Brussell, 7.10.2020

COM(2020) 621 final

2020/0288(NLE)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom

{SWD(2020) 530}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom twieġeb għall-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u jinkiseb trattament indaqs tal-akbar minoranza etnika tal-Ewropa, fosthom billi tiġi promossa l-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjoekonomika. Din il-proposta hija ppreżentata konġuntament ma’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (“il-Komunikazzjoni”) 1 li tinkludi l-objettivi u l-miri ewlenin tal-UE u tipproponi l-użu ta’ portafoll ta’ indikaturi (l-Anness 2 tal-Komunikazzjoni).

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjoekonomika hija ferm u ferm aktar importanti f’kuntest ta’ kriżi, fejn il-faqar u l-inugwaljanzi strutturali x’aktarx jiżdiedu. Għaldaqstant, il-miżuri ta’ rkupru soċjali għandhom jilħqu lil kulħadd, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, impenjat ruħha li tippromwovi Unjoni ta’ Ugwaljanza u hija ddeterminata li “tiżgura li l-ugwaljanza tkun fil-qalba tal-irkupru”.

Il-“Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 2 , adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ April 2011, dalwaqt wasal fi tmiemu. L-objettivi ewlenin tiegħu kienu li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjoekonomika tar-Rom fl-UE u fil-pajjiżi tat-tkabbir permezz tal-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni. Dan il-qafas stieden lill-Istati Membri biex ifasslu strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u jistabbilixxu miri nazzjonali bbażati fuq l-għanijiet tal-integrazzjoni tar-Rom fl-erba’ oqsma msemmija hawn fuq. Fl-2013, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni 3 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri. Dan kien l-ewwel strument legali mhux vinkolanti tal-UE li kellu lir-Rom fil-mira tiegħu b’mod espliċitu. Ir-Rakkomandazzjoni saħħet il-qafas tal-UE billi:

·tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jagħmlu aktar effettivi l-miżuri nazzjonali biex itejbu l-integrazzjoni tar-Rom u kif għandhom jimplimentaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom (NRIS) b’mod aktar effettiv;

·tirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ politika effettivi biex jiżguraw trattament ugwali għar-Rom, inkluż aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, u tindika kif jista’ jintlaħaq kull wieħed mill-erba’ għanijiet (l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni);

·tiddikjara li dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu jew permezz ta’ miżuri prinċipali jew permezz ta’ miżuri mmirati, inklużi inizjattivi speċifiċi biex jevitaw jew jikkumpensaw għal żvantaġġi, jew b’taħlita tat-tnejn, b’attenzjoni partikolari għad-dimensjoni tal-ġeneru;

·tiffoka aktar mill-qrib fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, billi tirreferi b’mod espliċitu għall-antiżingariżmu, u testendi l-ħidma fuq l-integrazzjoni tar-Rom għal oqsma orizzontali u strutturali ġodda lil hinn mill-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni; u

·tistieden lill-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni kull sena, mill-2016, dwar kwalunkwe miżura meħuda f’konformità mar-Rakkomandazzjoni u kwalunkwe progress miksub fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) tat-8 ta’ Diċembru 2016 4 appellaw lill-Kummissjoni “biex twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 u biex tipproponi strateġija għal wara l-2020 dwar l-integrazzjoni tar-Rom, li tkun tinkludi proposta għar-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill”. Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni fil-fond tal-Qafas tal-UE 5 , li ġiet adottata f’Diċembru 2018, u ppubblikat id-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar l-evalwazzjoni 6 .

L-evalwazzjoni u l-konklużjonijiet li siltu minnu l-Kunsill, il-Parlament Ewropew u diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nazzjonali u madwar l-Ewropa kollha 7  juru l-ħtieġa li jiġġedded u jiġi intensifikat l-impenn għall-ugwaljanza tar-Rom. Dan l-impenn għandu jiżgura fokus speċifiku fuq in-nondiskriminazzjoni, li jinkludi l-indirizzar tal-antiżingariżmu u l-indirizzar tal-erba’ oqsma soċjoekonomiċi li fihom l-inklużjoni teħtieġ li titjieb: l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni 8 . Għandu jirrifletti wkoll il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi u d-diversità fi ħdan il-popolazzjoni Rom; jinvolvi l-persuni Rom fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom; itejjeb l-iffissar tal-miri, il-ġbir tad-data, il-monitoraġġ u r-rappurtar; u jagħmel il-politiki ġenerali aktar sensittivi għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom.

F’Lulju 2019, il-Prim Ministri tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent approvaw id-dikjarazzjoni tal-integrazzjoni tar-Rom 9 , u impenjaw ruħhom, li sal-mument tal-adeżjoni jiksbu progress tanġibbli fl-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, ir-reġistrazzjoni ċivili u n-nondiskriminazzjoni.

F’Settembru 2019, il-Kummissjoni adottat ir-rapport tal-2019 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom 10 .

L-Ewropa għad fadlilha ħafna x’tagħmel biex tikseb ugwaljanza għall-popolazzjoni Rom tagħha.. Illum, l-emarġinazzjoni tar-Rom għadha tippersisti, u ħafna mir-Rom tal-kontinent 11 , stmati li huma bejn 10 u 12-il miljun, qed ikomplu jiffaċċjaw diskriminazzjoni, antiżingariżmu u esklużjoni soċjoekonomika fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Dawn il-fenomeni huma marbutin flimkien. Ma hemm l-ebda ugwaljanza meta d-diskriminazzjoni tippersisti u huwa impossibbli li d-diskriminazzjoni tiġi miġġielda b’mod effettiv mingħajr ma jiġi indirizzat l-antiżingariżmu u jitjiebu l-inklużjoni soċjoekonomika u l-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni Rom. Il-potenzjal tat-tfal Rom huwa ostakolat billi ħafna minnhom ma jgawdux aċċess ugwali għall-edukazzjoni minħabba l-faqar, l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni

Skont id-data disponibbli miġbura mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali fl-2011, l-2016 u l-2019, il-progress kumplessiv fl-integrazzjoni tar-Rom ilu limitat mill-2011, għalkemm hemm differenzi sinifikanti skont l-oqsma ta’ politika u l-pajjiżi 12 . Il-biċċa l-kbira tal-progress inkiseb fl-edukazzjoni (bi tnaqqis fit-tluq bikri mill-iskola u titjib fir-rati ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal, childcare u skola, iżda żieda fis-segregazzjoni). Minkejja t-tnaqqis tar-riskju tal-faqar u t-titjib fl-istatus tas-saħħa awtoperċepita fost ir-Rom, il-kopertura medika għadha limitata. Ma kienx hemm titjib statistiku sinifikanti fl-aċċess għall-impjiegi u l-proporzjon ta’ żgħażagħ Rom li ma għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ saħansitra kompla jiżdied. Is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni għadha kumplessa u hija waħda mill-akbar sfidi li l-komunità Rom qed tiffaċċja fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha. L-antiżingariżmu jkompli jagħti lok għal tħassib serju. Fl-istess ħin, hemm xi evidenza ta’ tnaqqis żgħir fl-esperjenzi ta’ diskriminazzjoni tal-poplu Rom meta jaċċedu għal ċerti tipi ta’ servizzi. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (id-“Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”) 13 , il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra tliet pajjiżi għas-segregazzjoni fl-iskejjel tat-tfal Rom 14 .

Il-pandemija tal-COVID-19 żvelat l-esponiment estrem tal-komunitajiet Rom esklużi u emarġinati kemm għall-impatti negattivi fuq is-saħħa fuq perjodu qasir kif ukoll għall-impatti soċjoekonomiċi fuq perjodu medju ta’ żmien. It-tfal Rom li jgħixu f’komunitajiet emarġinati huma fost l-aktar milquta mill-pandemija. L-apprendiment mill-bogħod kien impossibbli għal wisq tfal Rom li jgħixu fi djar mingħajr faċilitajiet tal-IT jew elettriku. Il-kriżi żvelat ukoll il-ħtieġa urġenti għal rispons politiku aktar effiċjenti fil-livell Ewropew.

Il-persistenza tal-inugwaljanzi u l-iżvantaġġ sistemiku tirrappreżenta telf ta’ kapital uman u riżorsi għall-ekonomiji tal-Ewropa. L-iżvantaġġi li tiffaċċja l-popolazzjoni Rom jaffettwaw l-ekonomija u s-soċjetajiet fl-Ewropa. F’pajjiżi b’sehem akbar tal-poplu Rom, dan il-grupp jirrappreżenta proporzjon li qed jikber tal-popolazzjoni fl-età tal-iskola u l-forza tax-xogħol tal-ġejjieni. Il-progress fl-inklużjoni soċjoekonomika għar-Rom għandu l-potenzjal li jnaqqas l-iskarsezzi ta’ ħaddiema u ħiliet fi żminijiet ta’ żviluppi demografiċi negattivi, inaqqas l-infiq soċjali u jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija. L-investiment f’edukazzjoni aħjar u t-titjib tal-ħiliet ta’ forza tax-xogħol li qabel kienet eskluża jistgħu jaffettwaw pożittivament it-tkabbir tal-produttività. L-Unjoni Ewropea trid tindirizza l-inugwaljanzi b’mod aktar effettiv billi tiżgura li l-poplu Rom ikun jista’ jagħmel użu sħiħ mis-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tiżgura li l-poplu Rom ikun jista’ juża l-potenzjal tiegħu biex jikkontribwixxi għall-ekonomija u għas-soċjetà b’mod ġenerali, li se jwassal għal eżiti soċjali u ekonomiċi aħjar għal kulħadd. Din il-proposta, flimkien mal-Komunikazzjoni, adottata mill-Kummissjoni fl-istess waqt, għandha l-potenzjal li tindirizza l-inugwaljanzi li jaffettwaw lill-popolazzjoni Rom u twassal għal eżiti soċjali aħjar għal kulħadd.

Il-proposta għal rakkomandazzjoni tqis il-miżuri rrappurtati mill-Istati Membri mill-2016 skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013, u tirrieżaminahom u tespandihom. L-iskop huwa li jiġġedded u jiġi ssostitwit l-istrument tal-2013, billi tiġi pprovduta gwida aktar b’saħħitha lill-Istati Membri u jiġi kkonfermat l-impenn imġedded tagħhom fit-tul biex jiġu indirizzati l-problemi u l-isfidi persistenti li qed tiffaċċja l-komunità Rom, li hemm riskju li jaggravaw kaġun tal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha.

Din tikkomplementa l-Komunikazzjoni. Iż-żewġ inizjattivi jikkostitwixxu l-qafas strateġiku għar-Rom tal-UE sal-2030, li huwa mfassal biex jinkorpora t-tagħlimiet meħuda mill-qafas preċedenti tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020 fir-rigward tal-oqsma ta’ intervent, monitoraġġ u rappurtar tal-objettivi, koordinazzjoni transsettorjali, finanzjament u involviment ta’ diversi partijiet ikkonċernati.

Il-proposta hija maqsuma f’ħames kapitoli:

1.Kapitolu dwar tliet objettivi orizzontali mfassla biex jipprevjenu u jiġġieldu d-diskriminazzjoni billi jippromwovu: (i) l-ugwaljanza, (ii) l-inklużjoni u (iii) l-parteċipazzjoni tar-Rom;

2.Kapitolu dwar erba’ objettivi settorjali: l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-servizzi tas-saħħa u soċjali, u l-akkomodazzjoni u s-servizzi essenzjali;

3.Kapitolu dwar is-sħubijiet u l-kapaċità istituzzjonali;

4.Kapitolu dwar il-finanzjament;

5.Kapitolu dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar.

Il-proposta hija mfassla biex tiżgura sinerġiji ma’ inizjattivi ġodda żviluppati fil-livell Ewropew għall-perjodu sal-2030 u bl-użu tal-fondi tal-Unjoni, biex ittejjeb l-implimentazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Ir-rakkomandazzjoni hija konsistenti ma’ dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-ugwaljanza. Din tibni fuq il-qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom, li se jiġi fi tmiemu fl-2020, u tindirizza għalkollox is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Iġġedded u tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri, biex tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida aktar rilevanti u effettiva dwar kif jitħaffef il-progress lejn l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni għar-Rom matul l-10 snin li ġejjin.

Il-proposta hija konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza u tipprevedi l-implimentazzjoni effettiva tagħha, b’mod partikolari d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika fl-impjieg, il-protezzjoni soċjali, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni, u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku u l-provvista tagħhom 15 . Il-proposta hija konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/951 16 li tistabbilixxi standards għal funzjonament effettiv u indipendenti tal-korpi għall-promozzjoni ta’ trattament indaqs (“korpi għall-ugwaljanza”), li ġew stabbiliti skont id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali 17 . Hija wkoll konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, inklużi r-razza u l-oriġini etnika 18 . Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI hija mfassla biex tiġġieled, permezz tal-liġi kriminali, ċerti forom u manifestazzjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija 19 .

Il-proposta attwali hija mfassla biex issegwi l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali billi tikkonsolida l-prinċipju 3, “opportunitajiet indaqs” u permezz tar-rilevanza tagħha għal diversi prinċipji oħra. Hija ispirata wkoll mill-Aġenda 2030 tan-NU u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-proposta hija konsistenti mal-istrateġiji reċenti fil-qasam tal-ugwaljanza, bħall-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-2020-2025 20 , il-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu għall-2020-2025 21 u l-istrateġija li ġejja tal-ugwaljanza LGBTI+, li jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika tan-nisa Rom u tal-persuni LGBTI+ Rom, rispettivament, u l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 22 .

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, imfassal biex tiżdied il-ġustizzja soċjali, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Hija parti mill-inizjattivi speċifiċi li jimplimentaw il-pilastru Ewropew u konsistenti ma’ inizjattivi simili bħall-garanzija għaż-żgħażagħ rinfurzata 23 , il-garanzija għat-tfal għall-ġejjieni jew il-pjan ta’ azzjoni li jmiss biex jiġi implimentat il-pilastru. Tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra razziżmu għall-2020-2025 24 u hija konsistenti mad-Direttiva 2012/29/UE, li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità 25 , b’enfasi partikolari fuq il-vittmi ta’ reat imwettaq bi preġudizzju jew b’motiv diskriminatorju. Il-ħtiġijiet speċifiċi tar-Rom huma diġà inklużi fl-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi u se jkunu parti mill-istrateġija li ġejja għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-qafas ġuridiku u ta’ politika tal-UE li jindirizza t-traffikar tal-bnedmin 26 . Il-proposta hija kompatibbli wkoll mad-Direttiva dwar is-Servizz tal-Media Awdjoviżiva 27 li tistabbilixxi r-rekwiżiti li jipproteġu lill-utenti ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva u pjattaformi ta’ video-sharing minn inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, kif ukoll minn komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi diskriminatorji. Din tobbliga wkoll lill-pjattaformi ta’ video-sharing biex jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu lill-utenti minn kontenut razzist u ksenofobiku.

Barra minn hekk, il-proposta tiżgura koerenza bejn l-appoġġ tal-politika tal-UE minn naħa waħda, u l-istrumenti legali u ta’ finanzjament li jistgħu jiġu mobilizzati u allinjati lejn l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom min-naħa l-oħra, bħan-NextGenerationEU, inklużi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-fondi tal-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li abbażi tiegħu l-Kunsill jadotta rakkomandazzjonijiet fuq proposta mill-Kummissjoni, flimkien mal-Artikolu 19(1) TFUE li jipprevedi azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali.

Dispożizzjonijiet legali rilevanti oħrajn huma:

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li l-Unjoni hija mwaqqfa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità umana, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li abbażi tiegħu l-Unjoni hija meħtieġa li tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha, l-Unjoni għandha tiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi li f’kull attività tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Skont l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f’materji ta’ impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, bħas-sess, ir-razza, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. L-Artikolu 23 tal-Karta jistabbilixxi d-dritt għal ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga. L-Artikolu 26 jirrikonoxxi u jirrispetta d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà li jibbenefikaw minn miżuri intiżi sabiex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità. Barra minn hekk, l-ugwaljanza ta’ kull persuna f’għajnejn il-liġi hija minquxa fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-valuri komuni sottostanti, bħall-ugwaljanza u d-drittijiet fundamentali, u l-objettivi komuni, bħall-prosperità ekonomika, il-koeżjoni soċjali u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, jappellaw lill-Unjoni biex ikollha rwol fil-politiki biex jinkisbu l-ugwaljanza u l-inklużjoni għar-Rom. Barra minn hekk, il-mobbiltà transnazzjonali tar-Rom madwar il-pajjiżi tal-UE, fil-kuntest tal-libertà tal-moviment u tal-migrazzjoni tar-Rom minn pajjiżi terzi, tagħmel l-inklużjoni tar-Rom objettiv konġunt fil-livell tal-UE.

Il-proposta tiżgura valur miżjud kontinwu ta’ azzjoni fil-livell tal-UE. L-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE wriet li kellu valur miżjud pożittiv tal-UE billi poġġa l-inklużjoni tar-Rom fl-aġendi tal-UE u dawk nazzjonali u żviluppa strutturi, u tejjeb il-koerenza tal-politika tal-UE u l-istrumenti legali u ta’ finanzjament li ġew mobilizzati u allinjati biex javvanzaw l-inklużjoni tar-Rom. Il-proposta se żżomm l-impenn politiku u tiffoka fuq l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom fil-pajjiżi tal-UE. Fil-preżent, l-effetti tal-qafas tal-UE x’aktarx li ma jmorrux lil hinn mill-2020 jekk ma jkunx hemm aktar appoġġ mill-UE. Jeħtieġ li jissaħħu l-isforzi nazzjonali u hemm bżonn ta’ aktar ħin biex jiġu kkonsolidati l-istrutturi tax-xogħol, biex jiġu allinjati u mobilizzati aktar strumenti ta’ politika, legali u finanzjarji oħra u biex jiġi mmonitorjat l-impatt tal-politiki b’mod aktar effettiv. Il-proposta hija mfassla wkoll biex tnaqqas il-frammentazzjoni fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, waħda mid-dgħufijiet identifikati fl-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE.

Il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-UE qed isir aktar kruċjali fid-dawl tal-isfidi assoċjati mal-kriżi tal-COVID-19 u li jirriżultaw minnha. Ħafna komunitajiet Rom batew b’mod sproporzjonat minħabba l-aċċess ġeneralment limitat għall-infrastruttura bażika tal-iġjene u tas-sanità, aċċess limitat għal servizzi tal-ilma nadif u tal-kura tas-saħħa, livelli għoljin ta’ prekarjetà ekonomika, unitajiet domestiċi b’wisq nies u insedjamenti jew kampijiet segregati li huma wkoll iffullati żżejjed. Hemm bżonn ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li l-piż tal-pandemija ma jaqax b’mod sproporzjonat fuq dawk l-aktar vulnerabbli u biex jiġi evitat li l-inugwaljanzi eżistenti jmorru għall-agħar.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi bis-sħiħ mal-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi biex jiżguraw l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni għar-Rom. Madankollu, dawn l-isfidi jvarjaw kemm fl-intensità (skont id-daqs tal-popolazzjoni Rom u s-sehem tagħhom mill-popolazzjoni kumplessiva, kif ukoll skont il-kuntest ekonomiku usa’ u l-legat tal-esklużjoni u d-diskriminazzjoni) kif ukoll fil-karatteristiċi speċifiċi tagħhom (bħall-mobbiltà transnazzjonali, il-migrazzjoni jew kwistjonijiet assoċjati mad-dokumentazzjoni ċivika).

Il-proposta tibni fuq il-Komunikazzjoni li tistabbilixxi qafas komuni tal-UE b’impenji minimi kondiviżi għall-Istati Membri kollha, ikkumplimentati bi gradi differenti ta’ impenn politiku addizzjonali skont is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiżi u l-isfidi differenti li jiffaċċjaw ir-Rom li jgħixu fit-territorju tagħhom. L-azzjoni proposta tqis bis-sħiħ il-prattiki tal-Istati Membri u d-diversità tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali.

Biex tkejjel il-progress, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, waqqfet il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-indikaturi u r-rappurtar biex jikkumplimenta l-isforzi tal-Istati Membri. Il-Grupp ta’ Ħidma ppropona portafoll ta’ indikaturi għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom 28 , żviluppati b’rispett sħiħ għal sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Il-pajjiżi jistgħu jagħżlu indikaturi kwalitattivi u/jew kwantitattivi rilevanti biex ikejlu l-progress minn portafoll ta’ indikaturi komuni. Fl-istess ħin, billi l-pajjiżi jintalbu jagħżlu objettivi nazzjonali kwalitattivi u/jew kwantitattivi fit-triq lejn miri fil-livell tal-UE, il-proposta tevita frammentazzjoni eċċessiva u tfittex li żżid l-impenn tal-pajjiżi biex jiksbu progress lejn l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni għar-Rom.

Il-valutazzjoni tal-proporzjonalità kellha wkoll rwol ewlieni fl-għażla tal-istrument.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li timxi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Ir-rakkomandazzjoni proposta tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif iħaffu l-progress lejn l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Il-proposta hija ppreżentata flimkien mal-Komunikazzjoni l-ġdida dwar “Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni”. L-għan huwa li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati kollha għandhom jaħdmu flimkien b’mod konsistenti u koerenti lejn objettivi komuni.

Bħala strument legali, il-proposta tagħti sinjal tal-impenji tal-Istati Membri għall-miżuri stabbiliti f’din ir-rakkomandazzjoni u tipprovdi bażi politika b’saħħitha għall-kooperazzjoni f’dan il-qasam fil-livell Ewropew, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri. Ladarba l-proposta tiġi adottata, se tissostitwixxi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi.

Din l-inizjattiva turi impenn imġedded u msaħħaħ mill-Istati Membri għat-titjib tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni, it-tisħiħ tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom u t-tkomplija ta’ rappurtar koordinat lill-Kummissjoni u monitoraġġ minnha. Għalhekk, din ir-rakkomandazzjoni tissodisfa l-ħtieġa ta’ azzjoni fil-livell tal-UE, filwaqt li tqis ukoll id-differenzi speċifiċi għall-pajjiż fir-rigward tas-sitwazzjoni tar-Rom. Ir-rakkomandazzjoni tagħti lok biex l-UE tfittex li tikseb objettivi komuni, filwaqt li tippermetti wkoll lill-Istati Membri xi flessibbiltà f’termini tal-kisba tal-miri kwalitattivi u/jew kwantitattivi tagħhom, skont il-punt ta’ tluq, l-istorja nazzjonali u l-prattiki attwali tagħhom.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Wara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2016 29 , il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni fil-fond tal-qafas, adottat rapport 30 dwar l-evalwazzjoni f’Diċembru 2018, u ppubblikat dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar l-evalwazzjoni 31 .

L-evalwazzjoni li kopriet l-2011-2017, ivvalutat ir-rilevanza, il-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koordinazzjoni, l-ekwità, is-sostenibbiltà u l-valur miżjud tal-UE tal-qafas. Hija kienet ibbażata fuq:

eżami dokumentarju estensiv ta’ letteratura sekondarja, rapporti u bażijiet ta’ data,

studji fil-fond dwar il-pajjiżi,

intervisti mal-partijiet ikkonċernati f’16-il pajjiż tal-UE,

intervisti fil-livell tal-UE u fi tliet pajjiżi tat-tkabbir,

konsultazzjoni pubblika miftuħa,

stħarriġ fost l-organizzazzjonijiet mhux governattivi,

data mill-istħarriġ tal-2016 mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (EU-MIDIS II), u

workshop ta’ validazzjoni.

L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-erba’ oqsma ta’ prijorità (l-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni) għadhom kruċjali għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni enfasizzat li l-għan speċifiku tan-nondiskriminazzjoni għandu jibni fuq approċċ ta’ inklużjoni kif ukoll ifittex li jinkiseb b’enfasi qawwija fuq l-antiżingariżmu, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

L-evalwazzjoni sabet li l-qafas kellu valur miżjud pożittiv tal-UE billi jpoġġi l-inklużjoni tar-Rom fl-aġendi tal-UE u dawk nazzjonali, jiżviluppa strutturi u jtejjeb il-koerenza tal-politika tal-UE u l-istrumenti legali u ta’ finanzjament li ġew mobilizzati u allinjati għall-inklużjoni tar-Rom.

Hija nnotat li l-qafas ippermetta lill-Istati Membri jadattaw l-objettivi tagħhom għal kuntesti nazzjonali speċifiċi. Filwaqt li dan kien ifisser li setgħu jfasslu l-approċċ tagħhom kif xieraq, l-evalwazzjoni sabet li dan kellu t-tendenza wkoll li jifframmenta l-implimentazzjoni, inaqqas l-effettività u jillimita l-progress lejn l-għanijiet tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom.

L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li l-qafas tal-UE kellu kapaċità limitata biex jindirizza d-diversità fost il-popolazzjoni Rom. Huwa ta ftit wisq attenzjoni biex jitpoġġew fil-mira gruppi speċifiċi fost ir-Rom (in-nisa, iż-żgħażagħ u t-tfal, u r-Rom li jiċċaqilqu fl-UE).

Finalment hija sabet li hemm mekkaniżmi ta’ governanza fis-seħħ fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, iżda li l-funzjoni tagħhom għadha limitata. Saru sforzi biex titjieb il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, iżda l-opportunitajiet għall-poplu Rom biex jipparteċipa b’mod effettiv fil-ħajja politika u fl-istadji kollha tal-proċess ta’ politika għadhom limitati.

Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar evalwazzjoni fil-fond ikkonkluda li "[l]-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE [...] wriet li l-qafas huwa l-bidu ta’ proċess li, minkejja bosta limitazzjonijiet u b’kont meħud tal-kompitu enormi involut, wera riżultati pożittivi u tibdil f’xejriet inizjali". Filwaqt li enfasizza li “[i]l-fażi inizjali kisbet xi riżultati tanġibbli, għalkemm insuffiċjenti”, saħaq ukoll dwar il-ħtieġa “li l-proċess globali issa jrid jiġi msaħħaħ u aktar iffukat, b’enfasi fuq l-impenn politiku mtejjeb, l-introduzzjoni ta’ miri speċifiċi li jistgħu jitkejlu u monitoraġġ rigoruż, u implimentazzjoni aktar effettiva appoġġata minn fondi suffiċjenti u sistemi ta’ governanza parteċipattivi.”

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE 32 kienet teħtieġ konsultazzjonijiet estensivi, uħud b’għadd kbir ta’ mistoqsijiet li jħarsu ’l quddiem li kienu ta’ kontribut għat-tħejjija tal-inizjattiva. Il-konsultazzjonijiet addizzjonali għall-inizjattiva kkumplimentaw dawk li diġà twettqu għall-evalwazzjoni 33 , bl-iskop u l-objettivi tagħhom allinjati mal-bqija tal-ħtiġijiet tal-ġbir tad-data.

Konsultazzjonijiet immirati fittxew li jiġbru opinjonijiet u pariri dwar aspetti tematiċi ewlenin bħall-għażliet ta’ politika; kif għandu jiġi indirizzat l-antiżingariżmu, il-parteċipazzjoni tar-Rom u d-diversità fl-inizjattiva; u kif jistgħu jittejbu l-monitoraġġ u l-kejl tal-progress permezz ta’ indikaturi u objettivi. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal 34 , ippubblikat fl-istess waqt tal-Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-qafas strateġiku u ta’ din il-proposta, jagħti dettalji dwar l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni, il-partijiet ikkonċernati involuti u kif il-kontributi tagħhom wasslu biex tissawwar l-inizjattiva l-ġdida.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta hija bbażata fuq ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE 35 , id- dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar l-evalwazzjoni 36 u l-istudju estern dettaljat ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni pprovdut mill-ICF/Milieu 37 , li fuqu hija mibnija.

Ir-riżultati tas-sondaġġi li saru fl-2011, l-2016 u l-2019 mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali fi ħdax, disa’ u ħames Stati Membri addizzjonali rispettivament baqgħu rilevanti għall-proposta.

L-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji fil-livell nazzjonali fl-UE, miġbura mill-punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-Rom mill-2016, ġiet miġbura fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress lejn l-integrazzjoni tar-Rom ta’ Settembru 2019 38 . Din l-informazzjoni kienet ikkumplimentata minn rapporti mis-soċjetà ċivili fil-kuntest tal-proġett pilota tal-Parlament Ewropew għall-monitoraġġ Ċivili tar-Rom, 2017-2020 39 .

Intalbu provi u data addizzjonali permezz tar-riżultati ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjonijiet tad-diskriminazzjoni kontra r-Rom 40 u studji esterni ta’ esperti li jiffukaw fuq kif titħaddem il-ħtieġa li titqies aħjar id-diversità fost ir-Rom, il-ġlieda kontra l-antiżingariżmu u l-parteċipazzjoni tar-Rom 41 .

Il-proposta bbenefikat ukoll minn kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali dwar l-arranġamenti ta’monitoraġġ, inkluż l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riżultati u tal-proċessi 42 .

Valutazzjoni tal-impatt

L-istrument propost – rakkomandazzjoni tal-Kunsill – joffri gwida dwar l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi tar-Rom, filwaqt li jippermetti wkoll lill-Istati Membri l-ambitu biex ikunu flessibbli fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri. Konsegwentement, mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

L-impatti mistennija jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq il-livell ta’ impenn għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom li jaqblu fuqu l-Istati Membri, jiġifieri l-ambizzjoni riflessa fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ladarba adottata u l-oqfsa strateġiċi nazzjonali implimentati minn hemm ’il quddiem 43 . Barra minn hekk, minbarra l-isfidi ġenerali tal-kwantifikazzjoni u l-immonetizzar tal-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fil-qasam tal-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom qed jiffaċċja limitazzjonijiet serji fir-rigward tal-ġbir ta’ data etnika f’xi Stati Membri.

Dokument ta’ ħidma komprensiv tal-persunal 44 jinkludi ħarsa ġenerali tal-lezzjonijiet ewlenin li jirriżultaw mit-tfassil u mill-implimentazzjoni tal-qafas tal-UE sal-2020. Huwa jibni fuq ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni, diversi evalwazzjonijiet u studji fil-livell tal-UE, rapporti ta’ esperti, rapporti paralleli tas-soċjetà ċivili, u r-rispons li wasal waqt konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u internazzjonali.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta għandha konsegwenzi pożittivi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Se tintensifika l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, speċjalment l-Artikolu 21, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, inklużi r-razza u l-oriġini etnika 45 .

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din ir-rakkomandazzjoni ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-proposta tadotta approċċ komuni iżda differenzjat. Hija tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom ifasslu oqfsa strateġiċi nazzjonali aktar effettivi, filwaqt li tqis l-isfidi speċifiċi għall-pajjiż marbuta mal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Biex il-progress jiġi mmonitorjat aħjar, il-proposta tistieden lill-Istati Membri jużaw il-qafas ta' indikaturi komuni għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom wara l-2020, ikkoordinat mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali fuq talba tal-Kummissjoni, ħadem biex jiżviluppa dan il-qafas. Il-qafas ta’ indikaturi jipprovdi indikaturi komparabbli, robusti u rilevanti għall-monitoraġġ tal-progress u l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom. Dan jinkludi indikaturi tal-proċessi biex jirriflettu l-miżuri (inklużi politiki, programmi u proġetti) u indikaturi tar-riżultati biex jitkejjel il-progress lejn l-objettivi abbażi tad-data statistika, li tista’ tinġabar minn data miċ-ċensiment, data amministrattiva u/jew data mis-sondaġġi. Dan il-portafoll ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi jqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-bażi ta’ evidenza disponibbli.

It-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor iċ-ċiklu previst ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni:

Sondaġġi regolari (FRA)

Rapporti mill-NRCPs

Rapport dwar l-użu ta’ fondi tal-UE

Monitoraġġ ċivili

Rapporti ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni

Evalwazzjonijiet u proposti ta’ politika futura

Ġbir ta’ data: 2020

Riżultati: 2021

Oqfsa strateġiċi nazzjonali: 2021

L-ewwel ċiklu ta' rapporti ċivili nazzjonali: Rebbiegħa 2022

Rapport tal-Kummissjoni dwar l-oqfsa strateġiċi nazzjonali: Ħarifa 2022

Rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali: 2023

It-tieni ċiklu ta’ rapporti ċivili nazzjonali: Rebbiegħa 2024

Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni: Ħarifa 2024

Ġbir ta’ data: 2024

Riżultati: 2025

Rapport dwar l-istadji importanti tal-indikaturi tal-outputs: 2024

Evalwazzjoni fil-fond tal-qafas strateġiku għar-Rom tal-UE

Rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali: 2025

It-tielet ċiklu ta’ rapporti ċivili: Rebbiegħa 2026

Implimentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni: Ħarifa 2026

Ġbir ta’ data: 2028

Riżultati: 2029

Rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali: 2027

Rapport dwar il-miri tal-indikaturi tal-outputs:

2029

Ir-raba' ċiklu ta’ rapporti ċivili: Rebbiegħa 2028

Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni: Ħarifa 2028

Rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali: 2029

Proposta ta’ segwitu tal-Kummissjoni: 2030

Evalwazzjoni ex-post

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

It-Taqsimiet 1-4 jirreferu għall-objettivi orizzontali tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni u jipproponu miżuri biex itejbu l-progress f’dawn l-oqsma.

It-Taqsimiet 5-10 jirreferu għall-objettivi settorjali tal-iżgurar tal-aċċess ugwali effettiv għar-Rom għall-edukazzjoni tradizzjonali inklużiva, il-kwalità u l-impjiegi sostenibbli, il-kura tas-saħħa ta’ kwalità u s-servizzi soċjali, l-akkomodazzjoni adegwata u mhux segregata, u servizzi essenzjali.

It-Taqsimiet 11-27 jirreferu għall-ħtieġa li jissaħħu s-sħubijiet u l-kapaċità istituzzjonali tal-partijiet ikkonċernati multipli li għandhom jiġu involuti f’dan il-qasam transsettorjali.

It-Taqsimiet 11-13 jirrakkomandaw li l-Istati Membri jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-Rom ikollhom ir-riżorsi u l-mandat li jeħtieġu biex jikkoordinaw b’mod effettiv l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom.

It-Taqsimiet 14 u 15 jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-involviment tal-korpi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament u biex jappoġġaw l-indipendenza u l-kooperazzjoni tagħhom mal-atturi rilevanti kollha.

It-Taqsimiet 16-20 jappellaw lill-Istati Membri biex ikomplu jimmobilizzaw u jappoġġaw il-livelli lokali u reġjonali biex itejbu l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku nazzjonali għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom.

It-Taqsimiet 21-27 jiffokaw fuq il-kooperazzjoni u l-involviment tas-soċjetà ċivili.

It-Taqsimiet 28-34 jirreferu għal modi kif isir użu aktar effettiv mill-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali.

It-Taqsimiet 35-39 jirrevedu l-arranġamenti tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv tar-rappurtar u jipprevedu li l-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jagħtu appoġġ akbar bl-użu ta’ portafoll komuni ta’ indikaturi tal-proċessi u tar-riżultati għall-monitoraġġ tal-progress biex jinkisbu l-objettivi u l-miri ewlenin tal-UE.

.

2020/0288 (NLE)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 flimkien mal-Artikolu 19(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE 46 tistipula qafas għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ oriġini razzjali jew etnika fl-Unjoni kollha b’rabta mal-impjiegi, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, il-vantaġġi soċjali u l-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, inkluża l-akkomodazzjoni. L-iskop ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dik id-Direttiva.

(2)Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI 47 tobbliga lill-Istati Membri jikkriminalizzaw l-inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda fuq il-bażi tar-razza, l-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika u jiżguraw li motivazzjoni razzista u ksenofobika titqies bħala ċirkostanza aggravanti jew, alternattivament, li tista’ titqies mill-qrati nazzjonali fid-determinazzjoni tal-pieni. Din ir-Rakkomandazzjoni hija mfassla biex issaħħaħ il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda, ir-reati ta’ mibegħda u l-vjolenza diretti fil-konfront tal-persuni Rom. F’konformità mad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, ir-Rakkomandazzjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi l-appoġġ għall-vittmi Rom ta’ tali kriminalità.

(3)Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 49 jistabbilixxi għadd ta’ prinċipji li jappoġġaw u jżidu l-ġustizzja soċjali, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. It-tqegħid fil-mira ta’ gruppi b’riskju għoli ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali huwa kruċjali fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Soċjali. Din ir-rakkomandazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp sostnut ta’ soċjetajiet demokratiċi ugwali u inklużivi f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti 50 .

(4)Il-Kummissjoni ppreżentat proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għar-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 51 , il-Fond Soċjali Ewropew+ 52 , u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni 53 . Dawn il-proposti jirreferu għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni bħala prinċipji orizzontali li għandu jkun hemm adeżjoni magħhom fl-implimentazzjoni tal-Fondi. Il-proposta għal Fond Soċjali Ewropew+ tistieden speċifikament lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni 54 fl-implimentazzjoni tal-programmi u tirreferi għall-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u l-inklużjoni ta’ komunitajiet emarġinati bħar-Rom 55 , b’rabta mal-kundizzjoni abilitanti ta’ qafas strateġiku nazzjonali tar-Rom. Sakemm dawn il-miżuri jiġu adottati, din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li toħloq rabta espliċita bejn il-fondi tal-Unjoni 56 , minn naħa, u l-prijoritajiet ta’ politika għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom, min-naħa l-oħra.

(5)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010, bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (l-“Istrateġija Ewropa 2020”), tat spinta sinifikanti lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali billi stabbiliet miri komuni Ewropej biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex iżżid il-livelli tal-edukazzjoni u tal-impjiegi. Dawn il-miri ma jistgħux jintlaħqu mingħajr ma jittejbu l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Rom, u din ir-Rakkomandazzjoni toffri gwida speċifika dwar dan.

(6)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2011, intitolata “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fl-2020”, li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri javvanzaw b’mod komprensiv l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom u jistabbilixxu miri fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, kienet ġiet approvata mill-Kunsill fid-19 ta’ Mejju 2011. Minkejja l-limitazzjonijiet fit-tfassil inizjali, il-qafas kellu valur miżjud tal-UE importanti li fuqu tkompli tibni r-Rakkomandazzjoni attwali, fost l-oħrajn billi tintegra t-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-qafas.

(7)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri 57 tfasslet biex issaħħaħ il-miżuri nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom. Hija stiednet lill-Istati Membri biex jinformaw lill-Kummissjoni kull sena dwar kwalunkwe miżura meħuda f’konformità mar-rakkomandazzjoni u kwalunkwe progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom (NRIS). Din ir-rakkomandazzjoni tibni fuq l-esperjenzi, tirrevedi u tespandi l-miżuri li għandhom jittieħdu.

(8)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2016 dwar “L-aċċellerar tal-proċess ta’ integrazzjoni tar-Rom” 58 appellaw lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għall-2020 u tipproponi, abbażi ta’ dan, inizjattiva għal wara l-2020. Filwaqt li l-evalwazzjoni tirrikonoxxi l-valur miżjud tal-qafas, tinnota li l-poplu Rom fl-Ewropa għadhom qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjoekonomika.

(9)L-evalwazzjoni u l-konklużjonijiet li ġew misluta minnha mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nazzjonali u madwar l-Ewropa kollha 59 juru l-ħtieġa għal impenn imġedded u aktar b’saħħtu għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom. Dan l-impenn għandu jiżgura attenzjoni speċifika fuq in-nondiskriminazzjoni, inkluż billi jindirizza l-antiżingariżmu — forma speċifika ta’ razziżmu kontra l-poplu Rom — u jiffoka fuq l-erba’ oqsma ta’ inklużjoni soċjoekonomika tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni 60 . Għandu jirrifletti wkoll il-bżonnijiet ta’ gruppi speċifiċi u d-diversità tal-popolazzjoni Rom; jinvolvi lir-Rom fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom; itejjeb l-iffissar tal-miri, il-ġbir tad-data, il-monitoraġġ u r-rappurtar; u jagħmel il-politiki ġenerali aktar sensittivi għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom.

(10)Din ir-Rakkomandazzjoni tibni wkoll fuq diversi sejbiet li qabel kienu stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew 61 , fil-konklużjonijiet tal-Kunsill 62 u fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 63 .

(11)B’segwitu għall-“Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020”, il-Kummissjoni żviluppat pakkett li jinkludi din ir-Rakkomandazzjoni u l-Komunikazzjoni “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (“il-Komunikazzjoni”) 64 . Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi objettivi u miri fil-livell tal-UE u impenji minimi għall-Istati Membri kollha, possibbilment ikkomplementati minn sforzi nazzjonali addizzjonali u appoġġ mill-UE skont il-kuntest nazzjonali u d-daqs tal-popolazzjoni Rom. Data reċenti turi li sitta minn kull għaxar Ewropej għadhom jemmnu li d-diskriminazzjoni kontra r-Rom hija mifruxa sew f’pajjiżhom, filwaqt li sitta minn kull għaxra jaqblu li s-soċjetà tista’ tibbenefika jekk ir-Rom ikunu integrati aħjar 65 . L-objettiv prinċipali ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tagħti daqqa t’id fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u fil-ġlieda kontra l-esklużjoni tar-Rom, bl-involviment attiv tagħhom.

(12)Il-pandemija tal-COVID-19 iġġib magħha esponiment estrem tal-komunitajiet Rom esklużi u emarġinati kemm għall-impatti negattivi fuq is-saħħa kif ukoll dawk soċjoekonomiċi, li jista’ jwassal għal riskju ta’ aggravar ulterjuri fl-inugwaljanzi eżistenti. Din ir-Rakkomandazzjoni tara li jitnaqqsu l-inugwaljanzi strutturali li jiffaċċjaw ir-Rom billi tindirizza l-aċċess limitat għall-ilma nadif 66 , l-infrastruttura sanitarja u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, in-nuqqas ta’ faċilitajiet u ta’ ħiliet diġitali li jippermettu lin-nies jipparteċipaw fl-edukazzjoni mill-bogħod, il-livelli għoljin ta’ prekarjetà ekonomika, l-unitajiet domestiċi b’wisq nies, l-insedjamenti jew il-kampijiet segregati.

(13)Fil-kuntest taż-żieda fil-populiżmu 67 u r-razziżmu fl-Unjoni 68 , hemm bżonn li tingħata attenzjoni lill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-prevenzjoni tagħha, inkluż billi jiġi indirizzat l-antiżingariżmu, li huwa kawża ewlenija tad-diskriminazzjoni u l-esklużjoni u għandu impatt fuqhom. Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu għall-2020-2025 69 dan jirrikonoxxih u jistabbilixxi azzjoni konkreta biex jiġġieled ir-razziżmu. L-antiżingariżmu huwa forma ta’ razziżmu li għadha aċċettata ħafna 70 , li għandha l-oriġini tagħha fil-mod kif is-soċjetà ġenerali tħares lejn dawk meqjusa bħala “żingari” u kif tittrattahom fi proċess ta’ “ħaddieħor” storiku, li tibni fuq l-isterjotipi u l-attitudnijiet, anki jekk b’mod mhux intenzjonat jew inkonxjament. Il-Parlament Ewropew ilu sa mill-2005 juża t-terminu “antiżingariżmu” fir-rapporti u fir-riżoluzzjonijiet tiegħu 71 . Diversi organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili rrikonoxxew il-fenomenu, magħruf ukoll bħala r-razziżmu kontra r-Rom, ir-romafobija, u l-antiżiganiżmu. Fl-2016, il-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa li “jiġġieled il-forom kollha ta’ razziżmu kontra r-Rom, xi drabi msejjaħ anti-Żingariżmu, peress li huwa kawża fundamentali tal-esklużjoni soċjali tagħhom u d-diskriminazzjoni kontrihom” 72 .

(14)Meta fil-mira jkun hemm il-popolazzjoni Rom, huwa importanti li jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet jew il-vulnerabbiltajiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi 73 , inklużi n-nisa, iż-żgħażagħ, it-tfal u l-persuni LGBTI+ Rom, ir-Rom anzjani, ir-Rom li jgħixu b’diżabbiltà, dawk li għandhom nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew Rom mingħajr Stat, u Rom li jiċċaqilqu fl-UE. Għaldaqstant din ir-Rakkomandazzjoni tqis l-importanza tal-indirizzar tad-diskriminazzjoni multipla 74 . Tipproponi miżuri għal inklużjoni u protezzjoni aħjar tat-tfal Rom, li huma partikolarment esposti għad-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni. Tħares ukoll lejn il-ħolqien ta’ opportunitajiet u l-użu tal-potenzjal mhux sfruttat taż-żgħażagħ Rom billi żżid il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fi programmi u miżuri mmirati lejn iż-żgħażagħ 75 bħal dawk imsemmija f’“L-Appoġġ għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ: Pont għall-Impjiegi għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” 76 .

(15)Filwaqt li jirrikonoxxi d-diversità li teżisti fost ir-Rom, it-terminu “Rom” jintuża bħala terminu ġeneriku biex jirreferi għal għadd ta’ gruppi differenti ta’ oriġini Romani bħar-Rom, is-Sinti, il-Kale, iż-Żingari, ir-Romanichels u l-Boyash/Rudari. Jiġbor fih ukoll gruppi bħall-Ashkali, l-Eġizzjani, il-Yenish, il-gruppi tal-Lvant (inklużi d-Dom, il-Lom, ir-Rom u l-Abdal), kif ukoll popolazzjonijiet ta’ vjaġġaturi, inklużi l-Vjaġġaturi etniċi jew dawk iddeżinjati bit-terminu amministrattiv “Gens du Voyage”, u persuni li jidentifikaw lilhom infushom bħala Żingari, Tsiganes jew Tziganes, mingħajr ma jiċħdu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn il-gruppi.

(16)Fil-kuntest tal-mobbiltà intra-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġi rrispettat id-dritt għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tiegħu. Dawn tal-aħħar jinkludu l-pussess ta’ riżorsi suffiċjenti u kopertura komprensiva tal-assigurazzjoni tal-mard, f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 77 . Fl-istess ħin, jeħtieġ li wieħed ifittex li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-poplu Rom u li jittieħdu miżuri li jippromwovu l-inklużjoni ekonomika u soċjali tagħhom fl-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom kif ukoll fl-Istati Membri ta’ residenza tagħhom.

(17)Filwaqt li tirrikonoxxi li l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-metodi ta’ monitoraġġ tagħhom stess, din ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza l-importanza tal-ġbir tad-data, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 78 u mal-Linji Gwida tal-2018 dwar it-titjib tal-ġbir u l-użu tad-data tal-ugwaljanza ppubblikati mis-sottogrupp dwar id-data tal-ugwaljanza tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nondiskriminazzjoni, l-Ugwaljanza u d-Diversità 79 . Din ir-Rakkomandazzjoni tirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-indikaturi bħala metodu ta’ monitoraġġ. Dawn l-indikaturi jistgħu jintgħażlu minn portafoll ta’ indikaturi għall-kejl tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom miġbura flimkien mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri 80 .

(18)Din ir-Rakkomandazzjoni tiffoka b’mod espliċitu fuq miżuri biex tiġi promossa l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom mingħajr ma għandha l-għan li teskludi gruppi emarġinati u żvantaġġati oħra. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji f’sitwazzjonijiet komparabbli. F’dan ir-rigward, il-prinċipji bażiċi komuni għall-inklużjoni tar-Rom jibqgħu rilevanti 81 . Il-Komunikazzjoni tipprovdi aktar linji gwida dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.

L-iskop ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tikkonferma impenn fit-tul għall-objettivi kondiviżi dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom u li tipprovdi gwida mġedda u msaħħa billi tistabbilixxi miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw biex jilħqu dawn l-objettivi.

JIRRAKKOMANDA KIF ĠEJ:

1.    L-Istati Membri għandhom jadottaw oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni Ewropea sa Settembru 2021. Skont id-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, ir-riżorsi disponibbli u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-daqs, is-sitwazzjoni soċjoekonomika, il-ħtiġijiet speċifiċi u ċ-ċittadinanza tal-popolazzjoni Rom fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rilevanza għall-kuntest nazzjonali tal-miżuri stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni u jimplimentawhom b’mod proporzjonat u selettiv, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Meta jiġu biex jivvalutaw ir-rilevanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li bħala gwida jkollhom impenji minimi volontarji, u skont il-kuntest nazzjonali, ikun hemm il-possibbiltà ta’ sforzi addizzjonali, kif previst fil-Komunikazzjoni.

Objettivi orizzontali: l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni

2.L-Istati Membri għandhom jikkonsolidaw l-isforzi biex jadottaw u jimplimentaw miżuri biex jippromwovu l-ugwaljanza u jipprevjenu u jiġġieldu b’mod effettiv id-diskriminazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħha. Tali sforzi għandhom jinkludu miżuri li:

(a)jintensifikaw il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u indiretta, il-fastidju, l-isterjotipar, ir-retorika kontra r-Rom, id-diskors ta’ mibegħda, ir-reati ta’ mibegħda u l-vjolenza kontra r-Rom, inkluż l-inċitament għalihom, kemm online kif ukoll offline, b’mod partikolari fil-kuntest tat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2000/43/KE, id-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI, u d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 82 ;

(b)jiżviluppaw u jippromwovu sistema komprensiva ta’ appoġġ għall-vittmi, f’konformità mad-Direttiva 2012/29/UE, u jipprovdu assistenza mmirata lill-vittmi Rom ta’ reati ta’ mibegħda u diskriminazzjoni;

(c)jiġġieldu d-diskriminazzjoni multipla u strutturali 83 kontra r-Rom u b’mod partikolari, kontra n-nisa Rom, it-tfal Rom, ir-Rom LGBTI+, ir-Rom b’diżabbiltajiet, ir-Rom anzjani, ir-Rom mingħajr Stat u r-Rom li jiċċaqilqu fl-UE;

(d)iqajmu kuxjenza dwar il-fatt li l-isforzi biex jiġu miġġielda l-prattiki diskriminatorji huma minsuġa flimkien mal-isforzi biex jiġu indirizzati l-antiżingariżmu u l-esklużjoni soċjali u ekonomika, u li kollha jservu l-għan usa’ tal-ugwaljanza;

(e)janalizzaw u jirrikonoxxu l-fenomenu tal-antiżingariżmu u jqajmu kuxjenza dwar l-eżistenza tiegħu, l-għamliet tiegħu u l-konsegwenzi dannużi tiegħu, permezz tal-media, il-kurrikuli tal-iskejjel u b’mezzi oħra, u billi jħarrġu lill-impjegati taċ-ċivil u lil partijiet ikkonċernati oħra biex jidentifikawh u jindirizzawh;

(f)jippromwovu attivitajiet u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni multikulturali fl-iskejjel;

(g)jippromwovu l-għarfien tal-kulturi, il-lingwa u l-istorja tar-Rom, inkluża l-memorja tal-Olokawst tar-Rom u l-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni, fost l-oħrajn permezz ta’ azzjoni li tipprovdi taħriġ rilevanti għall-għalliema u t-tfassil ta’ kurrikuli tal-iskejjel xierqa, peress li dan l-għarfien huwa vitali għat-tnaqqis tal-preġudizzju u l-antiżingariżmu, bħala kawżi importanti tad-diskriminazzjoni;

(a)irawmu narrattivi pożittivi dwar ir-Rom u mudelli ta’ rwoli, permezz tal-inklużjoni ta’ appoġġ għal laqgħat interkomunitarji u apprendiment interkulturali.

3.L-Istati Membri għandhom jintensifikaw l-isforzi biex jiġġieldu kontra r-rata għolja ħafna ta’ riskju ta’ faqar u d-deprivazzjoni materjali u soċjali fost il-popolazzjoni Rom, sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni tar-Rom. Dawn l-isforzi għandhom jinkludu miżuri li:

(a)iżidu u jtejbu d-direzzjonar tal-investiment fil-kapital uman, l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-politiki ta’ koeżjoni soċjali;

(b)jiżguraw aċċess għal skemi ta’ protezzjoni soċjali adegwati (kemm appoġġ għall-introjtu kif ukoll benefiċċji in natura u forniment ta’ servizzi) għar-Rom żvantaġġati;

(c)jgħaqqdu flimkien l-appoġġ għall-introjtu ma’ miżuri ta’ attivazzjoni biex jippromwovu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol; jieħdu miżuri biex jippromwovu livell għoli ta’ assorbiment fost ir-riċevituri potenzjali;

(d)jiżguraw li tingħata attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, inkluż billi jittieħdu miżuri nazzjonali aktar b’saħħithom li jqisu l-mekkaniżmi li jipperpetwaw il-faqar multiġenerazzjonali u l-ħtieġa li jiġu appoġġati t-tfal Rom u l-familji tagħhom fl-oqsma interrelatati tal-impjiegi, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni kif ukoll l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-aċċess għas-servizzi essenzjali, in-nutrizzjoni, u l-aċċess għall-attivitajiet ta’ rikreazzjoni;

(e)jappoġġaw il-litteriżmu finanzjarju (għaż-żgħażagħ / qraba), inklużi ħiliet aħjar fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-ippjanar bħala parti mill-miżuri tal-għoti tas-setgħa u tal-inklużjoni finanzjarja.

4.L-Istati Membri għandhom iżidu l-parteċipazzjoni sinifikanti u l-konsultazzjoni tal-poplu Rom, inklużi n-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ, sabiex jipprovdu appoġġ effettiv għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni tar-Rom. Dan għandu jinkludi miżuri li:

(a)jappoġġaw iċ-ċittadinanza attiva billi jippromwovu l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali, b’mod partikolari għan-nisa u ż-żgħażagħ Rom;

(b)jippromwovu l-bini tal-kapaċitajiet u t-tmexxija fis-soċjetà ċivili tar-Rom biex il-poplu Rom ikun jista’ jipparteċipa fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-politika u l-ħajja pubblika inġenerali;

(c)jippromwovu l-impjieg ta’ professjonisti Rom fl-istituzzjonijiet pubbliċi biex jappoġġaw l-immudellar tar-rwol u d-diversità u biex iġibu l-għarfien espert meħtieġ u preċiż tal-ħtiġijiet fil-proċess tal-politiki;

(d)iqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet u r-responsabbiltajiet taċ-ċittadini fost il-membri tal-komunitajiet Rom emarġinati;

(e)jikkoordinaw ir-riżorsi, in-networks u l-għarfien espert fis-setturi kollha biex iżidu l-involviment taż-żgħażagħ Rom fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jgħinu biex jamplifikaw it-tmexxija tagħhom.

Objettivi settorjali

Aċċess għal edukazzjoni ġenerali inklużiva ta’ kwalità

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-Rom ikollhom aċċess ugwali effettiv għall-istadji kollha tal-edukazzjoni, mill-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-indukrar tat-tfal sal-edukazzjoni terzjarja, inklużi l-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor, l-edukazzjoni għall-adulti, u t-tagħlim tul il-ħajja, u jkunu jistgħu jipparteċipaw fihom.

6.L-Istati Membri għandhom itejbu l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva tal-istudenti Rom, inkluż permezz ta’ miżuri li:

(a)jipprevjenu u jeliminaw kwalunkwe forma ta’ segregazzjoni fl-edukazzjoni u jipprevedu r-rikonoxximent u r-riparazzjoni ta’ inġustizzji tal-imgħoddi;

(b)jipprevjenu u jeliminaw id-dijanjożi ħażina li twassal għal tqegħid mhux xieraq ta’ studenti Rom fl-edukazzjoni għal persuni bi bżonnijiet speċjali u jipprevedu r-rikonoxximent u r-riparazzjoni ta’ inġustizzji tal-imgħoddi;

(c)jippromwovu l-iżvilupp u t-tixrid ta’ metodi inklużivi ta’ tagħlim u apprendiment, u jsostnu lill-għalliema fl-indirizzar tad-diversità fil-klassi permezz ta’ programmi ta’ żvilupp professjonali, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u mentoraġġ.

(d)iħeġġu l-involviment effettiv tal-ġenituri fl-edukazzjoni tal-istudenti Rom u jrawmu rabtiet bejn l-iskejjel u l-komunitajiet lokali, inkluż permezz ta’ medjaturi;

(e)jappoġġaw il-parteċipazzjoni u l-involviment attiv tal-istudenti Rom, flimkien mal-istudenti l-oħra kollha, fl-attivitajiet u l-proċessi edukattivi kollha;

(f)jiġġieldu l-bullying u l-fastidju fl-iskejjel, kemm online kif ukoll offline;

(g)iħarrġu lill-għalliema u lill-membri l-oħra tal-persunal fl-iskejjel rigward l-istorja tar-Rom, il-kulturi tar-Rom, u l-metodi kif wieħed jagħraf u jindirizza d-diskriminazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħha, inklużi l-antiżingariżmu u l-preġudizzju inkonsapevoli, jissensibilizzaw dwar l-importanza ta’ edukazzjoni nondiskriminatorja u aċċess ugwali effettiv għall-edukazzjoni tradizzjonali;

(h)jappoġġaw l-isforzi biex jiżguraw li l-istudenti Rom jiksbu ħiliet skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

7.L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ immirat addizzjonali biex jikkumpensaw għad-diskriminazzjoni u l-esklużjoni u jnaqqsu l-impatt tal-isfond soċjali u ekonomiku tal-istudenti Rom fuq l-eżiti edukattivi, inkluż permezz ta’ miżuri li:

(a)jinvestu fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal b’attenzjoni speċjali fuq l-inklużjoni bikrija tat-tfal Rom;

(b)jipprovdu appoġġ u medjazzjoni individwalizzati biex jikkumpensaw għal nuqqasijiet lingwistiċi, konjittivi u edukattivi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-familji tal-istudenti Rom u jħeġġu l-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor u l-edukazzjoni għall-adulti;

(c)jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel, is-servizzi tal-protezzjoni soċjali u l-medjaturi sabiex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola;

(d)jirrikonoxxu l-vulnerabbiltà tat-tfal li l-ġenituri tagħhom telqu mill-pajjiż u jipprovdu aċċess prijoritarju għal programmi barra mill-ħin skolastiku u għal appoġġ individwalizzat;

(e)iżidu l-mobbiltà soċjali tar-Rom permezz ta’ azzjoni pożittiva, li tista’ tinkludi boroż ta’ studju ddedikati fl-edukazzjoni vokazzjonali, sekondarja u għolja u fit-taħriġ tal-għalliema;

(f)jiżguraw tranżizzjoni bla intoppi bejn il-livelli edukattivi u jippromwovu l-ikkompletar tal-edukazzjoni sekondarja superjuri u terzjarja, inkluż permezz ta’ gwida għall-karriera, għoti ta’ konsulenza, skemi ta’ appoġġ finanzjarju u mentoraġġ;

(g)inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, b’enfasi speċifika fuq il-bniet Rom;

(h)jappoġġaw il-parteċipazzjoni f’apprendiment mhux formali u attivitajiet extrakurrikulari, inklużi attivitajiet taż-żgħażagħ, tal-isport u kulturali, l-iżvilupp personali, ir-reżiljenza psikoloġika u l-benesseri;

(i)jippromwovu, għall-istudenti Rom u l-għalliema, il-medjaturi u l-ġenituri tagħhom, l-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet diġitali, l-aċċess broadband, infrastruttura diġitali adegwata, u l-forniment ta’ materjal ta’ tagħlim attrezzat għat-tagħlim mill-bogħod, kemm f’ambjenti ta’ edukazzjoni formali kif ukoll mhux formali, u b’mod partikolari għal dawk li jgħixu f’komunitajiet emarġinati.

Aċċess għal impjiegi ta' kwalità u sostenibbli

8.L-Istati Membri għandhom jippromwovu aċċess ugwali effettiv għar-Rom, b’mod partikolari ż-żgħażagħ Rom, għal impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, inkluż permezz ta’ miżuri li:

(a)jintensifikaw il-ħidma ta’ sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ Rom 84 biex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar is-servizzi ta’ impjiegi u soċjali disponibbli u preferibbilment integrati, kif ukoll joħolqu rabta bejniethom u dawn is-servizzi.

(b) jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ Rom qiegħda u inattivi billi jfasslulhom pjanijiet ta’ azzjoni individwalizzati u olistiċi li jqisu l-preferenzi u l-motivazzjoni tagħhom, l-ostakli u l-iżvantaġġi li jaffaċċjaw, u r-raġunijiet għaliex ikunu qiegħda jew inattivi.

(c)jappoġġaw l-ewwel esperjenza ta’ xogħol, l-impjiegi, l-apprendistati u l-iżvilupp tal-karriera;

(d)jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg permezz ta’ coaching, mentoraġġ, traineeships, inkubaturi tan-negozju u edukazzjoni doppja;

(e)jappoġġaw l-aċċess taż-żgħażagħ Rom għall-ħiliet fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u diġitali u l-akkwiżizzjoni tagħhom biex ikunu attrezzati aħjar għad-domanda tas-suq tax-xogħol u jisfruttaw l-opportunitajiet offruti fil-ħajja ta’ kuljum minn għodod u tendenzi diġitali eżistenti u ġodda;

(f)jappoġġaw is-sussidjar tal-impjiegi u l-qsim tal-ispejjeż relatati mal-impjiegi, it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-akkwiżizzjoni u l-aġġornament tal-kwalifiki professjonali, u l-edukazzjoni tat-tieni opportunità;

(g)jippromwovu aċċess ġenwinament ugwali għall-impjiegi indipendenti u l-intraprenditorija, inkluża l-intraprenditorija soċjali, permezz ta’ appoġġ immirat;

(h)jippromwovu l-impjiegi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat permezz ta’ miżuri li jinkludu azzjoni pożittiva u skemi ta’ appoġġ għal min iħaddem;

(i)jiġġieldu, inaqqsu u jeliminaw id-diskriminazzjoni billi jżidu l-għarfien dwar l-impjiegi mhux diskriminatorji u l-aċċess għall-impjiegi u jħarrġu lil min iħaddem fil-metodi biex wieħed jagħraf u jindirizza d-diskriminazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħha, inklużi l-antiżingariżmu u l-preġudizzju inkonsapevoli.

Is-saħħa u l-aċċess għal kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta’ kwalità

9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess ugwali effettiv mingħajr ostakli għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità, speċjalment għal dawk il-gruppi li huma l-aktar f’riskju jew dawk li jgħixu f’lokalitajiet emarġinati jew remoti, inkluż permezz ta’ miżuri biex:

(a)jippromwovu u jtejbu l-aċċess għal:

(i)nisa Rom għal check-ups mediċi ta’ kwalità, skrinjar tas-saħħa, kura tas-saħħa qabel u wara l-ħlas, għoti ta’ konsulenza u ppjanar tal-familja, kif ukoll kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ġeneralment jiġu pprovduti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa nazzjonali;

(ii)tfal Rom għal kura primarja ta’ kwalità u miżuri preventivi u programmi ta’ tilqim immirati għat-tfal;

(iii)popolazzjonijiet vulnerabbli Rom (il-persuni anzjani Rom, ir-Rom b’diżabbiltajiet, il-persuni Rom LGBTI+, il-persuni Rom li jivvjaġġaw fl-Unjoni, ir-Rom li għandhom nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u r-Rom mingħajr Stat) għal kura tas-saħħa ta’ kwalità;

(b)jappoġġaw lill-medjaturi tas-saħħa u jissensibilizzaw lill-persuni Rom rigward il-miżuri primarji ta’ prevenzjoni, bħall-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, il-prevenzjoni mill-abbuż tas-sustanzi u jtejbu l-aċċess għas-servizz tas-saħħa mentali;

(c)jipprevjenu u jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra l-persuni Rom, permezz ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aċċess għas-saħħa u l-għoti ta’ kura tas-saħħa b’mod nondiskriminatorju, tat-taħriġ tal-prattikanti tas-saħħa, l-istudenti tal-mediċina u l-medjaturi tas-saħħa f’metodi biex jagħrfu u jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħha, inklużi l-antiżingariżmu u l-preġudizzju inkonsapevoli;

(d)jiġġieldu l-esklużjoni diġitali tal-persuni Rom fl-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa permezz ta’ mezzi li jinkludu t-tnaqqis tad-distakk tal-ħiliet diġitali fl-aċċess għall-informazzjoni dwar is-saħħa;

(e)jipprevjenu u jeliminaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa segregati u jiżguraw ir-rikonoxximent u r-riparazzjoni għal inġustizzji tal-imgħoddi, inkluża l-isterilizzazzjoni mġiegħla tan-nisa Rom;

(f)jippromwovu l-aċċess għall-istudji mediċi għall-persuni Rom u jinkoraġġixxu r-reklutaġġ tar-Rom bħala prattikanti tas-saħħa u medjaturi, b’mod partikolari f’reġjuni b’popolazzjoni sinifikanti tar-Rom;

(g)jiġġieldu u jipprevjenu t-tifqigħat ta’ mard potenzjali f’lokalitajiet tar-Rom emarġinati jew remoti;

(h)itejbu l-aċċess għal servizzi komunitarji u bbażati fuq il-familja għal persuni b’diżabbiltajiet, anzjani u tfal imċaħħda mill-kura tal-ġenituri (pereżempju servizzi ta’ żvilupp, akkomodazzjoni soċjali, ċentri tal-ġurnata għal persuni b’diżabbiltajiet u networks ta’ foster parents);

(i)jipprevjenu l-istituzzjonalizzazzjoni u jappoġġaw il-bidla mill-kura istituzzjonali għal dik komunitarja u bbażata fuq il-familja, billi jipprovdu appoġġ għall-familji f’sitwazzjonijiet prekarji u għall-persuni b’diżabbiltajiet (pereżempju servizzi ta’ konsulenza u inċentivi finanzjarji, distribuzzjoni tal-għajnuna alimentari, akkomodazzjoni assistita u servizzi ta’ żvilupp.)

(j)jippromwovu l-iskambju u t-trasferiment tal-aħjar prattiki b’rabta mas-saħħa pubblika tal-persuni Rom billi jużaw, pereżempju, il-qafas tas-saħħa pubblika tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli;

Aċċess għal akkomodazzjoni xierqa mhux segregata u għal servizzi essenzjali 

10.L-Istati Membri għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-persuni Rom fl-aċċess għal akkomodazzjoni xierqa mhux segregata u servizzi essenzjali, inkluż permezz ta’ miżuri li:

(a)jiżguraw aċċess għal servizzi essenzjali – bħall-ilma tal-vit, ilma tax-xorb sikur u nadif 85 , sanitazzjoni adegwata, ġbir u servizzi ta’ ġestjoni tal-iskart, servizzi ambjentali, elettriku, gass, trasport, servizzi finanzjarji u komunikazzjonijiet diġitali – u infrastruttura fiżika, billi jissalvagwardjaw il-kontinwità tas-servizzi ta’ utilità bażiċi, kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll matul il-pandemiji, il-katastrofijiet ekoloġiċi u kriżijiet oħra;

(b)jissorveljaw, jeliminaw u jipprevjenu kull segregazzjoni spazjali u jippromwovu d-desegregazzjoni billi jfasslu pjanijiet konkreti biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ akkomodazzjoni bl-involviment tal-komunitajiet lokali u l-komunitajiet Rom affettwati;

(c)jappoġġaw u jsaħħu l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-akkomodazzjoni, is-servizzi essenzjali u l-istandards ambjentali, kif ukoll atturi rilevanti oħra f’dan il-qasam, billi jipprovdulhom is-setgħa u r-riżorsi meħtieġa biex jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni, jimmonitorjaw is-segregazzjoni u jimplimentaw miżuri komprensivi regolatorji jew ta’ appoġġ;

(d)jipprevjenu l-iżgumbramenti sfurzati permezz ta’ twissija bikrija u medjazzjoni, jorganizzaw appoġġ għal persuni li jinsabu f’riskju li jiġu żgumbrati u jipprovdu akkomodazzjoni alternattiva adegwata, b’enfasi partikolari fuq il-familji;

(e)itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-poplu Rom, jipprevjenu u jindirizzaw l-impatt negattiv fuq is-saħħa minħabba l-esponiment għat-tniġġis u l-kontaminazzjoni;

(f)jipprovdu appoġġ soċjali u aċċess għas-servizzi ġenerali għall-persuni Rom bla saqaf fuq rashom;

(g)jiżguraw aċċess ugwali għall-akkomodazzjoni soċjali, permezz tal-adozzjoni ta’ kriterji ta’ aċċess li jipprijoritizzaw il-ħtiġijiet soċjali;

(h)jappoġġaw skemi ta’ akkomodazzjoni integrati li jkollhom il-persuni Rom emarġinati fil-mira tagħhom, billi jgħaqqdu l-mikroself biex jibnu u jagħmlu manutenzjoni tad-djar għall-akkomodazzjoni flimkien mal-litteriżmu finanzjarju u skemi ta’ tfaddil, taħriġ dwar il-kostruzzjoni u miżuri ta’ attivazzjoni;

(i)joffru appoġġ għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ ċentri residenzjali fejn jieqfu l-Vjaġġaturi.

Sħubijiet u kapaċità istituzzjonali

Involviment u appoġġ tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom

11.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom b’riżorsi adegwati u meħtieġa, kapaċità tal-persunal, mandat u influwenza politika sabiex ikunu jistgħu jikkoordinaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv il-politiki nazzjonali għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom, inkluż l-involviment fil-livell lokali.

12.L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni u l-involviment tas-soċjetà ċivili tar-Rom fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom u l-pjanijiet ta’ azzjoni lokali, permezz ta’ proċessi riformati tal-pjattaformi nazzjonali tar-Rom.

13.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom ikunu involuti fit-tfassil tal-politiki ta’ inklużjoni soċjali u tas-servizzi universali, biex itejbu r-rilevanza tagħhom għall-poplu Rom u l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni li joffru, inkluż, fejn rilevanti, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-ipprogrammar u l-monitoraġġ tal-fondi tal-Unjoni.

Involviment tal-korpi għall-promozzjoni ta’ trattament ugwali

14.L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-korpi għall-promozzjoni ta’ trattament ugwali (“korpi tal-ugwaljanza”) sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv u indipendenti u jikkooperaw mal-atturi rilevanti kollha, inklużi l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur privat. Tali appoġġ għandu jinkludi li l-korpi tal-ugwaljanza jingħataw il-possibbiltà li:

(a)jagħtu segwitu għal każijiet ta’ diskriminazzjoni, diskorsi ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda u jkunu jistgħu jkunu involuti f’litigazzjoni strateġika;

(b)jindirizzaw il-problema ta’ mhux biżżejjed rapportar tad-diskriminazzjoni, tad-diskorsi ta’ mibegħda u tar-reati ta’ mibegħda, u jissensibilizzaw dwar id-drittijiet fost ir-Rom;

(c)iwettqu riċerka rigward l-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni fil-konfront tar-Rom u jiġbru data dwarha;

(d)jibnu l-kapaċità tas-soċjetà ċivili tar-Rom u jikkooperaw magħha, b’enfasi fuq l-aċċess għall-ġustizzja u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza;

(e)jipprovdu gwida u taħriġ lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati u lill-media.

15.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu involuti mill-qrib fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni u tal-programmi rilevanti ta’ fondi tal-Unjoni, u jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal dan b’mod effettiv, inkluż billi:

(a)jiddependu fuq il-pariri mill-korpi tal-ugwaljanza dwar standards għall-implimentazzjoni ta’ oqfsa strateġiċi nazzjonali biex jiżguraw fokus aktar qawwi fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-prevenzjoni tagħha, inkluż billi jiġi indirizzat l-antiżingariżmu, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi sforzi biex id-diskriminazzjoni strutturali tinġieb fix-xejn;

(b)jinvolvu lill-korpi tal-ugwaljanza fl-istrutturi stabbiliti biex jissorveljaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, u fil-kumitati għall-monitoraġġ tal-fondi rilevanti tal-Unjoni.

Mobilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati lokali u reġjonali

16.L-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lis-soċjetà ċivili lokali fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali.

17.L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, fil-mandati rispettivi tagħhom, biex jiżviluppaw jew jaġġornaw il-pjanijiet ta’ azzjoni jew desegregazzjoni lokali tagħhom jew l-oqfsa strateġiċi tar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni. Dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni jew oqfsa strateġiċi għandhom jinkludu miżuri, linji bażi, punti ta’ riferiment, objettivi li jistgħu jitkejlu u allokazzjoni ta’ finanzjament.

18.L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u lokali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni rilevanti għall-prevenzjoni u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni tar-Rom, sabiex ikun żgurat li l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom ikunu previsti matul il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, u sabiex jissaħħaħ id-direzzjonar aħjar tal-fondi tal-Unjoni fil-livell lokali.

19.L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-inklużività, id-diversità u l-azzjoni pożittiva biex jiġi żgurat li l-professjonisti Rom jiġu reklutati minn istituzzjonijiet pubbliċi fil-livell lokali u reġjonali.

20.L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa u jirrikonoxxu r-rappreżentanza tal-persuni Rom fil-livell lokali permezz tal-mobilizzazzjoni tal-komunità, jiġifieri l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili

21.L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-innovazzjoni soċjali, is-sħubija u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u r-Rom u s-soċjetà ċivili pro-Rom.

22.L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-pjattaformi nazzjonali tar-Rom jew minn kwalunkwe mezz ieħor ta’ kooperazzjoni u djalogu fl-Istati Membri biex jinvolvu lir-Rom u lis-soċjetà ċivili pro-Rom u partijiet ikkonċernati oħra, b’mod trasparenti u inklużiv, fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom u l-pjanijiet ta’ azzjoni lokali.

23.L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ lis-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u r-rapportar ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom u jassistu lill-vittmi fir-rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda.

24.L-Istati Membri għandhom jiżguraw finanzjament għall-appoġġ tal-pluralità u l-indipendenza tar-Rom u tas-soċjetà ċivili pro-Rom, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ Rom, biex b’hekk ikunu jistgħu jirrapportaw dwar l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom u jwettqu monitoraġġ tagħhom, bħala organizzazzjonijiet indipendenti ta’ kontroll (watchdogs), u biex iżommu l-kapaċità amministrattiva tagħhom.

25.L-Istati Membri għandhom jinvolvu lis-soċjetà ċivili u lill-komunitajiet Rom matul iċ-ċiklu tal-programm tal-fondi tal-Unjoni, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali (inkluż bħala membri tal-kumitati rilevanti tal-monitoraġġ tal-fondi tal-Unjoni).

26.L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-bini tal-kapaċitajiet u t-tmexxija fis-soċjetà ċivili tar-Rom, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, biex il-korpi u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-politika u fil-ħajja pubblika inġenerali.

27.L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ħidma transsettorjali u alleanzi usa’ għall-ugwaljanza u l-inklużjoni, billi jinvolvu lill-gvern, lis-soċjetà ċivili, lin-negozju u lill-industrija, lill-akkademiċi u r-riċerka. Dan jista’ jwassal għal azzjonijiet konġunti fost l-entitajiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiġġieldu r-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata, jew li jaħdmu favur id-drittijiet tat-tfal, tal-anzjani, tar-Rom, tal-LGBTI+, tal-persuni b’diżabbiltajiet, tal-persuni li jfittxu ażil, tar-refuġjati u ta’ migranti oħra u persuni mingħajr Stat.

Finanzjament

28.L-Istati Membri, b’mod partikolari dawk bi sfidi akbar fir-rigward tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom u/jew komunitajiet akbar tar-Rom, għandhom jagħmlu użu sħiħ u ottimali mill-fondi nazzjonali u tal-Unjoni ġenerali u mmirati li jkunu ta’ rilevanza għall-prevenzjoni u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni tar-Rom, li jaf jinkludi l-għażla ta’ objettivi speċifiċi għall-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-gruppi żvantaġġati u l-komunitajiet emarġinati bħar-Rom 86 , u l-iżgurar ta’ koordinazzjoni effettiva bejn is-sorsi ta’ finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti għall-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjoekonomika tar-Rom.

29.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, l-imsieħba soċjali u ekonomiċi u korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, u l-korpi inkarigati mill-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali u tan-nondiskriminazzjoni matul il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, inkluża l-parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ.

30.L-Istati Membri għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika mressqa mill-qafas strateġiku għar-Rom tal-UE għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni, u mill-oqfsa strateġiċi nazzjonali, filwaqt li jiżguraw li dawn jirriflettu l-ħtiġijiet reali tal-komunitajiet Rom, u jkunu proporzjonali mad-daqs u l-isfidi tal-komunitajiet Rom.

31.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjanijiet nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza 87 jħaddnu l-inklużjoni tal-gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom u persuni oħra li jappartjenu għal minoranzi razzjali jew etniċi.

32.L-Istati Membri għandhom itejbu t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-UE jew ir-riformi strutturali għall-inklużjoni soċjoekonomika tal-minoranzi, pereżempju billi jitolbu assistenza teknika mill-programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali.

33.L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ fondi nazzjonali u tal-Unjoni biex ikun hemm lok għal skambju ta’ prassi tajba bejn l-awtoritajiet fil-livell ċentrali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u biex jibnu l-kapaċità tagħhom, sabiex dawk l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni tar-Rom billi jitħaffef il-pass tal-ugwaljanza u l-inklużjoni, inkluż billi jiġġieldu s-segregazzjoni u jippromwovu l-parteċipazzjoni tar-Rom.

34.L-Istati Membri għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-livell lokali, inklużi dawk ta’ żoni urbani, sabiex jappoġġaw b’mod sostenibbli lir-Rom li jiċċaqilqu fl-UE, inkluż billi jipprovdulhom taħriġ fil-lingwi, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, skola, servizzi pubbliċi tal-impjiegi, ħaddiema soċjali, medjaturi, eċċ.

Monitoraġġ u rappurtar dwar l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom

35.L-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ u jevalwaw l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali b’mod xieraq billi jużaw il-portafoll ta’ indikaturi żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”), il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni fil-kuntest tal-grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi ta’ integrazzjoni tar-Rom u r-rappurtar dwar dan ikkoordinat mill-Aġenzija 88 .

36.Fid-dawl tal-objettivi u l-miri ewlenin tal-Unjoni stabbiliti fil-Komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu miri kwantitattivi u/jew kwalitattivi nazzjonali fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom imfassla skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u skont għażliet diżaggregati skont l-oriġini etnika (jew approssimazzjoni) disponibbli għall-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza u evidenza eżistenti.

37.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura meħuda skont din ir-Rakkomandazzjoni sa Ġunju 2023. Wara dan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi biennali dwar miżuri li jkunu għaddejjin u ġodda, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe progress miksub f’kull qasam tematiku fl-implimentazzjoni ta’ oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom. Ir-rapporti mill-Istati Membri se jintużaw biex jikkontribwixxu għar-rapporti ta’ evalwazzjoni u biennali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni.

38.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti nazzjonali dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom isiru pubbliċi sabiex tiżdied it-trasparenza u jingħata lok għall-apprendiment tal-politika, u jiżguraw, fejn ikun rilevanti, li l-istrateġija nazzjonali u r-rapporti ta’ implimentazzjoni finalizzati jiġu diskussi fil-parlamenti nazzjonali.

39.L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha twettaq stħarriġ regolari dwar ir-Rom fl-2020, l-2024 u l-2028, biex tipprovdi d-data meħtieġa għal riżultati f’xenarju bażi, f’nofs it-terminu u fi tmiem it-terminu, li jirriflettu kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tar-Rom. L-Aġenzija għandha tappoġġa wkoll lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiġbru d-data rilevanti dwar l-ugwaljanza, tappoġġa lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ u l-analiżi, u tappoġġa lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom fir-rappurtar, bl-assistenza tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-indikaturi u r-rappurtar tar-Rom.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri 89 .

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    COM(2020) 620 final.
(2)    COM(2011) 173 final.
(3)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri ( ĠU C 378/1, 24.12.2013 ).
(4)    Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Diċembru 2016, L-Aċċellerar tal-Proċess ta’ Integrazzjoni tar-Rom ( 15406/16 ).
(5)    COM(2018) 785 final.
(6)    SWD(2018) 480 final.
(7)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ( P8_TA(2019)0075 ). Il-Konklużjoni tal-Kunsill EPSCO tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-Ekonomija tal-Benesseri ( 13432/19 ), li tistieden lill-Kummissjoni ġġedded l-impenn dwar l-inklużjoni tar-Rom. Barra minn hekk, fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar il-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom li saret f’Bucharest fl-4 u l-5 ta’ Marzu 2019, il-parteċipanti talbu lill-Kummissjoni tipproponi qafas tal-UE ambizzjuż ġdid għal wara l-2020, u lill-Istati Membri u l-pajjiżi tat-tkabbir biex jintensifikaw l-impenji tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom. Informazzjoni mill-Presidenza ( 7003/19 , 14.3.2019).
(8)    Dwar il-ħtieġa għal fokus aktar ċar fuq il-ġlieda kontra l-antiżingariżmu u d-diskriminazzjoni fil-qafas tal-UE għal wara l-2020, ara r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti żviluppati wara l-Konferenza “How to address anti-Gypsyism in a post-2020 EU Roma Framework?” (Kif tindirizza l-anti-Żingariżmu f’Qafas tal-UE dwar ir-Rom wara l-2020?) (Vjenna, 27.11.2018).
(9)     Dikjarazzjoni tas-sħab tal-Balkani tal-Punent dwar l-integrazzjoni tar-Rom fil-proċess tat-Tkabbir tal-UE, approvata fis-Summit tal-mexxejja fil-Balkani tal-Punent tas-serje tal-proċess ta’ Berlin f’Poznań, fil-5 ta’ Lulju 2019.
(10)    COM(2019) 406 final, akkumpanjat minn SWD(2019) 320 final.
(11)    Ara l-istimi tal-Kunsill tal-Ewropa għall-2012 .
(12)    Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Qafas tal-UE tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020, COM(2018) 785 final.
(13)     ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22 .
(14)    CZ, HU, u SK.
(15)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (id-“Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”), ( ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22 ).
(16)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/951 tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza ( ĠU L 167, 4.7.2018, p. 28 ).
(17)    L-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, ( ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22 ) .
(18)     ĠU C 303, 14.12.2007, p. 17 .
(19)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali ( ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55 ).
(20)     COM(2020) 152 final .
(21)    COM(2020) 565 final.
(22)     COM(2020) 258 final .
(23)    COM(2020) 277 final.
(24)    COM(2020) 565 final.
(25)    Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI ( ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57 ).
(26)    Id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.04.2011, p. 1) u l-Komunikazzjoni tal-2017 “Rappurtar dwar is-segwitu tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Eradikazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u identifikazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti oħra” (COM(2017)728).
(27)    Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu ( ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69–92 ).
(28)    Ara l-Anness 2 tal-Komunikazzjoni.
(29)    Il-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Diċembru 2016. L-aċċellerar tal-proċess tal-integrazzjoni tar-Rom ( 15406/16 ). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill iħeġġu “lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 u tipproponi strateġija għal wara l-2020 dwar l-integrazzjoni tar-Rom, li tkun tinkludi proposta għar-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill”.
(30)    COM(2018) 785 final.
(31)    SWD(2018) 480 final.
(32)    Għal ħarsa ġenerali lejn dawn l-attivitajiet, ara SWD(2018) 480 final , l-Anness 2.
(33)    L-evalwazzjoni hija bbażata fuq eżami dokumentarju estensiv tal-letteratura sekondarja, rapporti u bażijiet tad-data, intervisti mal-partijiet ikkonċernati f’16-il pajjiż tal-UE, intervisti fil-livell tal-UE u fi tliet pajjiżi tat-tkabbir, konsultazzjoni pubblika miftuħa, stħarriġ fost l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, data mill-istħarriġ tal-2016 mill-FRA (EU-MIDIS II), u workshop ta’ validazzjoni.
(34)    SWD(2020) 530 final, ara l-Anness 1.
(35)    COM(2018) 785 final.
(36)    SWD(2018) 480 final.
(37)    L-istudju estern ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni huwa disponibbli hawnhekk .
(38)    Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom, COM(2019) 406 final, akkumpanjat minn SWD(2019)320 final dwar il-miżuri għall-inklużjoni tar-Rom irrappurtati skont il-Qafas tal-UE.
(39)    Għad-dettalji tal-proġett, ara hawnhekk .
(40)    Ewrobarometru Speċjali 493 dwar id-Diskriminazzjoni fl-UE (l-ewwel riżultati ħarġu f’Settembru 2019).
(41)    Ir-rapporti li jkopru dawn it-temi ġew iffinalizzati fi Frar 2020 u huma ppubblikati hawnhekk .
(42)    L-Anness 2 ta’ COM(2020) 620 final u Monitoring framework for an EU Roma strategic framework for equality, inclusion and participation – Objectives and indicators .
(43)    Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ippubblikat fl-istess żmien ta’ din il-proposta, SWD(2020) 530 final.
(44)    SWD(2020) 530 final.
(45)    Spjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ( ĠU C 303/17, 14.12.2007, p. 17 ).
(46)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità ( ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22 ).
(47)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali ( ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55 ) .
(48)    Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI ( ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57 ).
(49)     Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
(50)     Transforming our World: The 2030 Agenda for Sustainable Development (Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli), Nazzjonijiet Uniti, 2015.
(51)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (“Proposta għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”), COM(2018) 375 final , 29.5.2018.
(52)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (“Proposta FSE+”), COM(2018) 382 final , 30.5.2018.
(53)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni “Proposta għal FEŻR u Fond ta’ Koeżjoni”, COM(2018) 372 final , 29.05.2018.
(54)    L-Artikolu 6 tal-Proposta FSE+, COM(2018) 382 final .
(55)    L-Artikolu 4(1)(viii) tal-Proposta FSE+, COM(2018) 382 final .
(56)    Li jiġbru fihom fondi previsti u/jew inklużi minn: il-Proposta għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, COM(2018) 375 final ; il-Proposta FSE+, COM(2018) 382 final ; il-Proposta għal FEŻR u Fond ta’ Koeżjoni, COM(2018)372 final ; il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU, COM(2020) 403 final , 29.5.2020 ; il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, COM(2020) 408 final , 28.5.2020 ; il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, COM(2018) 383 final , 30.5.2018; il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, COM(2018) 367 final , 30.5.2018 ; il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014, COM(2020) 405 final , 28.5.2020 .
(57)     ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1 .
(58)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Diċembru 2016, L-Aċċellerar tal-Proċess ta’ Integrazzjoni tar-Rom ( 15406/16 ).
(59)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ( P8_TA(2019)0075 ). Il-Konklużjoni tal-Kunsill EPSCO tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-Ekonomija tal-Benesseri ( 13432/19 ), li tistieden lill-Kummissjoni ġġedded l-impenn dwar l-inklużjoni tar-Rom. Barra minn hekk, fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar il-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom li saret f’Bucharest fl-4-5 ta’ Marzu 2019, il-parteċipanti stiednu lill-Kummissjoni tipproponi qafas tal-UE ġdid u ambizzjuż għal wara l-2020 u appellaw lill-Istati Membri u lill-pajjiżi tat-tkabbir biex iżidu l-impenji tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom. Informazzjoni mill-Presidenza ( 7003/19 , 14.3.2019).
(60)    Dwar il-ħtieġa għal fokus aktar ċar fuq il-ġlieda kontra l-antiżingariżmu u d-diskriminazzjoni fil-qafas tal-UE għal wara l-2020, ara r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti żviluppati wara l-Konferenza dwar l-anti-Żingariżmu. How to address anti-Gypsyism in a post-2020 EU Roma Framework? (Kif tindirizza l-anti-Żingariżmu f’Qafas tal-UE dwar ir-Rom wara l-2020?) (Vjenna, 27.11.2018).
(61)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2015 fil-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta’ tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija ( P8_TA(2015)0095 ). Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ( P8_TA(2017)0413 ). Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ( P8_TA(2019)0075 ).
(62)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Diċembru 2016, L-Aċċellerar tal-Proċess ta’ Integrazzjoni tar-Rom ( 15406/16 ).
(63)    Mill-2013, il-Kummissjoni pproduċiet rapporti annwali .
(64)    COM(2020) 620 final.
(65)    Ewrobarometru Speċjali 493 . Id-diskriminazzjoni fl-UE (l-ewwel riżultati maħruġa f’Settembru 2019).
(66)    Ara l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) - Qbil Politiku ( ST_606_2020_REV_1 ), li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu jew iżommu l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati (l-Artikolu 16) u tispeċifika li jkun importanti li tali gruppi jinkludu kulturi ta’ minoranza bħar-Rom u t-Travellers (il-Premessa 31).
(67)    The Relentless Rise of Populism in Europe (Iż-żieda bla waqfien tal-populiżmu fl-Ewropa). Niall McCarthy, 2 ta’ Mejju 2019, Statista .
(68)    Widespread racism continues to plague Europe (Ir-razziżmu mifrux ikompli jiflaġella l-Ewropa). L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, l-20 ta’ Ġunju 2019, pubblikazzjoni bbażata fuq Ir-Rapport għall-2019 dwar id-Drittijiet Fundamentali , L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, is-6 ta’ Ġunju 2019.
(69)    COM(2020) 565 final.
(70)     Ir-Rakkomandazzjoni Nru 3 tal-Politika Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (“ECRI”) dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-intolleranza kontra r-Rom/Żingari, adottata fis-6 ta’ Marzu 1998. Il-preambolu tar-Rakkomandazzjoni Nru 13 tal-Politika Ġenerali tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom tenna mill-ġdid li “l-anti-Żingariżmu huwa forma ta’ razziżmu partikolarment persistenti, vjolenti, rikorrenti u komuni.”
(71)    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2005 dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-UE (P6-ta(2005)0151), ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom - l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta’ tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija ( P8_TA(2015)0095 ), ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar l-aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ( P8_TA(2017)0413 ),  ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ( P8_TA(2019)0075 ).
(72)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Diċembru 2016, L-Aċċellerar tal-Proċess ta’ Integrazzjoni tar-Rom ( 15406/16 ).
(73)    Li jappartjenu għal diversi kuntesti, pereżempju, li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin, li l-vittmi tagħhom huma prinċipalment nisa u tfal Rom.
(74)    It-terminu “diskriminazzjoni multipla” jintuża bħala kunċett kumplessiv għall-każijiet kollha ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ diversi raġunijiet u li tidher f’żewġ modi possibbli. Dawn jistgħu jkunu f’għamla ta’ “diskriminazzjoni addittiva”, fejn id-diskriminazzjoni sseħħ abbażi ta’ diversi raġunijiet ta’ diskriminazzjoni li joperaw separatament, u dik ta’ “diskriminazzjoni intersezzjonali”, fejn żewġ raġunijiet ta’ diskriminazzjoni jew aktar joperaw u jinteraġixxu ma’ xulxin b’tali mod li jkunu inseparabbli jew indissolubbli. Tackling Multiple Discrimination. Practices, policies and laws. Rapport mill-Kummissjoni Ewropea ( 2007 ). Multiple Discrimination in EU Law: Opportunities for Legal Responses to Intersectional Gender Discrimination. In-Network Ewropew ta’ Esperti Legali fil-Qasam tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri. Il-Kummissjoni Ewropea ( 2009 ).
(75)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Diċembru 2016, L-Aċċellerar tal-Proċess ta’ Integrazzjoni tar-Rom ( 15406/16 ).
(76)    Il-Komunikazzjoni “L-Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ: Pont għall-Impjiegi għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” COM(2020) 276 final , 1.7.2020. Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “Pont għall-Impjiegi – Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ”, COM(2020) 277 final, 1.7.2020. Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza”, COM(2020) 275 final , 1.7.2020.
(77)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE( ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77 ).
(78)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ( ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1 ).
(79)    Guidelines on improving the collection and use of equality data (Linji gwida dwar it-titjib tal-ġbir u l-użu tad-data dwar l-ugwaljanza) ( 2018 ). Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat l-iżvilupp ta’ metodoloġiji xierqa biex tinġabar data rilevanti dwar l-inklużjoni tar-Rom fl-Istati Membri kollha. Inizjattivi ta’ Politika u Appoġġ Finanzjarju tal-UE għall-Integrazzjoni tar-Rom: sar progress sinifikanti fl-aħħar 10 snin, iżda sforzi addizzjonali huma meħtieġa fil-prattika. Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2016 .
(80)    L-Anness 2 tal-Komunikazzjoni.
(81)    Il- Prinċipji Bażiċi Komuni ġew diskussi fl-ewwel Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom f’April 2009 u approvati mill-Kunsill EPSCO fit-8 ta’ Ġunju 2009. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill stiednu lill-Istati Membri jqisu l-Prinċipji Bażiċi Komuni, fejn xieraq, meta jfasslu u jimplimentaw il-politiki. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO dwar l-inklużjoni tar-Rom ( it-8 ta’ Ġunju 2009 ).
(82)    Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva ( ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1 ).
(83)    Id-diskriminazzjoni sistematika jew strutturali hija mifhuma bħala evidenti fl-inugwaljanzi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni, il-politika u l-prattika, mhux b’intenzjoni iżda li jirriżultaw minn firxa ta’ fatturi istituzzjonali fit-tfassil, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni, il-politika u l-prattika. “Roma and Traveller Inclusion: Towards a new EU Framework, Learning from the work of equality bodies’, Equinet Perspective” (“L-inklużjoni tar-Rom u t-Travellers: Lejn Qafas ġdid tal-UE, nitgħallmu mill-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza”, Perspettiva tal-Equinet), Ġunju 2020.
(84)    Skont dak li ġie deskritt fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “Pont għall-Impjiegi – Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ”, COM(2020) 277 final, 1.7.2020.
(85)    Ara l-Artikolu 16, flimkien mal-Premessa 31, tal-Proposta għal Direttiva dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) ( ST_606_2020_REV_1 ).
(86)    Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(1)(v) u (viii) tal-Proposta FSE+, COM(2018) 382 final .
(87)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, COM(2020) 408 final .
(88)    L-Anness 2 ta’ COM(2020) 620 final u Monitoring framework for an EU Roma strategic framework for equality, inclusion and participation – Objectives and indicators .
(89)     ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1 .