fuqhom jekk jinqala’ l-bżonn. L-ostakli jinkludu perjodi minimi ta’ kwalifika, ħinijiet ta’ stennija u nuqqas ta’ trasferibbiltà tad-drittijiet tal-protezzjoni soċjali. Id-drittijiet tal-protezzjoni soċjali mhux dejjem jiġu ppreservati, akkumulati u/jew ittrasferiti meta l-individwi jagħmlu tranżizzjoni bejn statuses differenti tas-suq tax-xogħol. Hekk kif id-dinja tax-xogħol tinbidel, din il-flessibbiltà qiegħda ssir dejjem iktar importanti u nuqqas ta’ trasferibbiltà jista’ jxekkel id-dinamiżmu tas-suq tax-xogħol u l-adattament għalih. Nuqqas ta’ regolamentazzjoni, kostijiet għoljin u regoli differenti li jirregolaw skemi differenti jistgħu jkunu ostaklu għat-tranżizzjonijiet bejn setturi jew forom ta’ impjieg f’diversi Stati Membri. Fl-aħħar nett, f’ħafna pajjiżi n-nuqqas ta’ informazzjoni trasparenti dwar id-drittijiet tas-sigurtà soċjali ma jippermettix lin-nies jieħdu deċiżjonijiet informati.

Il-miżuri temporanji ma jiħdux post il-ħtieġa li tiġi estiża l-protezzjoni soċjali għal dawk li mhumiex koperti fuq bażi aktar permanenti. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri li ttieħdu fil-bidu tal-kriżi tal-COVID-19 ġew ippreżentati bħala temporanji fin-natura tagħhom. F’fażi ta’ rkupru, huma meħtieġa sforzi sostnuti sabiex tinżamm u tissaħħaħ il-protezzjoni soċjali għal kulħadd, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom. Filwaqt li tibni fuq ir-reazzjoni għall-kriżijiet, il-protezzjoni ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ħaddiema mhux standard jenħtieġ li tittejjeb aktar fuq bażi strutturali, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni dwar l-Aċċess għall-protezzjoni soċjali.

L-adegwatezza tal-iskemi ta’ introjtu minimu kienet qed tonqos kważi fl-Istati Membri kollha meta mqabbla mas-sollijiet tal-faqar u mal-introjtu ta’ dawk li jaqilgħu paga baxxa. L-adegwatezza tal-benefiċċji ta’ introjtu minimu tista’ tiġi mmonitorjata,, kemm billi jitqabbel l-introjtu tal-benefiċjarji mas-soll nazzjonali tal-faqar kif ukoll mal-introjtu ta’ ħaddiem b’paga baxxa. Dawn ir-referenzi jipprovdu indikazzjoni tal-impatt ta’ tnaqqis tal-faqar fl-introjtu, kif ukoll id-dimensjoni tal-attivazzjoni u l-effetti potenzjali ta’ diżinċentiv tal-iskemi, rispettivament. Għall-aħħar sena tal-introjtu disponibbli (2018), l-adegwatezza tal-iskemi tal-introjtu minimu naqset b’mod ġenerali fl-EU-27, u dan jirrifletti li l-introjtu tal-benefiċjarji tal-introjtu minimu kien għadu lura meta mqabbel mal-iżviluppi ġenerali tal-introjtu fl-espansjoni ekonomika ta’ qabel il-kriżi tal-COVID-19. Filwaqt li tali erożjoni fl-adegwatezza hija ġenerali, it-tnaqqis huwa aktar sostanzjali f’xi pajjiżi, meta mqabbel mal-introjtu ta’ ħaddiem b’paga baxxa (l-Estonja -18,2 pp, iċ-Ċekja ‑7 pp, il-Lussemburgu -5,8 pp). F’żewġ pajjiżi biss, l-adegwatezza tal-introjtu minimu hija qrib is-soll tal-faqar (l-Irlanda u n-Netherlands), filwaqt li baqgħet taħt terz tas-soll tal-faqar fir-Rumanija, fil-Bulgarija, fl-Ungerija, fl-Italja, fiċ-Ċekja u fis-Slovakkja.

Illustrazzjoni 70: L-adegwatezza tal-appoġġ għall-introjtu minimu fi Stati Membri differenti tvarja ħafna

L-introjtu nett tal-benefiċjarji ta’ introjtu minimu bħala % tas-soll tar-riskju ta’ faqar (illivellat fuq tliet snin) u tal-introjtu ta’ ħaddiem b’paga baxxa (sena tal-introjtu 2018)

Sors: Eurostat, OECD.

Noti: Iċ-ċarts jikkonċernaw persuni waħedhom mingħajr tfal. L-introjtu nett ta’ benefiċjarju tal-introjtu minimu jista’ jinkludi wkoll tipi oħra ta’ benefiċċji (eż. allowances għall-akkomodazzjoni) minbarra l-introjtu minimu. Il-ħaddiem b’paga baxxa kkunsidrat jaqla’ 50 % tal-paga medja u jaħdem full-time. Għal xi Stati Membri (IE, IT u SK), minħabba li d-data dwar is-soll tal-AROP tal-SILC tal-2019 għadha mhijiex disponibbli, is-soll ta’ AROP użat għat-tqabbil fiċ-ċart ġie llivellat biss fuq l-aħħar sentejn li għalihom hemm data disponibbli, minflok ma ġie livellat fuq l-aħħar tliet snin kif sar għall-SM l-oħra.

Qabel ma faqqgħet il-pandemija, il-kopertura tal-benefiċċji soċjali għall-ifqar nies kienet ġeneralment stabbli. Ir-rata tal-benefiċjarji tal-benefiċċji tkejjel is-sehem ta’ individwi fl-età tax-xogħol (bejn 18 u 59 sena) li jirċievu kwalunkwe benefiċċju (minbarra l-benefiċċji marbuta mal-età) fost il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar. Dan l-indikatur juri medda minn 42,1 % fi Spanja għal 96,1 % fid-Danimarka b’medja tal-EU-27 ta’ 63,9 %, li naqset bi ftit (-2 pp) mis-sena ta’ qabel.

Error! No sequence specified. Illustrazzjoni 71: F’diversi Stati Membri sehem kbir tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar ma jirċievi l-ebda benefiċċju

Ir-rata tal-benefiċjarji tal-benefiċċji (is-sehem ta’ individwi ta’ età bejn 18 u 59 sena li jirċievu kwalunkwe benefiċċju soċjali minbarra dak marbut mal-età) fost il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar, 2018

Sors: komputazzjoni proprja fuq data tal-SILC mill-ESTAT.

L-inabbiltà li wieħed iżomm id-dar sħuna qed tonqos u tvarja ħafna minn pajjiż għal ieħor. Din id-dimensjoni tal-faqar enerġetiku naqset bħala medja bejn l-ogħla livell ta’ 11,2 % fl-2012 għal 7,3 % fl-2019. Il-perċentwal tal-popolazzjoni li ma tistax tissodisfa l-ħtiġijiet tat-tisħin naqas drastikament (b’5 pp jew aktar) f’Malta, fil-Bulgarija, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Ċipru, fil-Greċja, fil-Polonja, fil-Portugall, fl-Italja u fir-Rumanija, filwaqt li żdied b’2,3 pp fis-Slovakkja u b’1,8 pp fil-Lussemburgu. Fl-EU-27, 18,8 % tal-persuni f’riskju ta’ faqar kienu affettwati (meta mqabbla ma’ 5 % għal persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’60 % jew aktar tal-introjtu medjan ekwivalizzat). Persuni waħedhom fl-età ta’ 65 sena jew aktar (10,2 %), jew ġenituri waħedhom (10,5 %) kienu aktar f’riskju mill-popolazzjoni medja. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Faqar Enerġetiku li ġiet adottata dan l-aħħar tipprovdi gwida u fehim ulterjuri tal-faqar enerġetiku fl-UE, flimkien mal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri – u l-valutazzjonijiet tagħhom mill-Kummissjoni.

L-adegwatezza tal-pensjonijiet marret xi ftit għall-agħar fl-2019. Ir-rata ta’ AROPE fost dawk li għandhom 65 sena u aktar żdiedet bi ftit fl-EU-27 minn 18,7 % fl-2018 għal 18,9 % fl-2019, għalkemm għadha sew ’l isfel mill-2008 (23,3 %). Id-differenzi bejn il-ġeneri jippersistu (16,1 % fost l-irġiel akbar fl-età, 21 % fost in-nisa akbar fl-età). Ir-rata tvarja ħafna bejn l-Istati Membri, minn 9,6 % fil-Lussemburgu għal 47,1 % fil-Bulgarija. Iż-żieda fir-rata ta’ AROPE hija prinċipalment dovuta għall-faqar relattiv, peress li s-soll tal-faqar żdied fis-27 pajjiż kollha ħlief fl-Iżvezja. Għall-kuntrarju, ir-rata ta’ deprivazzjoni materjali estrema kompliet fil-perkors tagħha ta’ tnaqqis: wara li naqset minn 7,5 % fl-2008 għal 4,7 % fl-2018, reġgħet naqset għal 4,4 % fl-2019. Il-proporzjon aggregat tas-sostituzzjoni naqas ukoll bi ftit, minn 58 % fl-2018 għal 57 % fl-2019, li jindika deterjorament relattiv tal-benefiċċji tal-pensjoni fir-rigward tal-introjtu tard mix-xogħol; għadu ogħla milli kien fl-2008 (52 %). Id-differenza bejn il-ġeneri (bin-nisa li għandhom proporzjon ta’ sostituzzjoni aktar baxx bħala medja) naqset minn 5 għal 4 pp u baqgħet sostanzjalment kostanti mill-2008, minkejja l-gwadanji relattivi fl-impjieg tan-nisa.

Id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi qed tkompli tonqos bil-mod. Id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi ilha tonqos b’madwar 1 pp fis-sena mill-2010 u kienet ta’ 29,1 % fl-2018 (grupp ta’ età 65-74 sena). Ċifri riċenti mill-2019 juru li d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi kienet l-ogħla fil-Lussemburgu, f’Malta, fin-Netherlands (aktar minn 40 %), fl-Awstrija, f’Ċipru (ftit aktar minn 35 %) filwaqt li l-iżgħar diskrepanzi (anqas minn 10 %) ġew irreġistrati fl-Estonja (0,2 %), fid-Danimarka (6,7 %) u fis-Slovenja (9,4 %).

Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tenfasizza l-ħtiġijiet tal-kura tal-anzjani. Mit-tifqigħa tal-COVID-19, għoxrin fil-mija tan-nies ta’ 50 sena u aktar li kellhom bżonn il-kura sabu li kien sar aktar diffiċli li jirċievu l-kura li kienu jeħtieġu; dan kien jew minħabba li l-persuni li jindukraw ma setgħux jilħquhom, jew minħabba li ma setgħux jibqgħu jaffordjawha.

B’mod ġenerali, l-affordabbiltà tal-abitazzjonijiet għall-unitajiet domestiċi Ewropej kompliet titjieb fl-2019, għalkemm b’differenzi importanti bejn l-Istati Membri. Fl-2019, 9,3 % tal-popolazzjoni tal-EU-27 kienet tgħix f’unitajiet domestiċi li nefqu 40 % jew aktar mill-introjtu disponibbli ekwivalizzat tagħhom fuq l-abitazzjoni (kejl tal-piż eċċessiv tal-kost tal-abitazzjoni). Din ir-rata kienet l-ogħla fil-Greċja (36,2 %), segwita mill-Bulgarija u mid-Danimarka (aktar minn 15 %) u l-aktar baxxa fil-Finlandja, f’Malta u f’Ċipru (anqas minn 4 % tal-popolazzjoni). Fi ħdan il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar, ir-rata ta’ piż eċċessiv tal-kost tal-abitazzjoni kienet ogħla b’mod sinifikanti (35 % fl-2019), b’disparitajiet importanti fost l-Istati Membri. Fil-Greċja, 88 % tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar kienet mgħobbija żżejjed bil-kostijiet tal-abitazzjoni, 74 % fid-Danimarka u 48 % fil-Bulgarija u fil-Ġermanja. Fl-istess ħin fil-Litwanja, fil-Latvja, fil-Finlandja, fl-Estonja, f’Ċipru u f’Malta anqas minn 20 % tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar kienu jonfqu 40 % jew aktar tal-introjtu disponibbli fuq il-kostijiet tal-abitazzjoni. B’mod ġenerali, l-inkwilini, jew fis-suq tal-kiri privat jew fis-suq bi prezz imnaqqas, huma aktar affettwati mill-affordabbiltà tal-abitazzjoni mis-sidien b’ipoteka. Ir-rata tal-piż eċċessiv tal-kost tal-abitazzjoni kienet l-ogħla fil-bliet (11,9 %) meta mqabbla maż-żoni rurali (6,8 %).

Il-kwalità tal-abitazzjoni tjiebet matul l-aħħar għaxar snin, iżda xorta waħda 4 % tal-popolazzjoni tal-EU-27 kienet għexet f’abitazzjonijiet li kienu ffullati żżejjed jew li kienu jbatu minn kwistjonijiet importanti relatati mal-kwalità. Kwistjonijiet bħal dawn inkludew in-nuqqas ta’ banju jew ta’ tojlit, saqaf iqattar fl-abitazzjoni, jew abitazzjoni meqjusa mudlama wisq. L-iffullar jew abitazzjonijiet ta’ kwalità batuta jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-persuni f’riskju ta’ faqar u lil min jikri, b’mod partikolari dawk fis-suq tal-kiri ssussidjat. Il-persuni li twieldu barra mill-UE affaċċjaw ukoll aktar diffikultajiet sabiex jaċċessaw abitazzjoni diċenti b’rata ogħla ta’ ffullar (27,6 % kontra 14,2 % għan-nattivi) u piż eċċessiv tal-kost tal-abitazzjoni (19,1 % meta mqabbla ma’ 8,8 % għan-nattivi) fl-2019.

Il-problema ta’ persuni mingħajr dar ilha tiżdied fl-Unjoni Ewropea b’numri li komplew jiżdiedu b’mod konsistenti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri matul dawn l-aħħar għaxar snin. L-istudji jistmaw li tal-anqas 700 000 persuna qed jorqdu barra jew f’abitazzjoni ta’ emerġenza jew temporanja fi kwalunkwe lejl fl-UE, 70 % aktar minn għaxar snin ilu. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ persuni mingħajr dar qed jespandi għal gruppi differenti fis-soċjetà. Pereżempju, fl-Irlanda, is-sena l-oħra, terz tal-persuni mingħajr dar f’abitazzjoni temporanja kienu tfal. Fl-Iżvezja, bejn l-1993 u l-2017, is-sehem ta’ nisa fost il-popolazzjoni mingħajr dar żdied minn 17 % għal 38 %. Fin-Netherlands, in-numru ta’ żgħażagħ mingħajr dar żdied b’aktar mit-triplu bejn l-2009 u l-2018, minn 4 000 għal 12 600. Barra minn hekk, ir-refuġjati u l-applikanti għal ażil huma rrappreżentati żżejjed fost il-popolazzjoni mingħajr dar. Fil-Ġermanja, il-familji bit-tfal jammontaw għal 27,2 % tar-refuġjati mingħajr dar, meta mqabbla ma’ 13 % għall-bqija tal-popolazzjoni mingħajr dar. Fil-belt ta’ Barċellona, 52,3 % tal-persuni mingħajr dar huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi. U fil-Greċja, 51 % tat-3 774 minorenni mhux akkumpanjati huma mingħajr dar. Persuni li jesperjenzaw il-problema ta’ persuni mingħajr dar jaffaċċjaw ukoll inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa: rati għoljin ta’ kundizzjonijiet kroniċi ta’ saħħa mentali u fiżika, problemi ta’ abbuż ta’ sustanzi u stennija tal-għomor imnaqqsa.

Il-kriżi tal-COVID-19 poġġiet is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri taħt stress bla preċedent. Minbarra li tikkontesta l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-kriżijiet tal-Istati Membri, hija aggravat l-isfidi strutturali eżistenti relatati mal-effettività, mal-aċċessibbiltà u mar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Dawn huma relatati, pereżempju, ma’ finanzjament insuffiċjenti għall-investimenti fis-saħħa (inkluż għat-tħejjija u għar-reazzjoni għall-kriżijiet), il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni limitati tal-kura, il-kura primarja dgħajfa, l-ostakli persistenti għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-ħtiġijiet mhux issodisfati għall-kura medika. Diffikultajiet bħal dawn affettwaw b’mod qawwi lil dawk l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari minħabba pagamenti għoljin li kellhom jitħallsu mill-but.

Is-sehem tal-popolazzjoni li tirrapporta ħtiġijiet perċepiti mhux issodisfati għall-kura medika għadu juri varjazzjoni kbira fost l-Istati Membri, kemm fil-livelli kif ukoll fit-tibdiliet. Għall-kuntrarju tas-sena ta’ qabel, fl-2019 jidher li hemm korrelazzjoni negattiva bejn il-livell u t-tibdiliet fil-ħtiġijiet mhux issodisfati għall-kura medika, li jfisser li l-pajjiżi fejn il-ħtiġijiet perċepiti mhux issodisfati huma l-akbar, raw tnaqqis relattivament aktar b’saħħtu matul l-aħħar perjodu ( Figure 72 ). F’ċerti Stati Membri, il-kostijiet u ż-żminijiet ta’ stennija għadhom ostakli importanti għall-aċċessibbiltà tal-kura tas-saħħa. Il-proporzjon tal-popolazzjoni tal-UE li qed taffaċċja ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għall-kura medika minħabba kostijiet għoljin wisq, ħinijiet ta’ stennija twal wisq jew distanza tal-ivvjaġġar twila wisq, kien stabbli b’medja ta’ 1,8 % fl-2019 (l-istess rata bħal tal-2018). Dan il-proporzjon xorta qabeż il-5 % fl-Estonja u fil-Greċja, bir-Rumanija u bil-Finlandja qrib dan is-soll. L-aktar żieda viżibbli fl-2019 ġiet irreġistrata għad-Danimarka. Fl-2019, il-persuni b’diżabbiltà jaffaċċjaw livell ogħla ta’ 4,2 % ta’ ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għal eżami mediku u għal kura medika, meta mqabbla ma’ dawk mingħajr diżabbiltà, b’livell ta’ 1 %. Partikolarment żvantaġġati huma dawk b’diżabbiltajiet severi (5,6 %).

F’xi pajjiżi l-livell ta’ introjtu jew l-istatus ta’ attività għandhom rwol importanti fl-ispjegazzjoni ta’ aċċess problematiku għall-kura medika. Għalkemm il-maġġoranza tal-pajjiżi ma jurux differenzi sinifikanti skont l-istatus ta’ attività ( Figure 73 ), f’xi wħud minnhom il-persuni qiegħda (l-Estonja u l-Greċja) u l-persuni rtirati (l-Estonja, il-Greċja u r-Rumanija) għandhom diffikultajiet importanti fl-aċċess għall-kura tas-saħħa, b’aktar minn 10 % ta’ ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, persuni mill-kwintil bl-introjtu l-aktar baxx jaffaċċjaw ħtiġijiet ogħla mhux issodisfati għall-kura tas-saħħa (ara l-Illustrazzjoni fil-Messaġġi Ewlenin). Il-piż għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx huwa partikolarment għoli fil-Greċja (+10 pp meta mqabbel mal-popolazzjoni totali) u fil-Latvja (aktar minn 4,5 pp meta mqabbel mal-popolazzjoni totali).

Illustrazzjoni 72: Ġiet irreġistrata varjazzjoni kbira fil-ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għall-kura medika fl-Istati Membri kollha qabel il-kriżi tal-COVID-19

Il-ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għall-kura medika (indikatur ewlieni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat, SILC. Perjodu: il-livelli tal-2019 u t-tibdiliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness. Data mhux disponibbli għall-IE, FR, IT u SK fit-28 ta’ Ottubru 2020.

Illustrazzjoni 73: F’xi pajjiżi, persuni qiegħda jew irtirati jirrapportaw ħtiġijiet akbar mhux issodisfati għall-kura medika

Ħtiġijiet awtorapportati mhux issodisfati għal eżami mediku skont l-istatus ta’ attività (2019)

Sors: Eurostat [hlth_silc_13]. Data mhijiex disponibbli għal FR, IE, IT u SK.

Meta wieħed jaġġusta skont il-kompożizzjoni tal-età, il-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati kienu aktar probabbli fost il-popolazzjoni li twieldet barra mill-UE (meta mqabbla man-nattivi). Dan kien evidenti speċjalment fl-Estonja u fil-Greċja u sa ċertu punt fl-Iżvezja, fl-Italja, fid-Danimarka u fil-Latvja. Tali tendenza tista’ tkun relatata ma’ diversi fatturi bħan-nuqqas ta’ aċċess minħabba l-istatus ta’ residenza jew assigurazzjoni tas-saħħa limitata (f’xi pajjiżi), nuqqas ta’ għarfien dwar kif għandhom jiġu aċċessati s-servizzi, ir-riżorsi finanzjarji, il-konċentrazzjoni tal-migranti f’żoni żvantaġġati b’anqas aċċess għas-servizzi tas-saħħa, u sistemi nazzjonali mhux adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-migranti. Dawn il-fatturi, flimkien mas-sitwazzjoni tal-abitazzjoni u l-esponiment fuq il-post tax-xogħol, jispjegaw għaliex il-migranti ġew affettwati aktar mill-pandemija tal-COVID-19. Fost il-migranti li jirresjedu fl-UE, ir-refuġjati (u l-applikanti għal ażil) jistgħu jkunu partikolarment f’riskju.

In-numru medju ta’ snin ta’ ħajja fi stat tajjeb ta’ saħħa li wieħed jista’ jistenna fl-età ta’ 65 sena baqa’ stabbli fl-2018). Issa dan huwa ta’ 9,8 snin għall-irġiel u 10,0 snin għan-nisa. Filwaqt li l-ogħla numru ta’ snin ta’ ħajja fi stat tajjeb ta’ saħħa ta’ 65 sena huwa mistenni fl-Iżvezja, f’Malta, fl-Irlanda u fi Spanja (aktar minn 12-il sena għaż-żewġ ġeneri), l-istennija tal-ħajja fi stat tajjeb ta’ saħħa hija partikolarment baxxa fil-Latvja, fis-Slovakkja u fil-Kroazja (madwar 5 snin).

Il-kura tas-saħħa tiġi ffinanzjata permezz ta’ skemi differenti, filwaqt li l-importanza relattiva ta’ kull skema tvarja fost l-Istati Membri. Fl-2018, il-ħlasijiet mill-but, jiġifieri n-nefqa tal-unitajiet domestiċi fuq is-saħħa (inklużi prodotti mediċi) mhux rimborżata minn xi skema jew imħallsa bħala qsim tal-ispejjeż ma’ skema organizzata, kienu ogħla minn 30 % tan-nefqa kurrenti fuq is-saħħa fil-Bulgarija, fil-Greċja, f’Ċipru, fil-Latvja u fil-Litwanja ( Figure 74 ).

Is-sistemi tal-kura fit-tul (LTC) kienu affettwati ħafna mill-pandemija, minħabba l-vulnerabbiltà għolja tal-utenti tagħhom għall-marda (minħabba x-xjuħija, il-komorbiditajiet, jew id-diżabbiltajiet tagħhom). Diversi sfidi relatati mal-COVID għal-LTC, li jvarjaw minn disponibbiltà limitata ta’ data, sitwazzjonijiet diffiċli għall-ħaddiema u għall-persuni li jindukraw b’mod informali, diskontinwità tas-servizzi, kwistjonijiet ta’ kapaċità għall-ittestjar u għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali sa ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta’ persuni anzjani u ta’ persuni b’diżabbiltà, speċjalment dawk b’diżabbiltajiet intellettwali u severi, ħarġu fil-beraħ matul l-aħħar ġimgħat. Xi wħud minnhom jirrappreżentaw sfidi ġodda relatati mal-kriżi (eż. il-kapaċità tal-ittestjar), filwaqt li f’każijiet oħra l-pandemija tal-COVID-19 kixfet u aggravat l-isfidi strutturali eżistenti (eż. fir-rigward tal-aċċess għall-kura u tal-forza tax-xogħol).

Il-ħtieġa għal kura fit-tul (LTC) qed tikber hekk kif il-popolazzjoni fl-UE qed tixjieħ. Matul is-sitt deċennji li ġejjin (sal-2070), in-numru ta’ Ewropej ta’ 80 sena u aktar huwa mistenni jirdoppja u l-proporzjon ta’ dipendenza tal-età avvanzata (persuni ta’ 65 sena u aktar meta mqabbel ma’ dawk li għandhom bejn 15 u 64 sena) huwa mistenni li jaqbeż minn 29,6 % fl-2016 għal 51,2 % fl-2070. Fl-UE se jkun hemm biss 2 persuni fl-età tax-xogħol għal kull persuna ta’ 65 sena u aktar) kontra 3,3 persuni fl-2016. Ir-riskju li wieħed isir dipendenti huwa ogħla lejn l-età avvanzata, meta n-nies huma aktar suxxettibbli li jsiru fraġli (27,3 % tal-persuni ta’ 65 sena u aktar u 41,5 % ta’ 75 sena u aktar jirrapportaw diffikultajiet serji fil-kura personali jew fl-attivitajiet domestiċi).

Illustrazzjoni 74: F’xi Stati Membri, il-ħlasijiet mill-but jirrappreżentaw sehem kbir tan-nefqa totali fuq il-kura tas-saħħa

Nefqa fuq il-kura tas-saħħa skont is-sors ta’ finanzjament, 2018

Sors: Eurostat [hlth_sha11_hf]. Noti: id-data miġbura skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2015/359 rigward l-istatistika dwar in-nefqa u l-finanzjament għall-kura tas-saħħa (manwal tal-2011 tas-Sistema ta’ Kontijiet tas-Saħħa). Data mhijiex disponibbli għall-FI u għal MT.

Sehem kbir ta’ dawk bi bżonnijiet ma għandhomx aċċess għal servizzi ta’ kura personali. Bħala medja fl-EU-27 fl-2014 (l-aħħar punt ta’ data disponibbli), 52 % ta’ dawk b’diffikultajiet serji fil-kura personali jew fl-attivitajiet domestiċi ma kellhomx għajnuna f’dawk l-attivitajiet, 37 % kellhom biżżejjed assistenza u 11 % ma kellhomx bżonn assistenza. Għal ħafna unitajiet domestiċi, huwa diffiċli li wieħed jaċċessa servizzi professjonali ta’ kura fid-djar, u l-fatturi inibittivi ewlenin għan-nuqqas ta’ użu tal-kura fid-djar kienu raġunijiet finanzjarji (35,7 %), nuqqas ta’ disponibbiltà (9,7 %), rifjutati mill-persuna fil-bżonn (5 %) u kwalità mhux sodisfaċenti (2,1 %). Madwar l-EU-27, 6,3 % tal-popolazzjoni adulta pprovdiet kura informali lill-familja jew lill-ħbieb.

Hija prevista żieda sinifikanti fil-ħtiġijiet tal-kura fit-tul. L-LTC hija l-aktar infiq soċjali li qed jiżdied malajr meta mqabbla mas-saħħa u mal-pensjonijiet. Huwa previst li n-nefqa pubblika tal-UE fuq l-LTC se tiżdied minn 1,6 % għal 2,7 % tal-PDG bejn l-2016 u l-2070, b’varjazzjonijiet sinifikanti madwar l-UE (ara l-Illustrazzjoni 72).

Ir-rwol li qed jinbidel tan-nisa fis-soċjetà jinteraġixxi mat-tibdiliet demografiċi u mal-għoti ta’ kura fit-tul fl-UE. Għalkemm id-differenzi bejn il-ġeneri jippersistu (ara l-Kapitolu 3.2) in-nisa qed jipparteċipaw dejjem aktar fis-suq tax-xogħol – żvilupp pożittiv f’kuntest ta’ soċjetajiet li qed jixjieħu u ta’ popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos. Minħabba ż-żieda fil-mobilità u fil-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, in-nisa huma anqas kapaċi jipprovdu kura fit-tul lil xi ħadd fl-ambjent soċjali tagħhom. Għalhekk, il-ħtieġa għal servizzi ta’ kura fit-tul adegwati u affordabbli hija saħansitra aktar urġenti.

3.4.2    Miżuri meħuda mill-Istati Membri

L-Istati Membri ħadu miżuri ta’ emerġenza sabiex jirrispondu għall-impatti soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, spiss flimkien ma’ riformi kontinwi sabiex itejbu l-protezzjoni soċjali għal persuni f’riskju ta’ faqar. Ħafna Stati Membri introduċew miżuri sabiex jappoġġaw l-introjtu tal-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet fraġli ħafna. Il-miżuri inkludew iż-żieda tal-benefiċċji eżistenti jew il-provvista ta’ servizzi in natura addizzjonali, l-illaxkar tar-regoli tal-eliġibbiltà u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, jew l-introduzzjoni ta’ benefiċċji temporanji ġodda. Dawn il-miżuri temporanji kienu maħsuba b’mod speċjali sabiex jappoġġaw lil persuni li mhumiex intitolati għall-benefiċċji tal-qgħad u b’introjtu baxx ħafna. Pereżempju, l-Italja introduċiet “introjtu ta’ emerġenza” (Reddito di emergenza) sabiex tappoġġa familji b’introjtu baxx (potenzjalment miljun persuna) li mhumiex koperti mill-iskema ta’ introjtu minimu jew minn miżuri oħra implimentati fil-kuntest tal-kriżi (bħal skemi ta’ suppliment tal-pagi jew benefiċċji għal professjonijiet regolati). Somma f’daqqa ta’ kważi EUR 200 tħallset lill-familji bi tfal taħt l-14-il sena li kienu fuq liv bla ħlas matul il-konfinament fil-Bulgarija, fejn il-gvern kompla jagħti benefiċċji ta’ assistenza soċjali billi taffa r-rekwiżiti marbuta mal-attendenza regolari għall-edukazzjoni. Il-Finlandja appoġġat l-aktar familji ekonomikament vulnerabbli intitolati għal introjtu minimu, fejn il-miżuri ta’ limitazzjoni li jirriżultaw mill-pandemija kienu jinvolvu kostijiet addizzjonali. Fir-rigward tal-miżuri permanenti, Spanja adottat skema nazzjonali ta’ introjtu minimu, li tistabbilixxi limitu minimu fit-territorju kollu, b’regoli komuni f’termini ta’ eliġibbiltà, ta’ durata u ta’ ammont. Hija mistennija testendi l-kopertura tal-iskemi reġjonali eżistenti, kif ukoll tnaqqas id-disparitajiet reġjonali. L-iskema nazzjonali hija kompatibbli ma’ introjtu baxx mix-xogħol, għalkemm qed jitħejjew regoli speċifiċi dwar dan il-punt, kif ukoll miżuri oħra ta’ attivazzjoni. Fi SM oħra saru xi tibdiliet permanenti fuq skala iżgħar. Fil-Latvja, mill-1 ta’ Jannar 2021, il-livell ta’ introjtu minimu garantit (GMI) se jiżdied minn EUR 64 għal EUR 109 fix-xahar għal kull persuna f’unità domestika. Fil-Bulgarija ġie introdott “Introjtu Bażiku għat-Tisħin” ġdid permezz ta’ twessigħ tal-kriterji ta’ aċċess u permezz ta’ żieda fl-ammonti (żieda ta’ 24,5 % fl-ammonti, u 21 % aktar persuni koperti meta mqabbla mal-2018).

Il-kriżi tal-COVID-19 poġġiet pressjoni bla preċedent fuq is-servizzi soċjali mmirati. Ħafna servizzi soċjali mmirati ma tqisux essenzjali u ma setgħux ikomplu l-operazzjonijiet tagħhom matul il-lockdowns. Dan affettwa b’mod sproporzjonat lill-persuni fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli li kienu jiddependu mill-provvista kontinwa ta’ dawn is-servizzi, b’mod partikolari l-persuni mingħajr dar, il-persuni b’diżabbiltà, l-unitajiet domestiċi midjuna, it-tfal, il-persuni li jbatu minn vjolenza domestika, minn vizzji u l-unitajiet domestiċi li jiddependu miż-żjarat tal-assistenti soċjali. L-effett negattiv kien jikkonċerna b’mod partikolari s-servizzi pprovduti minn NGOs jew minn intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Il-provvista ta’ servizzi u l-ilħiq tal-benefiċjarji kienu affettwati minn nuqqas ta’ persunal, minn nuqqas ta’ pjanijiet ta’ kontinwità tan-negozju, minn implimentazzjoni limitata tat-teknoloġiji tal-ICT, minn problemi ta’ komunikazzjoni, u minn diffikultajiet fil-koordinazzjoni ma’ partijiet konċernati oħra, bħall-amministrazzjoni pubblika, il-fornituri ta’ servizzi u l-NGOs. F’dan il-kuntest diffiċli, l-Istati Membri ħadu miżuri ppjanati u ta’ emerġenza pożittivi. Bħala eżempju ta’ dan tal-aħħar, fi Spanja ġew ittrasferiti riżorsi addizzjonali mill-baġit nazzjonali għas-servizzi soċjali tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet, bl-għan li jiġu assistiti l-persuni vulnerabbli, b’mod partikolari l-anzjani u l-persuni dipendenti. Barra minn hekk, il-gvernijiet lokali ġew awtorizzati jinvestu s-surpluses tal-baġit tal-2019 fl-indirizzar tal-konsegwenzi tal-pandemija (madwar EUR 300 miljun). Fir-rigward tal-miżuri ppjanati, l-Estonja adottat programm ta’ mentoraġġ sabiex tappoġġa l-muniċipalitajiet fit-twettiq tal-kompiti tagħhom ta’ assistenza soċjali, tappoġġa l-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet ta’ assistenza soċjali u ttejjeb il-kwalità tal-miżuri ta’ assistenza soċjali fil-livell lokali. Miżura oħra pprovdiet miżuri ta’ riabilitazzjoni soċjali mingħajr lista ta’ stennija fil-każ ta’ disturbi psikoloġiċi għall-ewwel darba sabiex tiżgura appoġġ f’waqtu u mingħajr interruzzjoni. Ir-Rumanija aġġornat il-kostijiet standard tas-servizzi soċjali għal kategoriji vulnerabbli ta’ benefiċjarji: tfal, adulti b’diżabbiltà, anzjani dipendenti, vittmi ta’ vjolenza domestika, jew servizzi soċjali għall-aggressuri. Iż-żieda fin-nefqa tvarja bejn 44 % u 98 % skont tipi differenti ta’ servizzi. L-azzjonijiet rispettivi twettqu wkoll fil-livell lokali u jinkludu: il-posponiment tal-pagamenti għal ċerti servizzi mħallsa, ir-riallokazzjoni tal-persunal, l-allokazzjoni ta’ faċilitajiet addizzjonali (inkluż għal persuni mingħajr dar), it-tnedija ta’ teleservizzi u t-trasferiment tas-servizzi online.

L-Istati Membri ħadu miżuri sabiex jappoġġaw l-aċċess għal servizzi essenzjali u jindirizzaw il-faqar enerġetiku, anke b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19. Il-miżuri li jappoġġaw l-aċċess għal persuni fil-bżonn għal servizzi essenzjali – bħall-ilma, is-sanità, l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjonijiet diġitali u s-servizzi finanzjarji – ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Dawn jinkludu miżuri ġenerali ta’ politika soċjali mmirati lejn unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew foqra, bħal appoġġ għall-introjtu sabiex jaffordjaw servizzi jew jgħinuhom iħallsu l-kontijiet tagħhom, vawċers, linji ta’ kreditu u sussidji, eżenzjonijiet mit-taxxa, interventi diretti fit-tnaqqis tal-prezz tas-servizzi u miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur, bħall-provvista minimu ta’ servizzi u l-protezzjoni minn skonnessjonijiet. Xi Stati Membri kienu qed jadattaw l-oqfsa ta’ politika tagħhom sabiex iwessgħu l-appoġġ u jiffaċilitaw l-aċċess matul dawn l-aħħar snin. Pereżempju, fir-Rumanija, ġew introdotti benefiċċji ġodda fi flus għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb u għad-drenaġġ għall-popolazzjoni b’introjtu baxx. Fl-Italja, mill-2021, il-bonusijiet għall-ilma u għall-enerġija se jiġu applikati b’mod awtomatiku għall-kontijiet, f’tentattiv sabiex jiżdiedu r-rati ta’ użu tal-benefiċċji. Filwaqt li ġew żgurati servizzi essenzjali matul il-kriżi tal-COVID-19, gruppi vulnerabbli jistgħu jaffaċċjaw sfidi dejjem akbar sabiex jaċċessawhom u jaffordjawhom. Fil-pakketti ta’ emerġenza, l-Istati Membri adottaw miżuri sabiex jindirizzaw dan ir-riskju. Pereżempju, Spanja kabbret il-grupp ta’ klijenti eliġibbli għat-tariffa soċjali tal-elettriku għal xi wħud li jaħdmu għal rashom. Fl-aħħar nett, ingħatat attenzjoni ġdida lill-faqar enerġetiku bis-saħħa tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u għall-klima (NECPs) u tal-Istrateġija dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. L-NECPs jindirizzaw ukoll l-affordabbiltà ta’ spiss fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-klima. Dan huwa l-każ fl-Awstrija, fil-Belġju, fi Franza, fin-Netherlands jew fid-Danimarka.

Il-kriżi tal-COVID-19 x’aktarx li jkollha impatt partikolarment qawwi fuq familji b’introjtu baxx li għandhom it-tfal. F’ċirkostanzi normali, iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol hija waħda mill-aktar mod effiċjenti sabiex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-faqar fost it-tfal, b’politiki attivi tas-suq tax-xogħol u bl-espansjoni ta’ kura tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità għolja b’sigħat twal tax-xogħol bħala l-miżuri ta’ intervent ewlenin. Madankollu, dan sar diffiċli fil-kuntest tal-COVID-19. Mhux biss il-postijiet tax-xogħol vakanti saru aktar skarsi minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, talli barra minn hekk ħafna faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal irrestrinġew il-kapaċità tagħhom jew is-sigħat tax-xogħol – jew għalqu għalkollox – sabiex jittaffa r-riskju ta’ epidemija. Stat Membru wieħed biss (l-Iżvezja) żamm il-preprimarji u l-iskejjel għat-tfal li għandhom sa 15-il sena miftuħa, u b’hekk ipprovda kura u edukazzjoni ta’ kwalità għat-tfal u ppermetta lill-ġenituri jżommu x-xejriet tax-xogħol kemm jista’ jkun qrib in-normal. It-tweġibiet tal-Istati Membri għal dawn l-isfidi edukattivi ewlenin huma diskussi fid-dettall fit-taqsima 3.2.2.

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri l-ġodda fil-qasam tal-politiki tal-familja kienu parti mir-reazzjoni għall-isfida tal-COVID-19. Dawk normalment ħadu l-forma ta’ benefiċċji finanzjarji addizzjonali u temporanji, immirati lejn it-tfal u l-familji l-aktar vulnerabbli (il-Belġju-il-Fjandri, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Portugall, ir-Rumanija), jew l-estensjoni tal-eliġibbiltà għal benefiċċji li kienu jeżistu qabel (il-Polonja, is-Slovakkja). Barra minn hekk, il-Litwanja, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja żiedu b’mod permanenti l-benefiċċji tal-familja, u l-Polonja estendiet l-eliġibbiltà għall-benefiċċju tat-tfal eżistenti. B’Att ġdid dwar il-Familja, l-Italja qed tippjana li tistabbilixxi allowance universali ta’ kull xahar għat-tfal dipendenti kollha, tirriforma diversi tipi ta’ liv tal-familja, tipprovdi inċentivi għan-nisa b’responsabbiltajiet ta’ indukrar sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u tiżviluppa politiki li jappoġġaw lill-familji bi spejjeż edukattivi u tal-iskola.

Minħabba li l-pandemija tal-COVID-19 x’aktarx li żżid l-inugwaljanzi fl-Ewropa, huma meħtieġa kemm azzjonijiet korrettivi relatati mal-introjtu kif ukoll dawk relatati mal-edukazzjoni. Fosthom tispikka l-Garanzija għat-Tfal, li għandha l-għan li tiżgura aċċess tat-tfal fil-bżonn għal servizzi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u li tinkludi wkoll nutrizzjoni adegwata (li hija essenzjali għal żvilupp b’saħħtu), edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, attivitajiet extrakurrikulari fl-oqsma tal-kultura, tal-isport u tar-rikreazzjoni (li jikkomplementaw l-aspett tal-integrazzjoni soċjali tal-edukazzjoni), u sa fejn ikun possibbli – l-abitazzjoni. Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal se tgħin sabiex ittaffi l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika ta’ wara l-COVID-19: se taħdem sabiex tnaqqas id-diskrepanzi fil-livell nazzjonali f’termini ta’ aċċess għas-servizzi u tippromwovi l-ugwaljanza tal-opportunitajiet.

Filwaqt li l-Istati Membri espandew il-kopertura tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali fis-snin preċedenti fuq bażi permanenti, l-enfasi fl-2020 kienet li jiġu adottati miżuri temporanji sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Il-COVID-19 tefgħet l-attenzjoni fuq persuni li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti b’mod adegwat mill-protezzjoni soċjali, bħal ħaddiema mhux standard jew dawk li jaħdmu għal rashom. Għalhekk, matul l-ewwel xhur tal-kriżi (Marzu/April 2020), il-pajjiżi estendew u żiedu l-iskala tal-iskemi eżistenti, u llaxkaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tagħhom (pereżempju, il-benefiċċji tal-qgħad jew l-iskemi tal-benefiċċji tal-mard). Il-benefiċċji tal-qgħad ġew estiżi (eż. id-Danimarka, il-Greċja, il-Bulgarija jew il-Lussemburgu), żdiedu (il-Bulgarija) jew id-digressività tagħhom ġiet iffriżata, bħal fil-Belġju. Dawk li jaħdmu għal rashom irċivew aktar possibbiltajiet sabiex jibbenefikaw minn skemi ta’ appoġġ għall-introjtu, l-aktar għal perjodu limitat jew permezz ta’ pagamenti ta’ darba (eż. il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Portugall). Pereżempju, fiċ-Ċekja l-Gvern ikkumpensa għat-telf tal-introjtu tal-persuni li jaħdmu għal rashom affettwati minn tnaqqis fil-bejgħ, b’pagament b’rata fissa li jammonta għal CZK 25 000 (madwar EUR 915), għall-perjodu mit-12 ta’ Marzu sat-30 ta’ April. Dan l-aħħar, l-appoġġ ġie estiż għall-perjodu kollu tal-għeluq tal-ħwienet/tal-artiġjani, u l-persuni affettwati li jaħdmu għal rashom se jirċievu CZK 500 kull jum (madwar EUR 18). F’Ċipru, skema ta’ sussidjar tkun tkopri parti mill-ispejjeż operatorji tan-negozji ż-żgħar u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. Il-benefiċċji tal-mard twessgħu sabiex ikopru mit-tieni jum tal-mard (l-Estonja) jew (Ċipru) sabiex ikopru kemm lill-impjegati kif ukoll lil dawk li jaħdmu għal rashom b’kundizzjonijiet tas-saħħa sottostanti li jeħtieġu li jkunu assenti mix-xogħol għal raġunijiet ta’ sikurezza tas-saħħa, u għal każijiet ta’ assenteiżmu obbligatorju skont l-istruzzjonijiet jew l-ordnijiet tal-awtoritajiet (konfinament/kwarantina obbligatorji). Fil-Latvja, l-Istat jassumi r-responsabbiltà għall-perjodu tal-mard li qabel kien jitħallas mill-impjegatur (mit-2ni jum tal-liv), f’każijiet relatati mal-COVID-19 (mard u kwarantina obbligatorja) sa tmiem l-2020.

Il-kriżi tal-COVID-19 ħolqot il-ħtieġa għal miżuri addizzjonali sabiex jiġi indirizzat impatt negattiv sproporzjonat fuq il-persuni b’diżabbiltà. Għalhekk, minbarra l-miżuri permanenti ppjanati, diversi Stati Membri ħadu miżuri temporanji sabiex itaffu s-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà. Kemm il-miżuri permanenti kif ukoll dawk temporanji relatati mal-COVID-19 huma elenkati f’din it-taqsima. Il-Belġju stabbilixxa appoġġ addizzjonali għall-introjtu ta’ EUR 50 fix-xahar għal 6 xhur għall-benefiċjarji ta’ introjtu minimu, ta’ benefiċċju tad-diżabbiltà u tal-garanzija tal-introjtu tal-pensjonanti. Minħabba l-COVID-19, l-Estonja estendiet il-validità tad-drittijiet ta’ diżabbiltà tat-tfal sal-aħħar ta’ Awwissu 2020, b’finanzjament addizzjonali ta’ EUR 0,34 ta’ miljun. Fl-istess ħin, żiedet il-benefiċċji tat-tfal b’diżabbiltà li kienu żdiedu l-aħħar fl-2006. Matul is-sitwazzjoni ta’ emerġenza (sat-18 ta’ Mejju 2020), ġew ipprovduti pagamenti straordinarji ta’ allowances lill-ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali, b’baġit ta’ EUR 10 miljun. L-Estonja tawlet ukoll il-validità tal-livell ta’ diżabbiltà tat-tfal sakemm jilħqu l-età tax-xogħol f’każ ta’ diżabbiltà severa jew profonda mhux mibdula jew progressiva. Qabel, id-diżabbiltà kienet tiġi stabbilita għal sena sa tliet snin. Franza estendiet ċerti drittijiet soċjali bi tliet jew b’sitt xhur, meta dawn id-drittijiet kienu jiskadu bejn it-12 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2020, inklużi allowance għal persuni b’diżabbiltà, allowance għall-edukazzjoni ta’ tfal b’diżabbiltà, u benefiċċju ta’ kumpens għal diżabbiltà. Fir-rigward ta’ miżura permanenti, fil-Bulgarija, il-ħaddiema tas-saħħa u l-assistenti soċjali pprovdew lill-anzjani u lill-persuni b’diżabbiltà servizzi ta’ kura tal-patroċinju li jinkludu żjarat id-dar, pakketti tal-ikel u ikla sħuna, mediċini u oġġetti essenzjali. Il-Latvja ppjanat li żżid l-appoġġ għall-introjtu għall-persuni b’diżabbiltà u tintroduċi assistent għall-persuni b’diżabbiltà fl-edukazzjoni għolja (qabel, l-istudenti b’vista batuta biss kienu intitolati għas-servizzi ta’ assistenti). Il-Litwanja qed tagħmel sforzi sabiex tagħlaq l-istituti kollha sa tmiem l-2020 (ara t-taqsima 3.2). Malta żiedet il-pensjonijiet tad-diżabbiltà u s-Slovakkja żiedet il-benefiċċji tad-diżabbiltà. Il-Portugall stabbilixxa l-istatut legali tal-persuni li jindukraw b’mod informali, issimplifika l-proċess ta’ verifika tad-diżabbiltà fl-istatus tal-persuni li jindukraw b’mod informali, u qed jaħdem fuq il-proġetti pilota sabiex itejjeb is-sitwazzjoni ta’ dawk li jindukraw b’mod informali. Ir-Rumanija aġġornat l-istandards tal-kost tas-servizzi soċjali għall-gruppi vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabbiltà li ilhom ma jiġu aġġornati mill-2015 (ara wkoll aktar ’il fuq).

Matul il-kriżi tal-COVID-19 , ħafna Stati Membri ħadu miżuri ta’ emerġenza sabiex jipproteġu s-sitwazzjoni tal-abitazzjoni ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. Pereżempju, ġiet ipprovduta abitazzjoni ta’ emerġenza għall-persuni mingħajr dar matul il-lockdown, inkluż permezz ta’ hostels u postijiet ta’ kenn ta’ emerġenza. Dan kien il-każ pereżempju fi Franza, fi Spanja u fil-bliet ewlenin fl-Irlanda u fl-Awstrija. Moratorji fuq il-pagamenti tal-kera għal inkwilini affettwati b’mod serju ġew implimentati fi Spanja, fl-Awstrija, fil-Ġermanja jew fil-Portugall, filwaqt li l-Irlanda u l-Lussemburgu nedew appoġġ finanzjarju għall-inkwilini li ma setgħux jonoraw il-pagamenti tal-kera bħala riżultat tal-kriżi. Fil-Greċja, il-gvern awtorizza tnaqqis temporanju (sa 60 %) tal-pagamenti tal-kera għall-kerrejja li tilfu xogħolhom matul il-kriżi. Ittieħdu miżuri simili mill-gvernijiet lokali u f’xi bliet, bħal f’Lisbona u f’Sintra (il-Portugall), fejn il-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali ġew sospiżi għal diversi xhur. L-Italja u n-Netherlands implimentaw miżuri sabiex jipproteġu lid-detenturi ta’ ipoteki kontra r-riskju li jitilfu djarhom, bħas-sospensjoni tal-proċeduri ta’ preklużjoni matul il-perjodu ta’ konfinament. Madankollu, dawn il-miżuri kienu fil-biċċa l-kbira temporanji, u x’aktarx li ma jaqblux mad-durata tal-effetti tal-pandemija globali fuq il-kapaċità tal-unitajiet domestiċi li jaffordjaw il-kostijiet tal-abitazzjoni, speċjalment għal dawk li sofrew minn telf ta’ impjieg jew ta’ introjtu matul il-kriżi. Min-naħa tal-provvista, sfida kbira għall-politika tad-djar hija t-tnaqqis fl-investiment pubbliku fil-provvista tad-djar matul l-aħħar għaxar snin. Xi Stati Membri ħadu passi sabiex iżidu l-provvista tal-akkomodazzjoni soċjali u jappoġġaw l-irkupru tas-settur tal-kostruzzjoni wara l-kriżi. Pereżempju, l-Awstrija, l-Irlanda u n-Netherlands daħħlu fis-seħħ finanzjament addizzjonali u/jew iffaċilitar tal-kundizzjonijiet tas-self, sabiex jipprovdu likwidità lill-iżviluppaturi. Fil-Portugall, ingħataw eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-gwadanji kapitali mill-proprjetà immobbli sabiex jinċentivaw il-kiri fis-suq tal-kiri affordabbli għas-sidien tad-djar li joperaw fis-suq tal-kiri għal vaganzi għal terminu qasir.

Il-pensjonijiet huma s-sors ewlieni ta’ introjtu għal wieħed minn kull erba’ Ewropej u għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tar-reżiljenza tal-ekonomija matul il-kriżi ekonomika tal-COVID-19. Matul l-aħħar sena, qabel it-tifqigħa tal-kriżi tal-COVID-19, fil-kuntest ta’ tkabbir kontinwu fl-impjiegi fl-UE li laħaq l-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat, l-Istati Membri komplew bl-isforzi sabiex jissalvagwardjaw l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Diversi Stati Membri komplew bl-isforzi tagħhom sabiex jippromwovu ħajja tax-xogħol itwal u rtirar aktar tard, prinċipalment permezz ta’ inċentivi u miżuri “ħfief” oħra bħall-iffaċilitar tal-kombinazzjoni tal-pensjonijiet u tal-impjiegi (is-Slovenja), l-iffaċilitar tax-xogħol tal-irtirar differit lil hinn mill-età tal-pensjoni (l-Estonja, l-Iżvezja) u l-estensjoni tal-perjodu ta’ kwalifika (id-Danimarka, il-Litwanja). Pajjiżi oħra kellhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità ta’ żamma tal-introjtu u l-inklużività tas-sistemi tal-pensjonijiet, pereżempju, billi jirrevedu r-regoli tal-akkumulazzjoni tal-pensjonijiet (l-Estonja, il-Litwanja) jew l-indiċjar (il-Kroazja), iżidu l-eżenzjonijiet mit-taxxa (Malta), jintroduċu krediti tal-pensjoni għat-tħaris tat-tfal (is-Slovenja) jew isaħħu t-tfaddil tal-pensjoni okkupazzjonali (in-Netherlands, il-Polonja). Numru ta’ Stati Membri adottaw miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-faqar, l-aktar billi introduċew jew żiedu l-pensjoni bażika jew minima (eż. l-Italja, is-Slovenja, il-Bulgarija) jew billi żiedu suppliment żgħir għall-pensjonijiet kollha matul il-kriżi tal-COVID-19 u pproponew dispożizzjonijiet għal żidiet permanenti (il-Bulgarija). Xi Stati Membri rriformaw kif jiġu ffinanzjati s-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom; eż., il-Litwanja ċaqalqet parti mill-finanzjament mis-sigurtà soċjali għall-baġit ġenerali u għamlet volontarji t-trasferimenti għall-pilastru ffinanzjat statutorju. Fl-istess ħin, sa mill-bidu tal-kriżi, ħafna mill-Istati Membri ma introduċewx riformi sostanzjali relatati mal-kriżi fis-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom, filwaqt li xi riformi ppjanati preċedentement ġew sospiżi (eż. ir-riforma komprensiva tal-pensjonijiet fi Franza).

L-Istati Membri kollha adottaw diversi miżuri temporanji sabiex isaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom b’reazzjoni għall-pandemija u sabiex itejbu r-reżiljenza. Il-miżuri jinkludu fondi addizzjonali allokati sabiex ikopru l-kostijiet tal-kura tas-saħħa mġarrba minħabba l-pandemija tal-coronavirus (pereżempju għar-riorganizzazzjoni tal-forniment tal-kura fl-isptarijiet jew għal prodotti mediċi kritiċi, bħal tagħmir protettiv personali, prodotti farmaċewtiċi jew ventilaturi) u sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (b’mod partikolari dwar il-vaċċini u l-miżuri ta’ reazzjoni għall-kriżijiet). Il-miżuri kellhom l-għan ukoll li jsaħħu s-sistemi tas-saħħa billi jżidu n-numru ta’ sodod tal-kura intensiva, jipprovdu assistenza territorjali lir-reġjuni l-aktar affettwati, iżidu n-numri ta’ persunal tal-kura tas-saħħa (eż. billi jirreklutaw persunal addizzjonali, itejbu l-ħiliet tal-persunal jew iħarrġuh mill-ġdid, iħaddmu studenti tal-mediċina jew ir-riżerva medika), jiffinanzjaw is-sahra tal-persunal tal-kura tas-saħħa li jaħdem fil-konteniment tal-COVID-19, u/jew jagħtu bonus ta’ inċentiv għar-riskju lill-persunal tal-assistenza soċjali u komunitarja, tal-kura tas-saħħa u lill-persunal li jipprovdi kura fil-komunità. L-Istati Membri żiedu u tejbu l-kapaċità tagħhom ta’ ttestjar u tal-laboratorji u qed jadattaw kontinwament ir-regoli dwar l-ittestjar, it-tbegħid fiżiku, l-ivvjaġġar, il-protezzjoni personali u l-kwarantina għas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi rispettivi.

Il-kriżi kixfet id-dgħufijiet strutturali sottostanti tas-sistemi tas-saħħa f’ħafna Stati Membri u enfasizzat il-ħtieġa għal riforma u għal modernizzazzjoni. Dan diġà wassal għal riformi għat-titjib tal-aċċessibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, bħat-tneħħija tat-tariffi għall-utenti tal-kura primarja fl-Irlanda, il-kopertura tal-kura relatata mal-COVID-19 anke għall-persuni mhux assigurati fil-Bulgarija, l-estensjoni tal-kopertura għall-migranti fil-Portugall jew il-kopertura tal-kontribuzzjonijiet għal dawk li ma jaħdmux sa ċertu punt fl-Ungerija, fis-Slovenja, fil-Greċja u fil-Kroazja. Fil-Ġermanja u fi Franza, il-limitazzjonijiet għall-użu tat-telekonsultazzjonijiet komplew jitnaqqsu wara l-kriżi.

L-Istati Membri jkomplu jimmodernizzaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom, eż. billi jżidu l-aċċess u d-disponibbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Xi Stati Membri jipprovdu inċentivi jew għotjiet lil tobba tal-familja jew lil studenti tal-mediċina sabiex jaħdmu f’żoni li mhumiex moqdijin biżżejjed (eż. l-Estonja, il-Latvja, Franza, il-Ġermanja) jew żiedu s-salarji ta’ (ċerti professjonijiet ta’) ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija). Il-kura primarja qed tissaħħaħ bit-twaqqif ta’ ċentri tas-saħħa tal-komunità, ta’ unitajiet tal-kura tas-saħħa lokali, jew ta’ prattiki ta’ gruppi ta’ prattikanti ġenerali (l-Awstrija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija). Il-Litwanja qed tirrapporta progress fit-tqassir tal-listi ta’ stennija u fit-tnaqqis ta’ kopagament għar-riċetti. Ċipru implimenta l-ewwel fażi tal-kura outpatient fl-2019, li hija mistennija li tnaqqas b’mod sinifikanti l-ħlasijiet mill-but u tkompli żżid l-aċċess għall-kura tas-saħħa. Il-fażi finali tar-riforma tas-sistema tas-saħħa ġenerali tnediet fl-1 ta’ Ġunju 2020, bl-introduzzjoni ta’ kopertura tal-kura fl-isptar bħala parti mill-pakkett ta’ benefiċċji. Xi speċjalitajiet oriġinarjament ippjanati li jiġu inklużi fil-fażi 2 (djetetiċi kliniċi, terapisti okkupazzjonali, terapisti tat-taħdit, fiżjoterapisti, psikjatri, dentisti, riabilitazzjoni medika u kura palljativa) ġew posposti għall-ħarifa. Numru ta’ Stati Membri qed jippjanaw jew jimplimentaw ippjanar u/jew taħriġ imtejjeb tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa (l-Iżvezja, il-Ġermanja, Franza, l-Estonja, Spanja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Latvja).

Ikomplu għaddejjin l-isforzi sabiex jitjiebu r-reżiljenza, l-effettività u l-effiċjenza tal-provvista tal-kura. Fil-Finlandja, il-gvern il-ġdid nieda mill-ġdid ir-riforma soċjali u tal-kura tas-saħħa (SOTE) b’xi modifiki, filwaqt li żamm l-attenzjoni fuq l-aċċess imtejjeb għall-kura. L-Awstrija naqqset in-numru ta’ fondi tal-assigurazzjoni minn 21 għal 5 mill-1 ta’ Jannar 2020 sabiex ikun hemm aktar effiċjenza. Qed tiġi żviluppata sistema ġdida għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni fiċ-Ċekja u fil-Latvja, u l-Portugall ħoloq struttura formali għall-evalwazzjoni tal-ġestjoni tal-isptarijiet pubbliċi. Il-Lussemburgu stabbilixxa osservatorju nazzjonali tad-data dwar is-saħħa sabiex itejjeb id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data dwar is-saħħa. Fil-Greċja, awtorità ċentrali ġdida tal-akkwist għas-settur tas-saħħa (EKAPY) se topera l-akkwist ċentrali. Franza qed tkompli bil-konsolidazzjoni tan-networks ta’ sptarijiet għal koordinazzjoni aħjar tal-kura inpatient. Qed jiġu implimentati sistemi ta’ gruppi relatati skont id-dijanjożi (DRG) fiċ-Ċekja u fil-Greċja, u dawn huma ppjanati fil-Lussemburgu. Fil-qasam tal-kura tas-saħħa diġitali, is-sistema ta’ konsultazzjoni elettronika tal-Estonja tippermetti lit-tobba tal-familja jikkonsultaw lill-ispeċjalisti b’mod diġitali dwar il-każijiet diffiċli tagħhom. F’Lulju 2019, il-pajjiż nieda sistema ta’ reġistrazzjoni diġitali ċentrali għall-prenotazzjoni ta’ kura fl-isptarijiet. Iċ-Ċekja u l-Polonja implimentaw bis-sħiħ ir-riċetti elettroniċi, u l-Litwanja qed tittestja mudell għall-provvista ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa mill-bogħod. Il-Ġermanja qed tħejji sabiex mill-2021 ikollha r-rekords mediċi elettroniċi disponibbli għall-pazjenti kollha. Ir-Rumanija qed tippjana li fl-2021 tippreżenta Strateġija tas-Saħħa pluriennali ġdida. Fis-sajf tal-2020 Franza ħabbret investimenti ġodda fil-kura tas-saħħa u tal-anzjani, inkluż fl-infrastruttura, fil-persunal u fis-servizzi diġitali.

Minħabba l-impatt tal-pandemija, ħafna Stati Membri ħadu azzjoni sabiex jipproteġu s-sistemi u l-benefiċjarji tal-kura fit-tul tagħhom, u wħud tejbu s-sitwazzjoni fis-settur formali u informali. Il-Finlandja adottat emendi għall-Att dwar is-Servizzi tal-Kura għall-Persuni Akbar fl-Età sabiex iżżid gradwalment il-livell minimu ta’ persunal u l-kwalità tal-kura għall-kura fuq 24 siegħa u għall-kura istituzzjonali fit-tul għall-persuni akbar fl-età, minn 0,5 impjegati għal kull klijent f’Ottubru 2020 għal 0,7 impjegati għal kull klijent sa April 2023. Il-Portugall stabbilixxa l-istatut legali tal-persuni li jindukraw b’mod informali. Sabiex jipproteġu lil benefiċjarji tal-kura matul il-pandemija, diversi Stati Membri (eż. l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, is-Slovenja) introduċew miżuri sabiex jiżolaw lir-residenti minn benefiċjarji oħra tal-kura fid-djar tal-kura. Tali miżuri jinkludu l-konfinament ta’ persuni li jkunu għadhom kif waslu f’dar tal-kura għal ċertu numru ta’ jiem, is-separazzjoni tal-istituzzjonijiet f’żoni tal-COVID u f’żoni ħielsa mill-COVID u l-iżolament tar-residenti fi kmamar individwali. L-Istati Membri (eż. il-Belġju (Wallonia), l-Estonja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Spanja) introduċew ukoll miżuri għall-ġlieda kontra ż-żieda fis-solitudni li rriżultat mill-pandemija u mill-miżuri ta’ konteniment. Inizjattivi bħal dawn jinkludu l-permess ta’ żjarat ta’ qraba fi djar tal-kura taħt kundizzjonijiet regolati, l-użu ta’ għodod vidjo li jippermettu l-komunikazzjoni bejn ir-residenti tad-djar tal-kura u l-qraba tagħhom u appoġġ psikoloġiku permezz ta’ konsulenza bit-telefown. Hekk kif in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-kura fit-tul (LTC) mar għall-agħar matul il-kriżi, l-Istati Membri (eż. l-Awstrija, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovenja, l-Iżvezja) introduċew jew estendew miżuri sabiex iżidu l-għadd ta’ ħaddiema fl-LTC, inkluż it-tnaqqis temporanju tar-rekwiżiti ta’ kwalifiki sabiex jippermettu r-reklutaġġ rapidu ta’ persunal ġdid, ir-reklutaġġ ta’ voluntiera, ta’ studenti tal-mediċina u ta’ persuni rtirati, ir-rilassament tar-regoli dwar il-ħin massimu tax-xogħol, l-użu mill-ġdid tal-persunal minn setturi oħra, iż-żieda tat-titjib tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid u tal-apprendiment tul il-ħajja fi ħdan is-settur u l-għoti ta’ permess lill-ħaddiema transfruntiera fil-qasam tal-kura sabiex jidħlu fil-pajjiż minkejja l-għeluq tal-fruntieri. L-Istati Membri (eż. il-Litwanja, il-Lussemburgu, is-Slovakkja, Spanja) introduċew ukoll miżuri sabiex jappoġġaw lill-persuni li jindukraw b’mod informali matul il-pandemija, eż. permezz ta’ benefiċċji, il-possibbiltà li jnaqqsu l-ħin tax-xogħol jew l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ liv speċjali.


Brussell, 18.11.2020

COM(2020) 744 final

ANNESSI

tal-

PROPOSTA GĦAL RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEGI MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL


L-ANNESSI

Anness 1. Livelli tal-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

 

Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol

Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ
(% tal-popolazzjoni tal-età ta’ bejn it-18 u l-24 sena)

Differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi (pp)

Proporzjon kwintili tal-introjtu (S80/S20)

F'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali (f’%)

NEETs żgħażagħ (% mill-popolazzjoni totali tal-età ta’ bejn il-15 u l-24 sena)

Sena

2017

2018

2019

Q2

2018

Q2

2019

Q2

2020

2017

2018

2019

2017

2018

2019

Q2

2018

Q2

2019

Q2

2020

EU27

10,5

10,5

10,2

11,8

11,7

11,4

5,0 e

5,1 e

5,0 e

22,5 e

21,6 e

21,1 e

10,4

9,8

11,6

ŻE19

10,9

11,0

10,6

11,3

11,0

10,4

5,1

5,1

5,0 e

22,1

21,6

21,1 e

10,5

9,9

12,0

EUnw

9,4

9,1

8,9

10,6

10,6

10,3

4,9

4,9

4,8

22,8

21,8

21,0

9,5

9,3

10,9

EAnw

9,4

9,1

8,9

10,3

10,0

9,4

4,9

4,8

4,7

22,2

21,7

20,7

9,2

9,1

11,0

BE

8,9 b

8,6

8,4

9,2

8,2

8,3

3,8

3,8

3,6 b

20,6

20,0

19,5 b

9,4

8,2

10,5

BG

12,7

12,7

13,9

8,0

8,2

8,3

8,2

7,7

8,1

38,9

32,8

32,5

15,1

13,6

15,2

CZ

6,7

6,2

6,7

15,4

15,4

15,5

3,4

3,3

3,3

12,2

12,2

12,5

6,0

5,7

6,4

DK

8,8 b

10,4

9,9

7,1

6,9

6,8

4,1

4,1

4,1

17,2

17,0

16,3

7,5

7,1

8,4

DE

10,1

10,3

10,3

8,0

8,3

6,9 pu

4,5

5,1

4,9

19,0

18,7

17,4

5,9

5,6

:

EE

10,8

11,3

9,8

8,7

8,2

7,7

5,4

5,1

5,1

23,4

24,4

24,3

9,4

7,4

7,7

IE

5,0 b

5,0

5,1

11,9

12,8

11,6

4,6

4,2

:

22,7

21,1

:

9,9

9,8

13,2

EL

6,0

4,7

4,1

20,8

20,4

18,9

6,1

5,5

5,1

34,8

31,8

30,0

14,2

11,8

13,3

ES

18,3

17,9

17,3

12,1

11,8

11,0

6,6

6,0

5,9

26,6

26,1

25,3

12,4

12,0

15,1

FR

8,8

8,7

8,2

7,8

7,2

6,8

4,3

4,2

:

17,0

17,4

17,9

10,6

10,2

12,9

HR

3,1

3,3

3,0 u

9,2

11,8

11,5

5,0

5,0

4,8

26,4

24,8

23,3

13,6

10,9

12,9

IT

14,0

14,5

13,5

19,7

19,3

19,9

5,9

6,1

:

28,9

27,3

:

19,6

17,9

20,7

CY

8,5

7,8

9,2

9,9

11,0

12,3

4,6

4,3

4,6

25,2

23,9

22,3

12,6

13,9

14,9

LV

8,6

8,3

8,7

3,7

3,8

4,0

6,3

6,8

:

28,2

28,4

27,3

8,0

8,3

7,5

LT

5,4

4,6

4,0

3,3

2,2

1,4

7,3

7,1

6,4

29,6

28,3

26,3

7,3

8,9

11,0

LU

7,3

6,3

7,2

7,9

9,4

5,6

4,6

5,2

5,3

19,4

20,7

20,6

4,0

5,3

7,5

HU

12,5

12,5

11,8

14,9

15,4

16,6

4,3

4,4

4,2

25,6

19,6

18,9

10,7

11,4

12,1

MT

17,7 b

17,4

17,2

21,8

19,1

19,7

4,2

4,3

4,2

19,3

19,0

20,1

6,7

10,4

9,6

NL

7,1

7,3

7,5 b

10,2

9,5

9,2

4,0

4,1

3,9

17,0

16,7

16,5

4,1

4,2

4,8

AT

7,4

7,3

7,8

9,0

8,7

7,4

4,3

4,0

4,2

18,1

17,5

16,9

6,7

6,8

10,2

PL

5,0

4,8 b

5,2

14,5

15,1

16,2

4,6

4,3

4,4

19,5

18,9

18,2

8,6

8,2

8,9

PT

12,6

11,8

10,6

6,7

6,3

5,6

5,8

5,2

5,2

23,3

21,6

21,6

8,5

8,3

10,3

RO

18,1

16,4

15,3

18,4

18,7

18,4

6,5

7,2

7,1

35,7

32,5

31,2

14,4

14,8

14,4

SI

4,3

4,2

4,6

7,5

7,6

6,7

3,4

3,4

3,4

17,1

16,2

14,4

6,4

6,3

8,7

SK

9,3

8,6

8,3

14,0

13,3

12,8

3,5

3,0

:

16,3

16,3

16,4

10,5

10,2

11,3

FI

8,2

8,3

7,3

3,1

3,0

3,2

3,5

3,7

3,7

15,7

16,5

15,6

8,6

8,3

9,5

SE

7,7

7,5 b

6,5

4,1

4,6

5,2

4,3

4,1

4,3

17,7

18,0

18,8

6,2

5,2

6,7

Sors: Eurostat.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro.

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).



Anness 1 (ikompli). Livelli tal-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

 

Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

Rata ta’ impjieg
(% tal-popolazzjoni bl-età

ta' bejn l-20 u l-64 sena)

Rata tal-qgħad
(% tal-popolazzjoni attiva bl-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

Rata tal-qgħad fit-tul

(% tal-popolazzjoni attiva bl-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

GDHI reali per capita 
(2008 = 100)

Qligħ nett
ta’ ħaddiem waħdu full-time

li jaqla’ l-paga medja (PP)

Sena

Q2

2018

Q2

2019

Q2

2020

Q2

2018

Q2

2019

Q2

2020

Q2

2018

Q2

2019

Q2

2020

2017

2018

2019

2017

2018

2019

EU27

72,4

73,3

72,0

7,3

6,7

6,7

3,3

2,8

2,0

103,3

105,1

107,2

:

:

:

ŻE19

71,9

72,9

71,4

8,2

7,5

7,3

3,9

3,3

2,3

101,1

102,6

104,2

:

:

:

EUnw

73,6

74,7

73,4

6,7

6,0

6,6

2,9

2,3

2,1

106,7

109,2

112,9

19813

20242

20882

EAnw

73,3

74,5

73,0

7,4

6,7

7,2

3,3

2,8

2,5

101,7

104,5

109,1

21420

21843

22311

BE

69,0

71,0

69,6

6,1

5,4

4,9

3,1

2,4

2,0

100,1

100,7

103,3

25373

25710

26364

BG

72,3

75,5

72,3

5,4

4,1

5,6

3,1

2,4

2,2

127,8

:

:

9867

10416

11022

CZ

79,8

80,3

79,6

2,3

1,9

2,3

0,7

0,6

0,5

113,3

117,4

120,6

14683

15320

16098

DK

77,6

78,2

77,5

5,2

5,0

5,4

1,0

0,8

0,8

112,9

115,1

116,9

26902

27131

30668

DE

80,1

81,0

80,3 pu

3,4

3,1

3,5 pu

1,4

1,2

:

109,5

111,5

113,4

27622

28001

28547

EE

79,6

79,4

77,4

5,1

5,1

7,0

1,8

1,1 u

0,9 u

115,1

121,1

129,4

15147

15911

16747

IE

74,0

75,2

72,8

5,8

5,1

4,8

2,1

1,7

1,1

99,8

101,1

104,5

30883

31171

31528

EL

59,3

61,4

60,2

19,5

17,2

16,9

13,8

12,1

11,1

71,0

73,0

:

18914

18855

19103

ES

66,9

68,5

64,7

15,4

14,0

15,3

6,6

5,5

4,3

95,3

96,3

97,1

23316

23190

23327

FR

71,2

71,8

71,1

9,1

8,6

7,3

3,8

3,5

2,4

103,4

104,4

106,3

23102

23360

23974

HR

65,5

66,1

66,8

8,3

6,7

7,0

3,3

2,0 u

1,6 u

101,3

106,2

110,6

13561

13893

14348

IT

63,2

63,7

61,9

10,9

10,0

7,9

6,5

5,6

3,7

92,1

92,9

93,6

21546

21696

21872

CY

74,2

76,2

75,1

8,1

6,9

7,0

2,5

2,1

1,9

89,5

92,5

93,9

20209

23247

23927

LV

76,9

77,5

77,3

7,6

6,4

8,1

3,1

2,5

2,3

109,2

114,8

116,0

10703

11252

11979

LT

77,7

78,5

76,7

6,0

6,2

8,6

2,0

1,8

2,3

118,9

124,5

134,5

11809

12524

13213

LU

71,2

73,1

71,8

5,5

5,4

6,4

1,2

1,3

1,8

104,4

105,7

:

33276

33751

34326

HU

74,5

75,3

74,3

3,6

3,4

4,6

1,4

1,1

0,9

115,2

123,5

127,1

12226

12876

13653

MT

75,3

77,5

77,5

3,8

3,6

4,5

1,6

0,6 u

1,0 u

:

:

:

20694

20945

21453

NL

79,0

80,1

79,7

3,9

3,3

3,8

1,5

1,0

0,8

102,4

104,3

105,3

28553

28565

28914

AT

76,3

76,9

74,5

4,7

4,5

5,6

1,4

1,2

1,3

97,4

98,3

99,2

27698

28280

28601

PL

72,1

73,0

72,9

3,8

3,3

3,1

1,1

0,7

0,6

128,3

131,8

:

14161

14602

15415

PT

75,3

76,0

73,7

7,1

6,6

5,9

3,1

2,9

1,7

101,0

103,9

106,9

15900

15966

16183

RO

69,8

70,9

69,9

4,2

3,8

5,4

1,8

1,5

1,2

126,8

136,8

142,6

10492

11240

12252

SI

75,0

76,6

74,5

5,3

4,2

5,2

2,3

1,8

2,0

102,6

106,4

110,1

15222

15381

15777

SK

72,1

73,4

72,2

6,8

5,8

6,6

4,2

3,3

3,3

114,1

121,5

123,4

12270

12374

12904

FI

76,3

77,3

76,2

7,2

6,6

7,7

1,6

1,1

1,1

104,9

107,0

109,3

24737

24848

25177

SE

82,6

82,3

80,6

6,4

6,5

8,4

1,3

0,9

1,1

117,0

118,0

120,5

26085

26022

26437

Sors: Eurostat, OECD.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro. Il-GDHI reali per capita jitkejjel bl-użu ta’ “introjtu mhux aġġustat” (jiġifieri mingħajr ma jiġu inklużi t-trasferimenti soċjali in natura) u mingħajr korrezzjoni għall-istandards tal-kapaċità tal-akkwist. Il-qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time li jaqla’ l-paga medja jenħtieġ li jinqara u li jiġi interpretat flimkien ma’ indikaturi oħrajn, bħar-rata tal-faqar fost dawk li jaħdmu, il-proporzjon bejn il-ħames u l-ewwel deċil tad-distribuzzjoni tal-pagi (D5/D1) u indikaturi rilevanti oħra tal-MPI/MPPS u tal-QEK. Għal dan l-indikatur, jintużaw medji ta’ 3 snin biex itaffu l-fluttwazzjonijiet fuq perjodu qasir.

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).



Anness 1 (ikompli). Livelli tal-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

 

Appoġġ pubbliku / Protezzjoni u inklużjoni soċjali

L-impatt tat-trasferimenti soċjali (minbarra l-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar (%)

Tfal ta’ inqas minn 3 snin f’indukrar formali tat-tfal (%)

Ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati għall-kura medika (%)

Individwi b’ħiliet diġitali kumplessivi bażiċi jew iktar minn bażiċi (% mill-popolazzjoni tal-età ta’ bejn is-16 u l-74 sena)

Sena

2017

2018

2019

2017

2018

2019

2017

2018

2019

2017

2018

2019

EU27

32,4 e

32,8 e

32,7 e

34,5 e

34,7 e

35,2 e

1,6

1,8 e

1,8 e

55,0

:

56,0

ŻE19

32,0

31,7

32,7 e

39,2

39,2

40,6 e

1,3

1,4

1,4 e

:

:

EUnw

34,3

34,2

34,3

32,1

33,2

35,7

2,5

2,7

2,6

56,8

:

55,9

EAnw

33,8

33,7

34,7

35,3

36,9

41,2

2,7

3,0

2,8

59,7

:

57,9

BE

40,0

35,2

41,7 b

53,2

54,4

55,5 b

2,2

1,8

1,8 b

61,0

:

61,0

BG

19,9

25,4

23,7

9,4

16,2

19,7

2,1

1,9

1,4

29,0

:

29,0

CZ

42,4

38,5

39,2

6,5

9,0

6,3

0,5

0,3

0,5

60,0

:

62,0 b

DK

51,0

47,3

47,3

71,7

63,2

66,0

1,0

1,3

1,8

71,0

:

70,0

DE

33,2

33,3

36,2

30,3

29,8

31,3

0,3

0,2

0,3

68,0

:

70,0

EE

27,3

26,8

28,2

27,1

28,3

31,8

11,8

16,4

15,5

60,0

:

62,0

IE

52,6

51,8

:

34,4

37,7

:

2,8

2,0

:

48,0

:

53,0

EL

15,8

20,3

22,8

20,5

40,9

32,4

10,0

8,8

8,1

46,0

:

51,0

ES

23,9

22,9

23,1

45,8

50,5

57,4

0,1

0,2

0,2

55,0

:

57,0

FR

45,0

44,4

42,1

50,5

50,0

:

1,0

1,2

:

57,0

:

57,0

HR

24,8

24,9

24,7

15,9

17,8

15,7

1,6

1,4

1,4

41,0

:

53,0

IT

19,4

21,6

:

28,6

25,7

:

1,8

2,4

:

: u 

:

42,0 b

CY

35,9

36,4

35,2

28,1

31,4

31,1

1,5

1,4

1,0

50,0

:

45,0

LV

21,9

19,1

23,4

28,4

27,4

28,3

6,2

6,2

4,3

48,0

:

43,0 b

LT

23,2

22,9

31,6

20,3

20,8

26,6

1,5

2,2

1,4

55,0

:

56,0

LU

38,4

40,4

34,0

60,8

60,5

60,0

0,3

0,3

0,2

85,0

:

65,0 b

HU

46,4

48,8

38,5

13,8

16,5

16,9

1,0

0,8

1,0

50,0

:

49,0

MT

30,1

30,6

26,3

36,6

32,1

38,3

0,2

0,2

0,0

57,0

:

56,0

NL

39,7

39,0

38,3

61,6

56,8

64,8

0,1

0,2

0,2

79,0

:

79,0

AT

42,2

43,3

49,2

18,2

20,0

22,7

0,2

0,1

0,3

67,0

:

66,0

PL

37,5

40,3

36,9

11,6

10,9

10,2

3,3 b

4,2

4,2

46,0

:

44,0

PT

22,5

23,8

24,2

47,5

50,2

52,9

2,3

2,1

1,7

50,0

:

52,0

RO

16,6

16,1

15,3

15,7

13,2

14,1

4,7

4,9

4,9

29,0

:

31,0

SI

44,6

43,2

45,5

44,8

46,3

46,9

3,5

3,3

2,9

54,0

:

55,0

SK

29,1

31,1

:

0,6

1,4

:

2,4

2,6

:

59,0

:

54,0

FI

56,9

53,7

54,0

33,3

37,2

38,2

3,6

4,7

4,7

76,0

:

76,0

SE

46,1

43,3

40,8

52,7

49,4

53,1

1,4

1,5

1,4

77,0

:

72,0 u

Sors: Eurostat.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro.

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).



Anness 2. Bidliet u distanza mill-UE fl-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

 

Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol

Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ
(% tal-popolazzjoni tal-età ta’ bejn it-18 u l-24 sena)

Differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi
(pp)

Proporzjon kwintili tal-introjtu (S80/S20)

F'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali (f’%)

NEETs żgħażagħ (% mill-popolazzjoni totali tal-età ta’ bejn il-15 u l-24 sena)

Sena

2019

Q2–2020

2019

2019

Q2–2020

 

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

EU27

-0,3

1,3

-0,1

-0,3

1,1

0,0

-0,1

0,2

0,0

-0,5

0,1

0,1

1,8

0,7

0,3

ŻE19

-0,4

1,7

-0,2

-0,6

0,1

-0,3

-0,1

0,2

0,0

-0,5

0,1

0,1

2,1

1,1

0,6

EUnw

-0,2

0,0

0,0

-0,3

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

-0,6

0,0

0,0

1,5

0,0

0,0

EAnw

-0,2

0,0

0,0

-0,6

-0,9

-0,3

-0,1

-0,1

0,0

-0,7

-0,2

0,0

1,7

0,1

0,2

BE

-0,2

-0,5

0,0

0,1

-2,0

0,4

-0,2 b

-1,2

-0,1

-0,5 b

-1,5

0,1

2,3

-0,4

0,8

BG

1,2

5,0

1,4

0,1

-2,0

0,4

0,4

3,3

0,5

-0,3

11,5

0,3

1,6

4,3

0,1

CZ

0,5

-2,2

0,7

0,1

5,2

0,4

0,0

-1,5

0,1

0,3

-8,5

0,9

0,7

-4,5

-0,8

DK

-0,5

1,0

-0,3

-0,1

-3,5

0,2

0,0

-0,7

0,0

-0,7

-4,7

-0,1

1,3

-2,5

-0,2

DE

0,0

1,4

0,2

-1,4 pu

-3,4

-1,1

-0,2

0,1

-0,1

-1,3

-3,6

-0,7

:

:

:

EE

-1,5

0,9

-1,3

-0,5

-2,6

-0,2

0,0

0,3

0,0

-0,1

3,3

0,5

0,3

-3,2

-1,2

IE

0,1

-3,8

0,3

-1,2

1,3

-0,9

:

:

:

:

:

:

3,4

2,3

1,9

EL

-0,6

-4,8

-0,4

-1,5

8,6

-1,2

-0,4

0,3

-0,4

-1,8

9,0

-1,2

1,5

2,4

0,0

ES

-0,6

8,4

-0,4

-0,8

0,7

-0,5

-0,1

1,1

-0,1

-0,8

4,3

-0,2

3,1

4,2

1,6

FR

-0,5

-0,7

-0,3

-0,4

-3,5

-0,1

:

:

:

0,5

-3,1

1,1

2,7

2,0

1,2

HR

-0,3 u

-5,9

-0,1

-0,3

1,2

0,0

-0,2

-0,1

-0,2

-1,5

2,3

-0,9

2,0

2,0

0,5

IT

-1,0

4,6

-0,8

0,6

9,6

0,9

:

:

:

:

:

:

2,8

9,8

1,3

CY

1,4

0,3

1,6

1,3

2,0

1,6

0,3

-0,2

0,3

-1,6

1,3

-1,0

1,0

4,0

-0,5

LV

0,4

-0,2

0,6

0,2

-6,3

0,5

:

:

:

-1,1

6,3

-0,5

-0,8

-3,4

-2,3

LT

-0,6

-4,9

-0,4

-0,8

-8,9

-0,5

-0,7

1,6

-0,6

-2,0

5,3

-1,4

2,1

0,1

0,6

LU

0,9

-1,7

1,1

-3,8

-4,7

-3,5

0,2

0,5

0,2

-0,1

-0,4

0,5

2,2

-3,4

0,7

HU

-0,7

2,9

-0,5

1,2

6,3

1,5

-0,1

-0,6

-0,1

-0,7

-2,1

-0,1

0,7

1,2

-0,8

MT

-0,2

8,3

0,0

0,6

9,4

0,9

-0,1

-0,6

-0,1

1,1

-0,9

1,7

-0,8

-1,3

-2,3

NL

0,2 b

-1,4

0,4

-0,3

-1,1

0,0

-0,1

-0,9

-0,1

-0,2

-4,5

0,4

0,6

-6,1

-0,9

AT

0,5

-1,1

0,7

-1,3

-2,9

-1,0

0,1

-0,6

0,2

-0,6

-4,1

0,0

3,4

-0,7

1,9

PL

0,4

-3,7

0,6

1,1

5,9

1,4

0,1

-0,4

0,2

-0,7

-2,8

-0,1

0,7

-2,0

-0,8

PT

-1,2

1,7

-1,0

-0,7

-4,7

-0,4

-0,1

0,4

0,0

0,0

0,6

0,6

2,0

-0,6

0,5

RO

-1,1

6,4

-0,9

-0,3

8,1

0,0

-0,1

2,3

-0,1

-1,3

10,2

-0,7

-0,4

3,5

-1,9

SI

0,4

-4,3

0,6

-0,9

-3,6

-0,6

0,0

-1,4

0,0

-1,8

-6,6

-1,2

2,4

-2,2

0,9

SK

-0,3

-0,6

-0,1

-0,5

2,5

-0,2

:

:

:

0,1

-4,6

0,7

1,1

0,4

-0,4

FI

-1,0

-1,6

-0,8

0,2

-7,1

0,5

0,0

-1,1

0,1

-0,9

-5,4

-0,3

1,2

-1,4

-0,3

SE

-1,0

-2,4

-0,8

0,6

-5,1

0,9

0,2

-0,5

0,2

0,8

-2,2

1,4

1,5

-4,2

0,0

 

Sors: Eurostat.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro. Id-distanza mill-medja tal-UE tiġi kkalkulata fuq il-medja mhux ponderata.    

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).



Anness 2 (ikompli). Bidliet u distanza mill-UE fl-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

Rata ta’ impjieg
(% tal-popolazzjoni bl-età bejn l-20 u l-64 sena)

Rata tal-qgħad
(% tal-popolazzjoni attiva bl-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

Rata tal-qgħad fit-tul (% tal-popolazzjoni attiva ta’ età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

GDHI reali per capita 
(2008 = 100)

Qligħ nett
ta’ ħaddiem waħdu full-time

li jaqla’ l-paga medja

Sena

Q2–2020

Q2–2020

Q2–2020

2019

2019

 

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri

mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

EU27

-1,3

-1,4

0,0

0,0

0,1

-0,6

-0,8

-0,1

-0,5

2,0

-5,8

-1,5

:

:

:

ŻE19

-1,5

-2,0

-0,2

-0,2

0,7

-0,8

-1,0

0,2

-0,7

1,6

-8,7

-1,9

:

:

:

EUnw

-1,3

0,0

0,0

0,6

0,0

0,0

-0,3

0,0

0,0

3,5

0,0

0,0

2,9

0,0

0,0

EAnw

-1,5

-0,4

-0,2

0,5

0,6

-0,1

-0,4

0,4

-0,1

4,5

-3,8

1,0

1,7

1430

-1,2

BE

-1,4

-3,8

-0,1

-0,5

-1,7

-1,1

-0,4

-0,1

-0,1

2,5

-9,6

-0,9

-0,1

5482

-3,0

BG

-3,2

-1,1

-1,9

1,5

-1,0

0,9

-0,2

0,1

0,1

:

:

:

0,9

-9860

-2,0

CZ

-0,7

6,2

0,6

0,4

-4,3

-0,2

-0,1

-1,6

0,2

2,7

7,6

-0,7

6,5

-4784

3,6

DK

-0,7

4,1

0,6

0,4

-1,2

-0,2

0,0

-1,3

0,3

1,6

4,0

-1,9

1,7

9786

-1,2

DE

-0,7 pu

6,9

0,6

0,4 pu

-3,1

-0,2

:

:

:

1,6

0,4

-1,8

3,9

7665

0,9

EE

-2,0

4,0

-0,7

1,9

0,4

1,3

-0,2 u

-1,2

0,1

6,8

16,4

3,4

1,0

-4135

-1,9

IE

-2,4

-0,6

-1,1

-0,3

-1,8

-0,9

-0,6

-1,0

-0,3

3,4

-8,4

-0,1

11,4

10646

8,4

EL

-1,2

-13,2

0,1

-0,3

10,3

-0,9

-1,0

9,0

-0,7

:

:

:

4,6

-1779

1,7

ES

-3,8

-8,7

-2,5

1,3

8,7

0,7

-1,2

2,2

-0,9

0,8

-15,8

-2,6

0,1

2445

-2,8

FR

-0,7

-2,3

0,6

-1,3

0,7

-1,9

-1,1

0,3

-0,8

1,8

-6,6

-1,6

-0,3

3093

-3,2

HR

0,7

-6,6

2,0

0,3

0,4

-0,3

-0,4 u

-0,5

-0,1

4,2

-2,3

0,7

0,4

-6534

-2,5

IT

-1,8

-11,5

-0,5

-2,1

1,3

-2,7

-1,9

1,6

-1,6

0,7

-19,4

-2,8

0,4

990

-2,6

CY

-1,1

1,7

0,2

0,1

0,4

-0,5

-0,2

-0,2

0,1

1,5

-19,0

-2,0

2,5

3045

-0,4

LV

-0,2

3,9

1,1

1,7

1,5

1,1

-0,2

0,2

0,1

1,0

3,1

-2,5

6,9

-8903

4,0

LT

-1,8

3,3

-0,5

2,4

2,0

1,8

0,5

0,2

0,8

8,0

21,5

4,6

2,3

-7669

-0,6

LU

-1,3

-1,6

0,0

1,0

-0,2

0,4

0,5

-0,3

0,8

:

:

:

-0,3

13444

-3,2

HU

-1,0

0,9

0,3

1,2

-2,0

0,6

-0,2

-1,2

0,1

2,9

14,1

-0,6

5,4

-7229

2,5

MT

0,0

4,1

1,3

0,9

-2,1

0,3

0,4 u

-1,1

0,7

:

:

:

1,0

572

-1,9

NL

-0,4

6,3

0,9

0,5

-2,8

-0,1

-0,2

-1,3

0,1

1,0

-7,6

-2,5

5,8

8032

2,9

AT

-2,4

1,1

-1,1

1,1

-1,0

0,5

0,1

-0,8

0,4

0,9

-13,8

-2,5

1,9

7719

-1,0

PL

-0,1

-0,5

1,2

-0,2

-3,5

-0,8

-0,1

-1,5

0,2

:

:

:

0,4

-5467

-2,6

PT

-2,3

0,3

-1,0

-0,7

-0,7

-1,3

-1,2

-0,4

-0,9

2,8

-6,1

-0,7

5,7

-4698

2,7

RO

-1,0

-3,5

0,3

1,6

-1,2

1,0

-0,3

-0,9

0,0

4,2

29,7

0,8

1,5

-8629

-1,4

SI

-2,1

1,1

-0,8

1,0

-1,4

0,4

0,2

-0,1

0,5

3,5

-2,8

0,0

9,4

-5105

6,5

SK

-1,2

-1,2

0,1

0,8

0,0

0,2

0,0

1,2

0,3

1,6

10,5

-1,8

0,9

-7977

-2,1

FI

-1,1

2,8

0,2

1,1

1,1

0,5

0,0

-1,0

0,3

2,1

-3,6

-1,3

1,6

4295

-1,3

SE

-1,7

7,2

-0,4

1,9

1,8

1,3

0,2

-1,0

0,5

2,2

7,6

-1,3

3,6

5555

0,7

Sors: Eurostat, OECD.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro. Id-distanza mill-medja tal-UE tiġi kkalkulata fuq il-medja mhux ponderata. Il-GDHI reali per capita jitkejjel bl-użu ta’ “introjtu mhux aġġustat” (jiġifieri mingħajr ma jiġu inklużi t-trasferimenti soċjali in natura) u mingħajr korrezzjoni għall-istandards tal-kapaċità tal-akkwist. Il-qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time li jaqla’ l-paga medja jenħtieġ li jinqara u li jiġi interpretat flimkien ma’ indikaturi oħrajn, bħar-rata tal-faqar fost dawk li jaħdmu, il-proporzjon bejn il-ħames u l-ewwel deċil tad-distribuzzjoni tal-pagi (D5/D1) u indikaturi rilevanti oħra tal-MPI/MPPS u tal-QEK. Għal dan l-indikatur, id-distanza mill-medja tal-UE hija espressa fi standards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) filwaqt li l-bidliet huma espressi f’termini reali bil-munita nazzjonali; il-medji ta’ 3 snin jintużaw kemm għal-livelli kif ukoll għall-bidliet biex jittaffew il-fluttwazzjonijiet fuq perjodu qasir.

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).

Anness 2 (ikompli). Bidliet u distanza mill-UE fl-indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali

 

Appoġġ pubbliku / Protezzjoni u inklużjoni soċjali

Impatt tat-trasferimenti soċjali (minbarra l-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar (%)

Tfal ta’ inqas minn 3 snin f’indukrar formali tat-tfal (%)

Ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati għall-kura medika (%)

Individwi b’ħiliet diġitali kumplessivi bażiċi jew iktar minn bażiċi (% mill-popolazzjoni tal-età ta’ bejn is-16 u l-74 sena)

Sena

2019

2019

2019

2019

 

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

Bidla annwali

Distanza mill-medja tal-UE

Bidla annwali għall-Istati Membri mqabbla mal-bidla annwali għall-UE

EU27

-0,2

-1,6

-0,3

0,5

-0,5

-1,9

0,0

1,6

0,2

1,0

0,1

1,4

ŻE19

0,9

-1,6

0,8

1,4

4,9

-1,0

0,0

1,2

0,2

:

:

:

EUnw

0,1

0,0

0,0

2,4

0,0

0,0

-0,2

0,0

0,0

-0,4

0,0

0,0

EAnw

1,3

0,5

1,2

4,3

5,6

1,9

-0,4

0,3

-0,1

-0,9

2,0

-0,6

BE

6,6 b

7,5

6,4

1,1 b

19,8

-1,3

0,0 b

-0,8

0,2

0,0

5,1

0,4

BG

-1,8

-10,6

-1,9

3,5

-16,0

1,1

-0,5

-1,2

-0,3

0,0

-26,9

0,4

CZ

0,7

4,9

0,6

-2,7

-29,4

-5,1

0,2

-2,1

0,4

2,0 b

6,1

2,4

DK

0,0

13,0

-0,1

2,8

30,3

0,4

0,5

-0,8

0,7

-1,0

14,1

-0,6

DE

2,9

2,0

2,8

1,5

-4,4

-0,9

0,1

-2,3

0,3

2,0

14,1

2,4

EE

1,4

-6,1

1,3

3,5

-3,9

1,1

-0,9

12,9

-0,7

2,0

6,1

2,4

IE

:

:

:

:

:

:

:

:

:

5,0

-2,9

5,4

EL

2,6

-11,4

2,5

-8,5

-3,3

-10,9

-0,7

5,5

-0,5

5,0

-4,9

5,4

ES

0,1

-11,2

0,0

6,9

21,7

4,5

0,0

-2,4

0,2

2,0

1,1

2,4

FR

-2,3

7,9

-2,4

:

:

:

:

:

:

0,0

1,1

0,4

HR

-0,2

-9,6

-0,3

-2,1

-20,0

-4,5

0,0

-1,2

0,2

12,0

-2,9

12,4

IT

:

:

:

:

:

:

:

:

:

: bu

-13,9

:

CY

-1,1

1,0

-1,2

-0,3

-4,6

-2,7

-0,4

-1,6

-0,2

-5,0

-10,9

-4,6

LV

4,3

-10,8

4,2

0,9

-7,4

-1,5

-1,9

1,7

-1,7

-5,0 b

-12,9

-4,6

LT

8,7

-2,7

8,6

5,8

-9,1

3,4

-0,8

-1,2

-0,6

1,0

0,1

1,4

LU

-6,4

-0,3

-6,5

-0,5

24,3

-2,9

-0,1

-2,4

0,1

-20,0 b

9,1

-19,6

HU

-10,3

4,2

-10,4

0,4

-18,8

-2,0

0,2

-1,6

0,4

-1,0

-6,9

-0,6

MT

-4,3

-8,0

-4,4

6,2

2,6

3,8

-0,2

-2,6

0,0

-1,0

0,1

-0,6

NL

-0,7

4,1

-0,8

8,0

29,1

5,6

0,0

-2,4

0,2

0,0

23,1

0,4

AT

6,0

15,0

5,9

2,7

-13,0

0,3

0,2

-2,3

0,4

-1,0

10,1

-0,6

PL

-3,4

2,6

-3,5

-0,7

-25,5

-3,1

0,0

1,6

0,2

-2,0

-11,9

-1,6

PT

0,4

-10,0

0,3

2,7

17,2

0,3

-0,4

-0,9

-0,2

2,0

-3,9

2,4

RO

-0,8

-19,0

-0,9

0,9

-21,6

-1,5

0,0

2,3

0,2

2,0

-24,9

2,4

SI

2,3

11,2

2,2

0,6

11,2

-1,8

-0,4

0,3

-0,2

1,0

-0,9

1,4

SK

:

:

:

:

:

:

:

:

:

-5,0

-1,9

-4,6

FI

0,3

19,7

0,2

-0,3

2,5

-2,7

0,0

2,1

0,2

0,0

20,1

0,4

SE

-2,4

6,6

-2,5

-0,3

17,4

-2,7

-0,1

-1,2

0,1

-5,0 u

16,1

-4,6

Sors: Eurostat.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro. Id-distanza mill-medja tal-UE tiġi kkalkulata fuq il-medja mhux ponderata. Il-bidla għal-livell individwali ta’ ħiliet diġitali hija kkalkulata fir-rigward tal-2017 (id-data għall-2018 mhijiex disponibbli).    

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).



Anness 3. Indikaturi ewlenin tas-suq tax-xogħol tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali: livelli annwali u graffs tal-iscatterplot

Sena

Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol

Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

Differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi
(pp)

NEETs żgħażagħ (% mill-popolazzjoni totali tal-età ta’ bejn il-15 u l-24 sena)

Rata ta’ impjieg
(% tal-popolazzjoni bl-età

bejn l-20 u l-64 sena)

Rata tal-qgħad
(% tal-popolazzjoni attiva bl-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

Rata tal-qgħad fit-tul

(% tal-popolazzjoni attiva bl-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

2017

2018

2019

2017

2018

2019

2017

2018

2019

2017

2018

2019

2017

2018

2019

EU27

11,7

11,8

11,7

11,0

10,5

10,1

71,3

72,4

73,1

8,1

7,2

6,7

3,8

3,2

2,8

ŻE19

11,2

11,3

11,0

11,2

10,6

10,2

71,0

72,0

72,7

9,0

8,1

7,5

4,4

3,8

3,3

EUnw

10,5

10,6

10,6

10,4

9,6

9,4

72,3

73,7

74,6

7,7

6,7

6,0

3,5

2,8

2,3

EAnw

10,1

10,2

10,0

10,2

9,4

9,2

72,0

73,4

74,3

8,5

7,4

6,7

4,1

3,3

2,8

BE

9,8

8,4

8,0

9,3

9,2

9,3

68,5

69,7

70,5

7,1

6,0

5,4

3,5

2,9

2,3

BG

8,0

8,2

8,6

15,3

15,0

13,7

71,3

72,4

75,0

6,2

5,2

4,2

3,4

3,0

2,4

CZ

15,8

15,2

15,0

6,3

5,6

5,7

78,5

79,9

80,3

2,9

2,2

2,0

1,0

0,7

0,6

DK

6,7

7,0

7,2

7,6

7,7

7,7

76,6

77,5

78,3

5,8

5,1

5,0

1,2

1,0

0,8

DE

7,9

8,1

8,0

6,3

5,9

5,7

79,2

79,9

80,6

3,8

3,4

3,1

1,6

1,4

1,2

EE

7,3

7,8

7,7

9,4

9,8

6,9

78,7

79,5

80,2

5,8

5,4

4,4

1,9

1,3

0,9

IE

12,1

12,2

12,4

10,9

10,1

10,1

73,0

74,1

75,1

6,7

5,8

5,0

3,0

2,1

1,6

EL

19,7

21,0

20,0

15,3

14,1

12,5

57,8

59,5

61,2

21,5

19,3

17,3

15,6

13,6

12,2

ES

11,9

12,1

11,9

13,3

12,4

12,1

65,5

67,0

68,0

17,2

15,3

14,1

7,7

6,4

5,3

FR

7,8

7,6

7,1

11,4

11,1

10,6

70,6

71,3

71,6

9,4

9,0

8,5

4,2

3,8

3,4

HR

10,6

10,2

10,5

15,4

13,6

11,8

63,6

65,2

66,7

11,2

8,5

6,6

4,6

3,4

2,4

IT

19,8

19,8

19,6

20,1

19,2

18,1

62,3

63,0

63,5

11,2

10,6

10,0

6,5

6,2

5,6

CY

9,5

10,4

11,6

16,1

13,2

13,7

70,8

73,9

75,7

11,1

8,4

7,1

4,5

2,7

2,1

LV

4,3

4,2

3,8

10,3

7,8

7,9

74,8

76,8

77,4

8,7

7,4

6,3

3,3

3,1

2,4

LT

1,0

2,3

1,6

9,1

8,0

8,6

76,0

77,8

78,2

7,1

6,2

6,3

2,7

2,0

1,9

LU

7,9

8,0

9,1

5,9

5,3

5,6

71,5

72,1

72,8

5,5

5,6

5,6

2,1

1,4

1,3

HU

15,3

15,3

15,5

11,0

10,7

11,0

73,3

74,4

75,3

4,2

3,7

3,4

1,7

1,4

1,1

MT

24,1

21,9

20,7

8,6

7,3

8,6

73,0

75,5

76,8

4,0

3,7

3,6

2,0

1,8

0,9

NL

10,5

10,1

9,3

4,0

4,2

4,3

78,0

79,2

80,1

4,9

3,8

3,4

1,9

1,4

1,0

AT

8,0

9,0

8,8

6,5

6,8

7,1

75,4

76,2

76,8

5,5

4,9

4,5

1,8

1,4

1,1

PL

14,6

14,4

15,4

9,5

8,7 b

8,1

70,9

72,2

73,0

4,9

3,9

3,3

1,5

1,0

0,7

PT

7,5

6,8

7,2

9,3

8,4

8,0

73,4

75,4

76,1

9,0

7,1

6,5

4,5

3,1

2,8

RO

17,1

18,3

19,0

15,2

14,5

14,7

68,8

69,9

70,9

4,9

4,2

3,9

2,0

1,8

1,7

SI

7,2

7,3

6,8

6,5

6,6

7,0

73,4

75,4

76,4

6,6

5,1

4,5

3,1

2,2

1,9

SK

12,8

13,7

13,0

12,1

10,2

10,3

71,1

72,4

73,4

8,1

6,5

5,8

5,1

4,0

3,4

FI

3,5

3,7

2,7

9,4

8,5

8,2

74,2

76,3

77,2

8,6

7,4

6,7

2,1

1,6

1,2

SE

4,0

4,2

4,7

6,2

6,0 b

5,5

81,8

82,4 b

82,1

6,7

6,4 b

6,8

1,2

1,1 b

0,9

Sors: Eurostat.

Nota: EUnw u EAnw jirreferu għall-medji mhux ponderati għall-UE u għaż-żona tal-euro.

Indikazzjonijiet – b: waqfa fis-serje kronoloġika; e: stmat; p: proviżorju; u: affidabbiltà baxxa (għadd żgħir ta’ osservazzjonijiet).



Illustrazzjoni 1. Id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u l-bidla annwali

Sors: Eurostat. Perjodu: il-livelli tal-2019 u l-bidliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness 5.

Illustrazzjoni 2. Ir-rata tan-NEET (bejn il-15 u l-24) u bidla annwali

Sors: Eurostat. Perjodu: il-livelli tal-2019 u l-bidliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness 5.



Illustrazzjoni 3. Ir-rata ta' impjieg (bejn l-20 u l-64) u l-bidla annwali

Sors: Eurostat. Perjodu: il-livelli tal-2019 u l-bidliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness 5.

Illustrazzjoni 4. Ir-rata tal-qgħad (bejn il-15 u l-74) u l-bidla annwali

Sors: Eurostat. Perjodu: il-livelli tal-2019 u l-bidliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness 5.



Illustrazzjoni 5. Ir-rata tal-qgħad fit-tul (indikatur primarju tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali)

Sors: Eurostat. Perjodu: il-livelli tal-2019 u l-bidliet annwali fir-rigward tal-2018. Nota: L-assi huma ċċentrati fuq il-medja mhux ponderata tal-UE. Id-didaskalija hija ppreżentata fl-Anness 5.



Anness 4. Analiżi reġjonali ta’ għadd ta’ indikaturi ewlenin tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali 1

Illustrazzjoni 1. Ir-rata ta’ impjieg, 2019

(%, is-sehem ta’ persuni ta’ età ta’ bejn l-20 u l-64 sena, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: Corse (FRM0): affidabbiltà baxxa.

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: lfst_r_lfe2emprtn)

Illustrazzjoni 2. Id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi, 2019

(id-differenza f’punti perċentwali, ir-rata ta’ impjieg tan-nisa mnaqqsa mir-rata ta’ impjieg tal-irġiel, abbażi tal-persuni bl-età ta’ bejn l-20 u l-64 sena, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi hija ddefinita bħala d-differenza bejn ir-rata ta’ impjieg tal-irġiel u r-rata ta’ impjieg tan-nisa fost il-persuni bl-età ta’ bejn l-20 u l-64 sena; ir-rata ta’ impjieg tal-irġiel kienet konsistentement ogħla mir-rata ta’ impjieg tan-nisa fir-reġjuni kollha.

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: lfst_r_lfe2emprtn)



Illustrazzjoni 3. Ir-rata tal-qgħad, 2019

(%, is-sehem tal-forza tax-xogħol bl-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena, skont ir-reġjuni NUTS 2)

 Nota: Corse (FRM0), Burgenland (AT11), Lubuskie (PL43) u Opolskie (PL52), Cumbria (UKD1): affidabbiltà mnaqqsa minħabba d-daqs tal-kampjun.

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: lfst_r_lfu3rt)



Illustrazzjoni 4. Ir-rata tal-qgħad fit-tul (12-il xahar jew aktar), 2019

(%, is-sehem tal-popolazzjoni attiva, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: tinkludi data b’affidabbiltà baxxa għal xi reġjuni (hemm wisq biex jiġu ddokumentati kollha).

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: tgs00053)



Illustrazzjoni 5. Iż-żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), 2019

(%, is-sehem ta’ persuni ta’ età ta’ bejn il-15 u l-24 sena, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: Affidabbiltà baxxa għall-Belġju (il-provinċji tal-Brabant ta' Wallonia u tal-Lussemburgu); Iċ-Ċekja (Praga); Il-Greċja (Ionia Nisia); Spanja (il-Cantabria, La Rioja, il-Belt ta' Ceuta u l-Belt ta' Melilla); Il-Litwanja (ir-Reġjun Kapitali); In-Netherlands (Drenthe); L-Awstrija (Kärnten, Salzburg, it-Tirol u Vorarlberg); Il-Polonja (Lubuskie, Opolskie, Swietokrzyskie, Podlaskie u Varsavja Kapitali); L-Iżvezja (Småland u l-Gżejjer).

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: edat_lfse_22)



Illustrazzjoni 6. Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ, 2019

(%, is-sehem ta’ persuni ta’ età ta’ bejn it-18 u l-24 sena, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: tinkludi data b’affidabbiltà baxxa għal xi reġjuni (hemm wisq biex jiġu ddokumentati kollha).

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: edat_lfse_16)



Illustrazzjoni 7. Persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, 2019

(%, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: Il-Belġju, il-Polonja: Livell NUTS 1. Franza: data nazzjonali. Il-Ġermanja: data tal-2017. EU-27, l-Irlanda, Franza, l-Italja, l-Awstrija u s-Slovakkja: data tal-2018. EU-27, il-Ġermanja u l-Awstrija: stmata. Il-Belġju: waqfa fis-serje. Burgenland (AT11): affidabbiltà baxxa.

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: ilc_peps11 u ilc_peps01)



Illustrazzjoni 8. L-impatt tat-trasferimenti soċjali (minbarra l-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar, 2019

(%, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: Il-Belġju: Livell NUTS 1. Il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, il-Polonja u l-Portugall: data nazzjonali. Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Awstrija u s-Slovakkja: data tal-2018. Il-Belġju: waqfa fis-serje. L-Awstrija: stmata.

Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online: tespm050_r)



Illustrazzjoni 9. Ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati għall-eżami mediku, 2019

(%, ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati minħabba “Raġunijiet finanzjarji”, “Lista ta’ stennija” jew “Vjaġġ twil wisq”, reġjuni NUTS 2)

Nota: In-Netherlands u l-Polonja: Il-livell NUTS 1. Il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija u l-Portugall: data nazzjonali. Il-Belġju: waqfa fis-serje. L-Irlanda, Franza, l-Italja, is-Slovakkja: data tal-2018.

Sors: Eurostat (il-kodiċijiet tad-data online: hlth_silc_08_r u tespm110)



Illustrazzjoni 10. Proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu, 2017

(indiċi, skont ir-reġjuni NUTS 2)

Nota: Il-Belġju: Livell NUTS 1. Il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, il-Polonja u l-Portugall: data nazzjonali. Il-Belġju: waqfa fis-serje. L-Irlanda, Franza, is-Slovakkja: data tal-2018. L-Italja: data tal-2017. Spanja: Il-Belt ta' Ceuta u l-Finlandja: il-Gżejjer Åland: affidabbiltà baxxa.

Sors: Eurostat (il-kodiċijiet tad-data online: ilc_di11_r u ilc_di11)



Anness 5. Nota metodoloġika dwar l-identifikazzjoni tax-xejriet u tal-livelli fit-tabella ta’ valutazzjoni

F’nofs l-2015, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali ftiehmu fuq metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fit-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali. Bħala parti mill-ftehim, il-metodoloġija kellha l-għan li tipprovdi, għal kull indikatur, miżura tas-sitwazzjoni relattiva ta’ kull Stat Membru fid-distribuzzjoni tal-valuri (punteġġi) tal-indikaturi tal-UE. Il-metodoloġija tiġi applikata b’mod konġunt għal-livelli fis-snin (livelli) kif ukoll għall-bidliet f’kull sena (bidliet), u b’hekk tkun tista’ ssir valutazzjoni olistika tal-prestazzjoni tal-Istati Membri 2 .

Fl-2017, il-Kummissjoni bi ftehim mal-Kumitat tal-Impjiegi u mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali ddeċidiet li tapplika l-metodoloġija lit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali li takkumpanja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Għal kull indikatur, il-livelli u l-bidliet jiġu kkonvertiti f’punteġġi standard (magħrufa wkoll bħala punteġġi z) biex tiġi applikata l-istess metrika għall-indikaturi kollha. Dan jinkiseb bl-istandardizzazzjoni tal-valuri mhux ipproċessati kemm tal-livelli kif ukoll tal-bidliet skont il-formula:

Imbagħad jiġu analizzati d-distribuzzjonijiet tal-punteġġi (separatament għal-livelli u għall-bidliet). Permezz ta’ dan l-approċċ, ikun jista’ jiġi espress valur indikatur mhux ipproċessat għal kull Stat Membru fir-rigward tal-għadd ta’ devjazzjonijiet standard li jiddevjaw mill-medja (mhux ponderata). Il-prestazzjoni ta’ kull Stat Membru tiġi vvalutata u kklassifikata abbażi tal-punteġġi z li jirriżultaw imqabbla ma’ sett ta’ livelli limitu predefiniti, stabbiliti bħala multipli ta’ devjazzjonijiet standard.

L-aktar kwistjoni importanti f’dan l-approċċ hija l-iffissar ta’ punti limitu. Peress li ma tista’ ssir l-ebda suppożizzjoni parametrika dwar id-distribuzzjoni tal-valuri mhux ipproċessati li jiġu osservati 3 , huwa komuni li tintuża regola ġenerali biex jintgħażlu l-livelli limitu. Skont l-analiżi tal-indikaturi ewlenin li ntużaw fit-tabella ta’ valutazzjoni, ġie miftiehem li jiġu kkunsidrati: 

1.Kwalunkwe punteġġ inqas minn -1 jitqies bħala prestazzjoni tajba ħafna

2.Kwalunkwe punteġġ bejn -1 u -0,5 jitqies bħala prestazzjoni tajba

3.Kwalunkwe punteġġ bejn -0,5 u 0,5 jitqies bħala prestazzjoni newtrali

4.Kwalunkwe punteġġ bejn 0,5 u 1 jitqies bħala prestazzjoni ħażina

5.Kwalunkwe punteġġ ogħla minn 1 jitqies bħala prestazzjoni ħażina ħafna 4

Tabella 1: Valuri limitu tal-punteġġi z

 

valuri limitu tal-punteġġi z

-1,0

- 0,5

0

0,5

1,0

(inqas minn)

(inqas minn)

(bejn)

(Ogħla minn)

(Ogħla minn)

Valutazzjoni

Livelli

Baxx ħafna

Baxx

Medja

Għoli

Għoli Ħafna

 

 

Bidliet

Ħafna inqas mill-medja

Inqas mill-medja

Medja

Ogħla mill-medja

Ħafna ogħla mill-medja



Jekk tiġi kkombinata l-evalwazzjoni tal-livelli u tal-bidliet, imbagħad ikun possibbli li tiġi kklassifikata l-prestazzjoni ġenerali ta’ pajjiż skont kull indikatur f’waħda mis-seba’ kategoriji li ġejjin. Il-kuluri li ntgħażlu jirriflettu ċ-ċifri rispettivi fit-test tar-rapport.

It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu l-klassifikazzjoni abbażi tal-punteġġi z għal dawk l-indikaturi li għalihom, valur baxx ġie vvalutat bħala prestazzjoni tajba (eż. ir-rata tal-qgħad, AROPE, eċċ.).

Bl-aqwa prestazzjoni

b’punteġġ inqas minn -1,0 fil-livelli u inqas minn 1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli ħafna aħjar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni li qed titjieb jew li mhux qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Aħjar mill-medja

b’punteġġ bejn -1,0 u -0,5 fil-livelli u inqas minn 1 fil-bidliet jew punteġġ bejn -0,5 u 0,5 fil-livelli u inqas minn -1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli aħjar mill-medja tal-UE u b’sitwazzjoni li qed titjieb jew mhux qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Tajjeb iżda għandu jiġi mmonitorjat

b’punteġġ inqas minn -0,5 fil-livelli u iktar minn 1,0 fil-bidliet, u b’bidla ogħla minn żero 5

L-Istati Membri b’livelli aħjar jew ħafna aħjar mill-medja tal-UE iżda b’sitwazzjoni li qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Skont il-medja/newtrali

b’punteġġ ta’ bejn -0,5 u 0,5 fil-livelli u bejn -1,0 u 1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli skont il-medja u b’sitwazzjoni li la qed titjieb u lanqas mhu qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Dgħajfa iżda b’titjib

b’punteġġ ta’ aktar minn 0,5 fil-livelli u anqas minn -1,0 fil-bidliet

Stati Membri b’livelli agħar jew ferm agħar mill-medja tal-UE iżda bis-sitwazzjoni li qed titjieb b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Bi prestazzjoni li għandha tiġi ssorveljata

b’punteġġ ta' bejn 0,5 u 1,0 fil-livelli u iktar minn -1,0 fil-bidliet jew b’punteġġ bejn -0,5 u 0,5 fil-livelli u iktar minn 1,0 fil-bidliet (u bi preżentazzjoni ta’ bidla ogħla minn żero 6 )

Din il-kategorija tiġbor żewġ każijiet differenti: i) Stati Membri b’livelli agħar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora jew li mhux qed titjieb malajr biżżejjed; ii) Stati Membri b’livelli konformi mal-medja tal-UE iżda bis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Sitwazzjonijiet kritiċi

b’punteġġ ta’ aktar minn 1,0 fil-livelli u aktar minn -1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli ħafna agħar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora jew li mhux qed titjieb malajr biżżejjed

It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu l-klassifikazzjoni abbażi tal-punteġġi z għal dawk l-indikaturi li għalihom, valur għoli ġie vvalutat bħala prestazzjoni tajba (eż. ir-rata ta’ impjieg, il-parteċipazzjoni fl-indukrar tat-tfal. eċċ.).

Bl-aqwa prestazzjoni

b’punteġġ ta’ aktar minn 1,0 fil-livelli u aktar minn -1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli ħafna aħjar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni li qed titjieb jew li mhux qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Aħjar mill-medja

b’punteġġ bejn 1,0 u 0,5 fil-livelli u iktar minn -1,0 fil-bidliet jew punteġġ bejn -0,5 u 0,5 fil-livelli u iktar minn 1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli aħjar mill-medja tal-UE u b’sitwazzjoni li qed titjieb jew mhux qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Tajjeb iżda għandu jiġi mmonitorjat

b’punteġġ iktar minn 0,5 fil-livelli u inqas minn -1,0 fil-bidliet, u b’bidla inqas minn żero 7

L-Istati Membri b’livelli aħjar jew ħafna aħjar mill-medja tal-UE iżda b’sitwazzjoni li qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Skont il-medja/newtrali

b’punteġġ ta’ bejn -0,5 u 0,5 fil-livelli u bejn -1,0 u 1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli skont il-medja u b’sitwazzjoni li la qed titjieb u lanqas mhu qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Dgħajfa iżda b’titjib

b’punteġġ inqas minn -0,5 fil-livelli u iktar minn 1,0 fil-bidliet

Stati Membri b’livelli agħar jew ferm agħar mill-medja tal-UE iżda bis-sitwazzjoni li qed titjieb b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Bi prestazzjoni li għandha tiġi ssorveljata

b’punteġġ ta' bejn -0,5 u -1,0 fil-livelli u inqas minn 1,0 fil-bidliet jew b’punteġġ bejn -0,5 u 0,5 fil-livelli u inqas minn -1,0 fil-bidliet (u b’bidla inqas minn żero 8 )

Din il-kategorija tiġbor żewġ każijiet differenti: i) Stati Membri b’livelli agħar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora jew li mhux qed titjieb malajr biżżejjed; ii) Stati Membri b’livelli konformi mal-medja tal-UE iżda bis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora b’rata iktar mgħaġġla mill-medja tal-UE

Sitwazzjonijiet kritiċi

b’punteġġ inqas minn 1,0 fil-livelli u inqas minn 1,0 fil-bidliet

L-Istati Membri b’livelli ħafna agħar mill-medja tal-UE u bis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora jew li mhux qed titjieb malajr biżżejjed

Tabella ta’ sommarju tal-punti limitu

Baxx ħafna

Baxx

Medja

Għoli

Għoli ħafna

Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ

(% tal-popolazzjoni tal-età ta’ bejn it-18 u l-24 sena)

Livelli

inqas minn 5,1 %

inqas minn 7,0 %

bejn 7,0 % u 10,8 %

iktar minn 10,8 %

iktar minn 12,7 %

Bidliet

inqas minn -0,9 pp

inqas minn -0,6 pp

bejn -0,6 pp u 0,2 pp

iktar minn 0,2 pp

iktar minn 0,5 pp

Differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi (pp)

Livelli

inqas minn 4,9 %

inqas minn 7,6 %

bejn 7,6 % u 13,0 %

iktar minn 13,0 %

iktar minn 15,6 %

Bidliet

inqas minn -1,4 pp

inqas minn -0,8 pp

bejn -0,8 pp u 0,2 pp

iktar minn 0,2 pp

iktar minn 0,7 pp

Proporzjon kwintili tal-introjtu (S80/S20)

Livelli

inqas minn 3,6

inqas minn 4,2

bejn 4,2 u 5,4

iktar minn 5,4

iktar minn 6,0

Bidliet

inqas minn -0,3

inqas minn -0,2

bejn -0,2 u 0,1

iktar minn 0,1

iktar minn 0,2

F’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (%)

Livelli

inqas minn 15,7 %

inqas minn 18,3 %

bejn 18,3 % u 23,6 %

iktar minn 23,6 %

iktar minn 26,2 %

Bidliet

inqas minn -1,4 pp

inqas minn -1,0 pp

bejn -1,0 pp u -0,2 pp

iktar minn -0,2 pp

iktar minn 0,2 pp

NEETs żgħażagħ (% mill-popolazzjoni totali tal-età ta’ bejn il-15 u l-24 sena)

Livelli

inqas minn 7,4 %

inqas minn 9,2 %

bejn 9,2 % u 12,3 %

iktar minn 12,3 %

iktar minn 14,4 %

Bidliet

inqas minn 0,3 pp

inqas minn 0,9 pp

bejn 0,9 pp u 2,1 pp

iktar minn 2,1pp

iktar minn 2,7 pp

Rata ta' impjieg (% mill-popolazzjoni tal-età ta’ bejn l-20 u l-64 sena)

Livelli

inqas minn 68,1 %

inqas minn 70,7 %

bejn 70,7 % u 76,0 %

iktar minn 76,0 %

iktar minn 78,7 %

Bidliet

inqas minn -2,3 pp

inqas minn -1,8 pp

bejn -1,8 pp u -0,8 pp

iktar minn -0,8pp

iktar minn -0,3pp

Rata tal-qgħad (% mill-popolazzjoni attiva tal-età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

Livelli

inqas minn 3,4 %

inqas minn 5,0 %

bejn 5,0 % u 8,2 %

iktar minn 8,2 %

iktar minn 9,8 %

Bidliet

inqas minn -0,4 pp

inqas minn 0,1 pp

bejn 0,1 pp u 1,1 pp

iktar minn 1,1 pp

iktar minn 1,6 pp

Rata tal-qgħad fit-tul (% mill-popolazzjoni attiva ta’ età ta’ bejn il-15 u l-74 sena)

Livelli

inqas minn 0,0 %

inqas minn 1,0 %

bejn 1,0 % u 3,1 %

iktar minn 3,1 %

iktar minn 4,1 %

Bidliet

inqas minn -0,9 pp

inqas minn -0,6 pp

bejn -0,6 pp u 0,0 pp

iktar minn 0,0 pp

iktar minn 0,3 pp

GDHI reali per capita (2008 = 100)

Livelli

inqas minn 100,2

inqas minn 106,6

bejn 106,6 u 119,3

iktar minn 119,3

iktar minn 125,7

Bidliet

inqas minn 0,8 pp

inqas minn 1,7 pp

bejn 1,7 pp u 3,5 pp

iktar minn 3,5 pp

iktar minn 4,5 pp

Qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time li jaqla' l-paga medja (il-livelli f’PPS, il-bidliet bil-munita nazzjonali f’termini reali)

Livelli

inqas minn 14 030

inqas minn 17 456

bejn 17 456 u 24 308

iktar minn 24 308

iktar minn 27 734

Bidliet

inqas minn -0,1 %

inqas minn 1,4 %

bejn 1,4 % u 4,5 %

iktar minn 4,5 %

iktar minn 6,0 %

Impatt tat-trasferimenti soċjali (minbarra l-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar (%)

Livelli

inqas minn 24,5 %

inqas minn 29,4 %

bejn 29,4 % u 39,1 %

iktar minn 39,1 %

iktar minn 44,0 %

Bidliet

inqas minn -3,9 pp

inqas minn -1,9 pp

bejn -1,9 pp u 2,1 pp

iktar minn 2,1 pp

iktar minn 4,1 pp

Tfal ta’ inqas minn 3 snin f’indukrar formali tat-tfal (%)

Livelli

inqas minn 17,8 %

inqas minn 26,7 %

bejn 26,7 % u 44,6 %

iktar minn 44,6 %

iktar minn 53,5 %

Bidliet

inqas minn -2,1 pp

inqas minn -0,3 pp

bejn -0,3pp u 3,1pp

iktar minn 3,1 pp

iktar minn 4,9 pp

Ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati għall-kura medika (%)

Livelli

inqas minn -0,8 %

inqas minn 0,9 %

bejn 0,9 % u 4,3 %

iktar minn 4,3 %

iktar minn 6,0 %

Bidliet

inqas minn -0,7 pp

inqas minn -0,5pp

bejn -0,5 pp u 0,0 pp

iktar minn 0,0 pp

iktar minn 0,3 pp

Individwi b’ħiliet diġitali kumplessivi bażiċi jew iktar minn bażiċi (% mill-popolazzjoni tal-età ta’ bejn is-16 u l-74 sena)

Livelli

inqas minn 43,8 %

inqas minn 49,9 %

bejn 49,9 % u 62,0 %

iktar minn 62,0 %

iktar minn 68,0 %

Bidliet

inqas minn -5,7 pp

inqas minn -3,0 pp

bejn -3,0 pp u 2,6 pp

iktar minn 2,6 pp

iktar minn 4,9 pp

Anness 6: Ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ix-“xejriet tal-impjieg li jridu jiġu osservati” u l-għadd ta’ Stati Membri li marru għall-agħar jew li kellhom titjib kif identifikat mill-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni fil-Qasam tal-Impjiegi (MPI) tal-2020.

Nota: bidliet 2018-2019, għajr l-2017-2018 għar-rata ta’ riskju ta’ faqar tal-persuni qiegħda, għan-nassa tal-qgħad u għad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.



Anness 7: Ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ix-“xejriet soċjali li jridu jiġu osservati” u l-għadd ta’ Stati Membri li marru għall-agħar jew li kellhom titjib matul l-2017–2018 kif identifikat mill-aġġornament ta’ Ġunju 2020 tal-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali.

Nota: għall-indikaturi abbażi tal-EU-SILC, b’mod ġenerali l-bidliet effettivament jirreferu għall-2016–2017 għall-indikaturi tal-introjtu u tal-intensità tax-xogħol tal-unitajiet domestiċi.

(1)

Nota: Analiżi dettaljata fil-livell reġjonali (NUTS 2). Jekk it-tqassim reġjonali (NUTS 2) ma jkunx disponibbli jew statistikament ma jkunx affidabbli, NUTS 1 jew il-livell nazzjonali jiġi ppreżentat fil-mapep.

(2)

Bl-eċċezzjoni tal-indikatur il-ġdid “qligħ nett ta’ ħaddiem waħdu full-time mingħajr tfal li jaqla’ paga medja” li għalih jintużaw medji ta’ 3 snin kemm għal-livelli kif ukoll għall-bidliet biex jittaffew il-fluttwazzjonijiet fuq perjodu qasir.

(3)

Twettqu testijiet tad-distribuzzjoni tan-normalità u b’għamla ta’ T, u dan irriżulta fir-rifjut ta’ kwalunkwe ipoteżi tad-distribuzzjoni.

(4)

Fil-każ ta’ normalità, il-punti limitu magħżula jikkorrispondu għal bejn wieħed u ieħor 15 %, 30 %, 50 %, 70 % u 85 % tad-distribuzzjoni kumulattiva.

(5)

Din il-kundizzjoni li ssemmiet l-aħħar tipprevjeni milli Stat Membru li jkollu livell “baxx” jew “baxx ħafna” jiġi indikat bħala b’sitwazzjoni li “qed tiddeterjora” meta jkollu bidla “ferm ogħla mill-medja”, iżda xorta b’titjib.

(6)

Din il-kundizzjoni tal-aħħar tipprevjeni milli Stat Membru li jkollu livell “skont il-medja” li jiġi indikat bħala "bi prestazzjoni li għandha tiġi osservata” meta jkollu bidla li tkun “ferm iktar mill-medja”, iżda xorta b’titjib.

(7)

Din il-kundizzjoni li ssemmiet l-aħħar tipprevjeni milli Stat Membru li jkollu livell “għoli” jew “għoli ħafna” jiġi indikat bħala b’sitwazzjoni li “qed tiddeterjora” meta jkollu bidla “ferm inqas mill-medja”, iżda xorta b’titjib.

(8)

Din il-kundizzjoni tal-aħħar tipprevjeni milli Stat Membru li jkollu livell “skont il-medja” li jiġi indikat bħala "bi prestazzjoni li għandha tiġi osservata” meta jkollu bidla li tkun “ferm inqas mill-medja”, iżda xorta b'titjib.