Brussell, 26.6.2020

COM(2020) 266 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi


1.Daħla

Id-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi hija l-istrument leġiżlattiv ewlieni sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-2030 tal-Programm għal Arja Nadifa 1 . Din id-Direttiva, li tissejjaħ ukoll id-Direttiva NEC, tistabbilixxi l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru tal-UE għall-perjodu mill-2020 sal-2029 u oħrajn aktar ambizzjużi mill-2030 ’il quddiem, immirati lejn ħames sustanzi li jniġġsu fl-arja li huma responsabbli għal impatti negattivi sinifikanti fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent, li huma d-diossidu tal-kubrit (SO2), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), l-ammonijaka (NH3) u l-materja partikolata fina (PM2.5). L-għan stabbilit fil-Programm għal Arja Nadifa huwa li l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa jitnaqqsu bin-nofs sal-2030 meta mqabbel mal-2005.

Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2016 u tħassar id-Direttiva 2001/81/KE 2 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi b’effett mill-1 ta’ Lulju 2018. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 żiedet il-PM2.5 mas-sustanzi niġġiesa li għalihom ġie stabbilit tnaqqis obbligatorju u estendiet il-lista ta’ sustanzi niġġiesa li għalihom ir-rappurtar huwa obbligatorju. Id-Direttiva daħħlet ukoll bidla mil-limiti massimi tal-emissjonijiet, li jippreskrivu ammont annwali massimu fiss ta’ emissjonijiet f’kilotunnellati għal kull sustanza niġġiesa, għall-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, li jistabbilixxu obbligi ta’ tnaqqis espressi bħala perċentwal tal-emissjonijiet ta’ kull sustanza niġġiesa fis-sena ta’ referenza tal-2005. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fit-titjib tal-kwalità tal-arja, id-Direttiva (UE) 2016/2284 tistipula li l-livelli massimi nazzjonali tal-emissjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/81/KE mill-2010 jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2019. Is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jagħti ħarsa ġenerali lejn sa liema punt l-Istati Membri jilħqu l-livelli massimi tal-emissjonijiet rispettivi tagħhom 3 . 

L-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 sal-2029 skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 jikkorrispondu għall-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 u ’l quddiem li l-UE u l-Istati Membri tagħha ħadu skont il-Protokoll rivedut ta’ Gothenburg 4 għall-Konvenzjoni tan-NU/KEE dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila 5 . B’hekk id-Direttiva tittrasponi dawk l-obbligi internazzjonali.

Id-Direttiva (UE) 2016/2284, li tittratta l-emissjonijiet nazzjonali ġenerali, hija parti minn qafas ġuridiku tal-UE dwar l-arja nadifa flimkien mad-Direttivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja ambjentali 6 u mal-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola t-tniġġis tal-arja fis-sors 7 . L-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar l-arja nadifa tagħti kontribut essenzjali għall-“ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi” li l-Kummissjoni ħabbret fil-11 ta’ Diċembru 2019 fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u f’inizjattivi relatati miegħu, bħall-“pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero għall-ilma, għall-arja u għall-ħamrija” ppjanat għall-2021 8 .

L-Istati Membri kellhom jittrasponu bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2016/2284 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sal-1 ta’ Lulju 2018. F’ħames każijiet, il-komunikazzjoni tard tat-traspożizzjoni ngħatat segwitu mill-Kummissjoni permezz ta’ ittri ta’ avviż formali skont l-Artikolu 258 tat-TFUE. Sadanittant, l-Istati Membri kollha kkomunikaw it-traspożizzjoni u l-Kummissjoni qed tivverifika l-konformità tal-miżuri nazzjonali nnotifikati, inkluż bil-ħsieb li tibda proċeduri ta’ ksur f’każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-obbligu li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Dan ir-rapport jippreżenta l-kisbiet li saru s’issa b’rabta mal-kontribut għall-kisba tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, mat-titjib tal-kwalità tal-arja u mat-tnaqqis tal-impatti fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent 9 .

Peress li ċerti impatti tal-implimentazzjoni tad-Direttiva se joħorġu fid-dieher biss wara perjodu itwal taż-żmien u jeħtieġu settijiet tad-data pluriennali għall-valutazzjoni tagħhom, kemm dan ir-rapport jindirizza l-punti differenti elenkati fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva se jvarja. B’mod partikulari, fir-rigward tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2020 ’il quddiem, l-Istati Membri mhux se jirrappurtaw data dwar l-emissjonijiet lill-Kummissjoni qabel l-2022. B’hekk dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati tal-analiżi tal-emissjonijiet ipprojettati f’dan ir-rigward. Bl-istess mod, f’dan l-istadju l-kapaċità li jiġu rrappurtati l-impatti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbilit fid-Direttiva fuq is-saħħa u fuq l-ekosistemi hija limitata. Ir-rapport jiffoka fuq il-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCPs) li l-Istati Membri kellhom jissottomettu sal-1 ta’ April 2019. L-NAPCPs jikkostitwixxu strument ta’ governanza ċentrali fil-kisba tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u, għalhekk, huma partikularment utli sabiex jipprovdu valutazzjoni inizjali ta’ fiex waslu l-Istati Membri fir-rigward tal-konformità jew jekk l-isforzi jkollhomx bżonn jiġu aċċellerati.

It-tieni Perspettiva dwar l-Arja Nadifa, ippjanata għal tmiem l-2020, li ssegwi l-ewwel Perspettiva dwar l-Arja Nadifa li ġiet ippubblikata fl-2018 10 , se tikkomplementa lil dan ir-rapport u lill-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trajettorja għall-konformità. B’mod aktar speċifiku, il-Perspettiva dwar l-Arja Nadifa tal-2020 se tipprovdi valutazzjoni analitika ddettaljata dwar fiex waslu l-Istati Membri u l-UE kollha kemm hi fir-rigward tal-ilħiq tar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet u fir-rigward tat-titjib tal-kwalità tal-arja, tas-saħħa u tal-ambjent, u analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-miżuri meħtieġa u tal-impatti mistennija.

2.Kisba prevista tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet

2.1.L-inventarji u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet bħala bażi għall-verifika tal-konformità

L-obbligu ċentrali għall-Istati Membri stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 huwa l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja SO2, NOx, NMVOC, NH3 u PM2.5 għall-2020 sal-2029 u mill-2030 ’il quddiem. Fi Frar ta’ kull sena, l-Istati Membri jirrappurtaw l-inventarji tal-emissjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva. Dawn l-inventarji jintużaw sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Madankollu, hemm perjodu ta’ sentejn bejn l-emissjonijiet attwali u r-rappurtar tal-inventarji. L-aħħar inventarji rrappurtati fi Frar tal-2020 jittrattaw l-emissjonijiet tal-2018. Għalhekk, għadha ma tistax tiġi vverifikata l-konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2020. Madankollu, skont l-Artikolu 10(2) l-Istati Membri għandhom ukoll l-obbligu li, kull sentejn, jirrappurtaw l-emissjonijiet ipprojettati tagħhom, u huma għamlu dan l-aħħar fl-2019. Il-livelli pprojettati tal-emissjonijiet jitqabblu mal-impenji għat-tnaqqis għall-2020 sal-2029 u għall-2030 ’il quddiem sabiex tiġi vvalutata l-konformità pprojettata.

Il-kwalità tajba tal-inventarji u tal-projezzjonijiet hija importanti ħafna biex ikun hemm valutazzjoni affidabbli tal-konformità. Il-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib it-titjib fil-kwalità tal-inventarji u tal-projezzjonijiet u tappoġġa lill-Istati Membri f’dan l-impenn (ara t-taqsima 5.1 ta’ dan ir-rapport), fosthom billi twettaq u tippubblika rieżamijiet tal-inventarji 11 u tal-projezzjonijiet 12 u billi tipprovdi l-bini tal-kapaċità.

Ir-rieżamijiet tal-inventarji jivvalutaw mhux biss il-kwalità tad-data tal-inventarji iżda wkoll l-aċċettabbiltà tal-applikazzjonijiet għall-aġġustament tal-inventarji ppreżentati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva. F’ċerti kundizzjonijiet iddefiniti fid-Direttiva u fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-inventarji tagħhom ’l isfel. Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu inventarji aġġustati biex iqisu l-iżviluppi fil-metodi tal-inventarji aġġornati f’konformità mal-għarfien xjentifiku minn mindu ġew stabbiliti għall-ewwel darba l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-Artikolu 21(2) tad-Direttiva jippermetti lill-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 5(1) fir-rigward tal-livelli massimi stabbiliti skont id-Direttiva dwar il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet (id-Direttiva 2001/81/KE). Wara li fl-2017 madwar terz tal-Istati Membri applikaw għall-aġġustamenti, għadd iktar limitat ta’ Stati Membri applikaw għal aġġustamenti ġodda fl-2018, fl-2019 u fl-2020 13 . 

Il-projezzjonijiet irrappurtati fl-2019 ġew ivvalutati flimkien mal-NAPCPs 14 , peress li l-projezzjonijiet jiffurmaw il-bażi għall-valutazzjoni tar-riskju potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità u, għalhekk, tal-ħtieġa għal miżuri ġodda. Ħames kriterji ta’ valutazzjoni tal-kwalità għall-projezzjonijiet huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness IV tad-Direttiva: it-trasparenza, il-konsistenza, il-komparabbiltà, il-kompletezza u l-preċiżjoni. In-nuqqas ta’ trasparenza ġie identifikat fl-aħħar rieżami bħala n-nuqqas ewlieni, u l-maġġoranza tal-Istati Membri (18) 15 naqsu milli jipprovdu biżżejjed dettalji dwar il-metodoloġiji, is-settijiet ta’ data tal-input u s-suppożizzjonijiet li użaw biex iħejju l-projezzjonijiet tagħhom. Il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-projezzjonijiet ġeneralment kienu tajbin, filwaqt li l-preċiżjoni ġenerali tqieset insuffiċjenti f’għaxar Stati Membri 16 . Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan kien minħabba l-użu ta’ metodoloġiji ssimplifikati żżejjed u nuqqas ta’ biżżejjed dettalji fid-data tal-input għas-setturi ewlenin tal-emissjonijiet.

2.2.Il-kisba prevista tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2020 sal-2029 u tal-2030 ’il quddiem

Skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja għall-2020, l-2025 u l-2030 17 , sabiex jiġi vvalutat fiex waslu biex jilħqu l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 sal-2029 u għall-2030 ’il quddiem rispettivament. Dawn jiffurmaw ukoll il-bażi għall-valutazzjoni ta’ jekk l-emissjonijiet isegwux trajettorja lineari bejn l-2020 u l-2030 jew le (jekk le, dan jeħtieġ jiġi ġġustifikat). Il-projezzjonijiet għandhom ikopru xenarju “b’miżuri” (il-miżuri eżistenti biss) u, fejn ikun rilevanti, xenarju “b’miżuri addizzjonali” (il-miżuri eżistenti u l-miżuri addizzjonali ppjanati) 18 . Jekk Stat Membru jipprojetta li jissodisfa l-impenji kollha tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet bis-saħħa tal-miżuri eżistenti, allura x-xenarju “b’miżuri” jkun biżżejjed.

Fix-xenarju “b’miżuri”, l-analiżi turi li għaxar Stati Membri 19 jipprojettaw li jissodisfaw l-impenji kollha tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2020, filwaqt li l-għadd jinżel għal erbgħa 20 f’dak li għandu x’jaqsam mal-impenji tal-2030 (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-rapport). L-Istati Membri kollha li ma jissodisfawx l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b’miżuri eżistenti jridu jistabbilixxu miżuri addizzjonali. Madankollu, disa’ Stati Membri li pprojettaw nuqqas ta’ konformità ma’ impenn wieħed jew iktar għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fix-xenarju “b’miżuri” tagħhom ma rrappurtawx xenarju “b’miżuri addizzjonali” 21 . B’mod parallel, fost is-sbatax-il Stat Membru li rrappurtaw xenarju “b’miżuri addizzjonali” 22 , seba’ 23 biss jipprojettaw konformità mal-impenji kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (għas-snin kollha u għas-sustanzi niġġiesa kollha). L-Istati Membri l-oħrajn se jkollhom jistabbilixxu miżuri addizzjonali biex jissodisfaw l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Kemm għax-xenarju “b’miżuri” kif ukoll għal dak “b’miżuri addizzjonali”, in-nuqqas ta’ konformità huwa pprojettat l-iktar spiss għall-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NH3 (kemm għall-2020 sal-2029 kif ukoll għall-2030 ’il quddiem), segwit mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NMVOC, tal-NOx u tal-PM2.5. Ħlief għal xi każijiet speċifiċi, bħalissa ma jidhirx li l-issodisfar tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-SO2 qed joħloq problemi fl-UE.

3.Analiżi tal-NAPCPs

3.1.L-issodisfar tar-rekwiżiti legali

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, l-Istati Membri għandhom jadottaw Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCP) biex juru kif beħsiebhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom fid-dawl tal-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-NAPCP jikkostitwixxi strument ta’ governanza ċentrali li jippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw u jaqblu dwar il-politiki u l-miżuri tagħhom (PuM) sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. It-tħejjija tiegħu teħtieġ konsultazzjoni u involviment tal-awtoritajiet kompetenti f’livelli differenti u ta’ diversi setturi differenti, bħall-ambjent, l-agrikoltura, l-enerġija, il-klima, it-trasport, l-industrija u l-finanzi. Issir enfasi partikulari fuq il-koerenza mal-pjanijiet u mal-programmi tal-oqsma kollha tal-politika rilevanti. Barra minn hekk, l-NAPCP huwa għodda biex tingħata informazzjoni dwar il-politiki ta’ Stat Membru b’rabta mal-kontroll tat-tniġġis u biex il-pubbliku jiġi involut fil-proċess tat-tfassil tal-politika.

F’konformità mal-Artikolu 6(10) tad-Direttiva, il-Kummissjoni speċifikat il-format tal-NAPCP fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1522 24 li tistabbilixxi kontenut obbligatorju u fakultattiv abbażi tal-Artikolu 6 u tal-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva. Il-PuM addizzjonali magħżula għall-adozzjoni mill-Istati Membri biex ikomplu jnaqqsu l-emissjonijiet jikkostitwixxu parti essenzjali minn dak il-kontenut obbligatorju. Dawn il-PuM addizzjonali jridu jiġu rrappurtati permezz tal-“Għodda tal-PuM tal-EEA”, li hija għodda tal-web żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). Il-Kummissjoni ħejjiet ukoll gwida għall-iżvilupp tal-NAPCPs 25 , f’konformità mal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva. Il-gwida tgħin lill-Istati Membri jfasslu NAPCP skont il-format stabbilit fid-Direttiva u f’konformità mar-rekwiżiti tagħha. L-ewwel NAPCPs kellhom jintbagħtu sal-1 ta’ April 2019. L-NAPCPs iridu jiġu aġġornati tal-inqas kull erba’ snin u iktar kmieni minn hekk jekk ikun hemm data ġdida li tkun teħtieġ dan.

Tmien Stati Membri 26 ppreżentaw l-NAPCPs finali tagħhom lill-Kummissjoni fil-ħin. Sittax-il Stat Membru ieħor 27 ippreżentaw l-NAPCPs finali tagħhom sa Mejju tal-2020 28 , filwaqt li żewġ Stati Membri 29 kienu ppreżentaw biss abbozz tal-NAPCPs tagħhom sal-istess data. Żewġ Stati Membri 30 għadhom la ppreżentaw abbozz tal-NAPCP u lanqas NAPCP finali. Fi Frar ta’ din is-sena, il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra t-tliet Stati Membri 31 li kien għadhom ma ppreżentaw l-ebda NAPCP f’dak iż-żmien, u wieħed minnhom wara bagħat l-NAPCP tiegħu f’Marzu 32 . L-Istati Membri ta’ spiss attribwew id-dewmien fir-rappurtar għall-proċeduri twal ta’ konsultazzjoni u għall-ħtieġa li jallinjaw l-NAPCP mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u għall-Klima li kellhom jibagħtu sal-31 ta’ Diċembru 2019 skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 33 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

Fir-rigward tal-NAPCPs finali li l-Kummissjoni rċeviet sa Mejju tal-2020, tlettax-il Stat Membru użaw il-format komuni għall-NAPCP 34 , disa’ Stati Membri użawh parzjalment 35 , u żewġ Stati Membri ma użawhx 36 .

Skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, l-Istati Membri kellhom jikkonsultaw lill-pubbliku, f’konformità mad-Direttiva 2003/35/KE 37 , dwar l-abbozz tal-NAPCP. Dsatax-il Stat Membru 38 pprovdew ħolqa għall-konsultazzjoni pubblika fl-NAPCP finali tagħhom filwaqt li ħames Stati Membri 39 ma għamlux dan.

Fir-rigward tar-rappurtar tal-kontenut obbligatorju tal-NAPCP, il-maġġoranza tad-dokumenti analizzati pprovdiet il-kontenut obbligatorju kollu jew għamlet dan b’diskrepanzi relattivament żgħar biss 40 , iżda b’mod ġenerali hemm nuqqas ta’ dettall dwar il-politiki u l-miżuri addizzjonali, li jagħmilha iktar diffiċli li ssir analiżi fil-fond. In-nuqqasijiet u n-nuqqas ta’ dettall instabu iktar meta l-Istati Membri ma użawx il-format komuni jew ma għamlux ir-rappurtar permezz tal-Għodda tal-PuM tal-EEA ippreżentata iktar kmieni f’dan ir-rapport. Ħafna mill-Istati Membri pprovdew biss ftit informazzjoni dwar il-kontenut fakultattiv (ara t-taqsima 4 għal aktar dettalji).

3.2.Analiżi tal-politiki u tal-miżuri addizzjonali rrappurtati

L-Istati Membri li ma jipprojettawx li jwettqu l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet bil-politiki attwali jridu jirrappurtaw fl-NAPCPs tagħhom il-politiki u l-miżuri addizzjonali li huma qiesu għall-adozzjoni u dawk li għażlu fir-realtà biex iwettqu l-impenji tagħhom. Dan ir-rappurtar kellu jsir permezz tal-“Għodda tal-PuM tal-EEA”.

Il-firxa u l-grad ta’ dettall tar-rappurtar tal-Istati Membri dwar dan l-aspett ivarjaw fost l-Istati Membri u fost il-PuM 41 . Madankollu, jistgħu jiġu identifikati x-xejriet ġenerali li ġejjin 42 :

-Il-PuM magħżula għall-adozzjoni ppreżentati fl-NAPCPs għandhom fil-mira s-sustanzi niġġiesa ewlenin f’kull settur li japplikaw għalih. Ġie rrappurtat għadd kbir ta’ PuM fl-agrikoltura (li għandhom fil-mira l-NH3), fit-trasport bit-triq u fis-setturi kummerċjali, istituzzjonali u tal-unitajiet domestiċi (il-PM2.5 u l-NOx) u fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija (il-PM2.5, l-SO2 u l-NOx). L-NOx u l-PM2.5 huma s-sustanzi niġġiesa fil-mira tal-ikbar għadd ta’ PuM. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-għadd ta’ PuM mhux bilfors huwa marbut b’mod lineari mal-effettività tat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

-Il-PuM ivarjaw minn speċifiċi ħafna (pereżempju l-PuM li jirrestrinġu l-operat f’impjant partikulari) sa ġeneriċi ħafna (pereżempju l-PuM li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika jew l-istrateġiji tat-trasport), u dawn tal-aħħar bilfors iwasslu għal iktar inċertezza fit-tnaqqis ipprojettat tal-emissjonijiet.

-It-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet huwa pprovdut biss għal sehem żgħir mill-PuM (skont is-setturi, iżda dejjem għal inqas minn nofs il-PuM), u dan iwassal għal inċertezza fir-rigward tal-kredibbiltà tal-miżuri u fir-rigward ta’ kemm jistgħu jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Barra minn hekk, l-NAPCPs ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni biex ikun jista’ jsir tqabbil tat-tnaqqis mistenni fl-Istati Membri differenti (li jikkontribwixxi għall-validazzjoni tal-istimi). Meta jiġi pprovdut tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet, ta’ spiss dan jiżdied maż-żmien, li x’aktarx jikkorrispondi għal adozzjoni gradwali tal-miżuri.

-F’ċerti setturi (pereżempju fit-trasport u fil-konsum tal-enerġija), madwar nofs il-PuM li ġew irrappurtati fil-fatt għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li diġà jeżistu (jew tal-inqas li diġà ġew adottati), u d-data tal-adozzjoni rrappurtata għalihom tvarja bejn l-2004 u l-2019. Diversi PuM għandhom x’jaqsmu mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (pereżempju mal-implimentazzjoni tal-Aqwa Tekniki Disponibbli skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 43 ) u għalhekk jidħlu fix-xenarju “b’miżuri” iktar milli fix-xenarju “b’miżuri addizzjonali”. Distinzjoni iktar ċara bejn il-PuM eżistenti u l-PuM il-ġodda tippermetti li jiġu vvalutati aħjar il-ħtieġa proprja għal PuM ġodda u l-valur miżjud tagħhom.

-Għas-settur agrikolu, il-PuM jikkorrispondu għall-miżuri deskritti fil-Parti 2 tal-Anness III tad-Direttiva (Stat Membru wieħed biss jippreżenta PuM li jmorru lil hinn minn dawk elenkati fl-Anness III) u b’mod ġenerali, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ipprojettat mill-Istati Membri differenti huwa konsistenti. L-agrikoltura hija l-aktar settur li jarmi ammonijaka u l-PuM f’dan is-settur ġustament għandhom fil-mira din is-sustanza niġġiesa; madankollu, ta’ spiss dawn ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw li jitwettqu l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Xi PuM f’dan il-qasam jipprevedu tnaqqis tal-emissjonijiet tal-PM2.5 bħala kobenefiċċju tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka.

B’mod ġenerali, l-NAPCPs ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni dwar il-PuM biex tiġi kkonfermata b’ċertezza l-kredibbiltà tagħhom; b’mod partikulari, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-adozzjoni pprojettata tal-PuM, dwar l-iskala taż-żmien tal-implimentazzjoni tagħhom u dwar il-livell previst tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Barra minn hekk, għal madwar terz tal-Istati Membri analizzati, hemm xi inkonsistenzi importanti bejn il-projezzjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva u l-projezzjonijiet użati fl-NAPCPs, u b’hekk hemm dubji dwar jekk il-miżuri proposti fl-NAPCPs humiex adegwati.

3.3.Rabtiet bejn l-NAPCPs u l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) 44

Hemm diversi rabtiet bejn il-politiki dwar l-arja u dwar il-klima u l-enerġija, peress li s-sorsi emittenti tal-gassijiet serra u s-sustanzi li jniġġsu fl-arja ta’ spiss ikunu l-istess. Għalhekk, f’ħafna każijiet, miżura waħda tista’ tkun ta’ benefiċċju kemm biex jintlaħqu l-għanijiet marbutin mal-arja kif ukoll dawk marbutin mal-klima (pereżempju l-iżvilupp ta’ mezzi tat-trasport attivi u l-iżolament aħjar tal-bini biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija). Madankollu, f’ċerti każijiet, jeżistu wkoll kompromessi (pereżempju l-użu tal-bijoenerġija għat-tisħin domestiku). Il-leġiżlazzjoni dwar l-arja u dwar l-enerġija u l-klima jirreferu għal xulxin u jeħtieġu li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-NAPCPs u l-NECPs 45 . Il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-NAPCPs tistieden b’mod speċifiku lill-Istati Membri jqisu l-politiki u l-miżuri ppjanati fil-kuntest tal-obbligi dwar il-klima u l-enerġija meta jkunu qed jabbozzaw l-NAPCP tagħhom.

Huwa rrikonoxxut li, minħabba s-sekwenzjar tal-iskadenzi legali, l-NAPCPs li jintbagħtu fil-ħin jistgħu jirreferu biss għall-abbozzi tal-NECPs u mhux għal dawk finali. Min-naħa l-oħra,  l-NECPs finali għandhom ikunu jirriflettu r-rabtiet bejn l-arja u l-klima u l-enerġija minħabba li, f’Ġunju tal-2019, fil-kuntest tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni bagħtet rakkomandazzjoni lil 26 Stat Membru 46 dwar l-abbozzi tal-NECPs tagħhom biex itejbu l-valutazzjoni tal-impatti fuq l-arja.

L-NAPCPs analizzati għal dan ir-rapport jirreferu għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija iżda, minħabba li ma ngħatawx biżżejjed dettalji fihom, mhux ċar sa liema punt dawn fil-fatt ikkontribwew biex jiġu mmassimizzati s-sinerġiji u biex jiġu indirizzati l-kompromessi bejn iż-żewġ oqsma tal-politika. Is-sitwazzjoni tvarja ħafna wkoll fost l-NAPCPs ikkonċernati. Xi wħud jirriflettu, jew saħansitra jikkwantifikaw, l-impatti tal-miżuri marbutin mal-klima u mal-enerġija fuq it-tniġġis tal-arja u, bil-kontra, jivvalutaw l-impatti tal-miżuri marbutin mal-arja fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. F’oħrajn, il-miżuri marbutin mal-klima u mal-enerġija huma inklużi fil-lista ta’ miżuri elenkati fl-NAPCP. Fl-aħħar nett, xi oħrajn jużaw ukoll sett ta’ data komuni biex joħolqu mudelli taż-żewġ oqsma ta’ politika.

Madankollu, l-analiżi tal-NAPCPs turi li hemm lok għal titjib fir-rabtiet bejn il-politiki dwar l-arja nadifa u l-politiki dwar il-klima u l-enerġjia u li hemm bżonn li ż-żewġ eżerċizzji ta’ ppjanar jiġu integrati iktar sabiex tiżdied l-effettività tal-politiki sottostanti. Fil-ġejjieni, il-Kummissjoni se tfittex aktar integrazzjoni bħal din f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

3.4. Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet

Minbarra l-analiżi tal-kisba pprojettata tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li kull Stat Membru rrapporta skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni vvalutat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet abbażi tal-analiżi konġunta tal-kwalità tal-projezzjonijiet, tal-kredibbiltà tal-PuM magħżula għall-adozzjoni fl-NAPCPs u tal-marġni ta’ konformità pprojettat 47 . Minn din il-valutazzjoni ħareġ li, għall-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2020 sal-2029, minn għoxrin Stat Membru meqjusin fl-analiżi 48 , erbatax 49 għandhom riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka (ara l-Anness 3).

Fir-rigward tal-impenji tal-2030, l-istampa tagħti iktar raġunijiet għal tħassib, minħabba li iktar minn nofs l-Istati Membri analizzati għandhom riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa kollha msemmijin fid-Direttiva (UE) 2016/2284 minbarra l-SO2. Għalhekk, f’dawn l-Istati Membri għandhom jiġu implimentati miżuri oħrajn minbarra dawk ippreżentati fl-NAPCPs, sabiex jitnaqqas dan ir-riskju. Dan jista’ jinvolvi, fost l-oħrajn, l-għażla ta’ PuM oħrajn għall-adozzjoni, it-tfassil mill-ġdid tal-PuM diġà magħżula għall-adozzjoni, l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-PuM, u l-għażla tal-indikaturi biex jiġi mmonitorjat aħjar il-progress fl-implimentazzjoni. L-Istati Membri se jkollhom jiddokumentaw dawn il-miżuri addizzjonali f’NAPCP aġġornat, kif jitlob l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva.



4.Analiżi tal-impatti tat-tnaqqis ipprojettat tal-emissjonijiet 

4.1.L-impatti fuq il-kwalità tal-arja

It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa jwassal għal tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa u, għalhekk, għal titjib fil-livelli tal-kwalità tal-arja. Fost is-sittax-il NAPCP li tressqu fil-ħin biex setgħu jiġu analizzati għal din it-taqsima, għaxar Stati Membri (kif deskritt hawn taħt) wieġbu għar-rekwiżit fakultattiv li jirrappurtaw informazzjoni dwar l-impatti pprojettati fuq il-kwalità tal-arja tal-Politiki u tal-Miżuri addizzjonali tagħhom. Din l-informazzjoni kienet tvarja minn deskrizzjoni kwalitattiva tal-impatti 50 sa mmudellar iddettaljat tal-konċentrazzjonijiet futuri 51 u l-għoti tal-konformità pprojettata mal-valuri ta’ limitu tal-kwalità tal-arja 52 . Fejn sar l-immudellar tat-tibdil futur fil-kwalità tal-arja, l-Istati Membri b’mod ġenerali inkludew fl-NAPCPs tagħhom mapep tal-konċentrazzjonijiet futuri tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja ambjentali. Ikun utli kieku Stati Membri oħrajn iwettqu din it-tip ta’ analiżi wkoll sabiex jiżdiedu s-sinerġiji bejn id-Direttiva (UE) 2016/2284 u d-Direttivi dwar il-kwalità tal-arja ambjentali. Analiżi integrattiva bħal din tagħmilha possibbli li jintgħażlu miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jtejbu l-livelli lokali tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja. Il-benefiċċji ewlenin mistennija jiġu mill-miżuri stabbiliti fis-setturi tat-trasport u tat-tisħin domestiku, peress li dawn ikunu japplikaw għaż-żoni urbani, fejn hemm esponiment ikbar tal-popolazzjoni. B’mod ġenerali, l-Istati Membri kollha ddikjaraw li qiesu l-impatti fuq il-kwalità tal-arja meta għażlu l-PuM għall-adozzjoni, iżda ma għażlu l-ebda PuM biex jindirizzaw b’mod ewlieni l-objettivi tal-kwalità tal-arja.

4.2.Impatti fuq l-ekosistemi

It-tniġġis tal-arja mhux biss iwassal għal impatti fuq saħħet il-bniedem iżda jwassal ukoll għall-aċidifikazzjoni, għall-ewtrofikazzjoni u għall-formazzjoni tal-ożonu troposferiku, li lkoll huma ta’ ħsara għall-ekosistemi (l-ekosistemi tal-ilma ħelu jew terrestri, u dawk seminaturali kif ukoll agrikoli) u għall-bijodiversità. Id-Direttiva (fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(4) tagħha) tirrikjedi lill-Istati Membri jirrappurtaw dawn l-impatti fuq l-ekosistemi kull erba’ snin mill-1 ta’ Lulju 2019 ’il quddiem, abbażi ta’ netwerk rappreżentattiv ta’ siti li kellu jiġi stabbilit sal-1 ta’ Lulju 2018, u li għalih ukoll ir-rappurtar irid jiġi aġġornat kull erba’ snin. L-Istati Membri kollha ssodisfaw dawn iż-żewġ obbligi tar-rappurtar. Dan jipprovdi l-ewwel bażi sabiex tiġi stabbilita referenza li magħha titqabbel id-data dwar l-ekosistemi futura rrappurtata skont id-Direttiva, u jikkontribwixxi għall-valutazzjoni futura tal-effettività tad-Direttiva biex tħares l-ambjent fuq perjodu itwal taż-żmien.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Avviż tal-Kummissjoni 53 u mudell tar-rappurtar fakultattiv flimkien mal-gwida ta’ akkumpanjament tiegħu 54 sabiex tiffaċilita r-rappurtar min-naħa tal-Istati Membri tal-impatti fuq l-ekosistemi u l-analiżi sussegwenti tagħhom. L-Istati Membri kollha użaw il-mudell standardizzat tar-rappurtar tal-inqas għal parti mid-data li bagħtu għall-2019. Fl-Anness V tagħha, id-Direttiva tipprovdi wkoll lista ta’ indikaturi fakultattivi għall-monitoraġġ. L-Istati Membri rrappurtaw l-iktar dwar dawk marbutin mal-ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi.

B’mod ġenerali, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni turi li n-netwerk attwali ta’ siti u d-data rrappurtata għadhom mhumiex rappreżentattivi u adegwati biżżejjed biex jiġi mmonitorjat l-effett tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi Ewropej. Sabiex tinkiseb informazzjoni utli, huwa importanti li n-netwerk ta’ monitoraġġ u d-data rrappurtata jkunu jirrappreżentaw l-ekosistemi kollha fit-territorju tal-UE. L-analiżi tas-siti ta’ monitoraġġ irrappurtati fl-2018 turi li dan mhux dejjem huwa l-każ. Xi ekosistemi li huma partikularment sensittivi għat-tniġġis tal-arja (ix-xagħri, il-pantani u l-bwar sensittivi għall-aċidu) mhumiex rappreżentati biżżejjed, anki fl-Istati Membri fejn dawn l-ekosistemi huma mifruxa sew. Id-data rrappurtata fl-2019 tikkonferma l-analiżi ta’ hawn fuq, peress li turi livelli differenti ta’ intensità ta’ monitoraġġ fost tipi differenti ta’ ekosistemi u tkompli tikkonferma li l-ekosistemi li huma partikularment sensittivi għat-tniġġis tal-arja mhumiex rappreżentati biżżejjed. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, livelli differenti ta’ esponiment għal pressjonijiet differenti jiġu mmonitorjati permezz ta’ siti li jinsabu kemm f’żoni b’livell baxx ta’ depożiti tal-kubrit u tan-nitroġenu kif ukoll f’żoni b’livell għoli tagħhom, u b’hekk jipprovdu kontribut pożittiv għar-rappreżentanza tad-data rrappurtata.

Id-Direttiva għandha l-għan li tillimita l-piż amministrattiv tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-ekosistemi billi tħeġġeġ l-użu tal-istess siti u/jew tal-istess data li jintużaw għar-rappurtar fil-kuntest ta’ obbligi oħrajn tal-UE jew internazzjonali. F’ħafna każijiet l-Istati Membri użaw din l-opportunità 55 .

L-ewwel rappurtar tad-data dwar l-ekosistemi fl-2019 skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 se jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ referenza li magħha jistgħu jitqabblu l-impatti futuri, sakemm ikun hemm konsistenza maż-żmien fis-siti tar-rappurtar u fl-indikaturi u l-monitoraġġ isir bi frekwenza xierqa. Dan se jippermetti wkoll li l-monitoraġġ tal-impatti fuq l-ekosistemi skont id-Direttiva jintuża għall-Istrateġija għall-Bijodiversità sal-2030 u wara dik id-data.

Minkejja li l-mudell għall-NAPCPs jispeċifika li l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw (bħala kontenut mhux obbligatorju) l-impatti fuq l-ambjent tax-xenarju ta’ projezzjonijiet “b’miżuri addizzjonali”, dawn ma ġew irrappurtati fl-ebda NAPCP li ntbagħat fl-2019. X’aktarx li l-Istati Membri jirrappurtaw dawn l-impatti fl-NAPCP li jmiss tagħhom, abbażi tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest tal-obbligi skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva.

4.3.Il-kostijiet u l-benefiċċji tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja

L-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji tal-politiki u tal-miżuri magħżula għall-adozzjoni mill-Istati Membri hija kontenut fakultattiv tal-format tal-NAPCP. Fost is-sittax-il NAPCP analizzati f’dan ir-rigward għal dan ir-rapport, ħamsa minnhom biss irrappurtaw din l-informazzjoni 56 . Anki f’dawn l-NAPCPs, il-kostijiet ġew irrappurtati biss għal ftit politiki u miżuri u ngħataw relattivament ftit dettalji dwar il-firxa tal-miżuri u l-kobor tagħhom (jew ma ngħataw l-ebda dettalji dwar dan). Ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar il-perjodu taż-żmien li għalih japplikaw l-istimi tal-kostijiet. Dan ir-rappurtar limitat ħafna dwar il-kostijiet tal-miżuri proposti jista’ jqajjem dubji dwar kemm huwa ggarantit il-finanzjament għall-implimentazzjoni tagħhom. Filwaqt li l-istimi tal-kostijiet jiddependu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, fuq iċ-ċirkustanzi nazzjonali, ir-rappurtar tagħhom se jipprovdi elementi għal analiżi utli tal-effiċjenza relattiva tad-diversi miżuri li tista’ tintuża għall-għażliet tal-politika fil-ġejjieni f’dak l-Istat Membru partikulari jew fi Stati Membri oħrajn (it-tagħlim bejn il-pari).

L-ebda NAPCP ma pprovda stimi tal-valur monetarju tal-benefiċċji tal-miżuri proposti. Dan huwa minħabba li l-emissjonijiet tal-arja u l-impatti tal-miżuri fuq il-kwalità tal-arja mhux dejjem jiġu kkwantifikati, u dan ixekkel il-passi finali tal-valutazzjoni.

Fir-rappurtar li jmiss tal-NAPCP, l-Istati Membri mistennija jibagħtu iktar informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja, peress li dan huwa element importanti li wieħed jitgħallem minnu meta jkun qed jiżviluppa l-miżuri futuri. Sadanittant, dan l-aspett se jiġi analizzat fil-Perspettiva li jmiss dwar l-Arja Nadifa permezz ta’ metodoloġija ta’ mmudellar.

5.Aspetti oħrajn tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284

5.1.Azzjonijiet eżistenti tal-UE li jappoġġaw l-implimentazzjoni

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2016/2284, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi, f’intervalli regolari, Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni kkoordinata tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. S’issa, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri rispettivi, il-Kummissjoni organizzat żewġ Fora Ewropej dwar l-Arja Nadifa. L-ewwel wieħed sar f’Pariġi fis-16 u s-17 ta’ Novembru 2017, u t-tieni wieħed sar fi Bratislava fit-28 u d-29 ta’ Novembru 2019 57 . Il-partijiet ikkonċernati mill-gvern, mill-industrija, mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u miċ-ċittadini urew interess kbir fiż-żewġ avvenimenti. Il-Forum dwar l-Arja Nadifa tal-2017 iffoka fuq it-temi tal-kwalità tal-arja fl-ibliet, it-tniġġis tal-arja mis-settur agrikolu, kif ukoll l-opportunitajiet kummerċjali marbutin mas-settur tal-arja nadifa. Il-Forum dwar l-Arja Nadifa tal-2019 ta segwitu għad-diskussjoni dwar l-impatti tal-agrikoltura fuq it-tniġġis tal-arja u, barra minn hekk, enfasizza l-arja nadifa u s-saħħa, it-tisħin domestiku u l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-miżuri dwar l-arja nadifa.

Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284 b’mezzi differenti, fosthom permezz tad-Djalogi dwar l-Arja Nadifa, tal-bini tal-kapaċità u tal-grupp ta’ esperti dwar il-kwalità tal-arja ambjentali. Id-Djalogi dwar l-Arja Nadifa huma laqgħat bilaterali bejn il-Kummissjoni u Stat Membru sabiex jitkattru l-azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tal-arja u li jnaqqsu t-tniġġis tal-arja, li jlaqqgħu flimkien atturi u setturi differenti f’approċċ kollaborattiv. Dawn jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika u l-ħtiġijiet partikulari ta’ Stat Membru, jippromwovu l-aħjar prattiki u jagħtu informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Bejn l-2017 u l-2019, saru seba’ djalogi, li kienu mal-Irlanda, mal-Lussemburgu, mal-Ungerija, mas-Slovakkja, ma’ Spanja, maċ-Ċekja u mal-Italja.

Sabiex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-kapaċità tagħhom li jipproduċu projezzjonijiet affidabbli tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja, fl-2018 il-Kummissjoni nediet proġett ta’ bini tal-kapaċità li fih ħadu sehem għaxar Stati Membri. Wieħed mir-riżultati tal-proġett kien l-iżvilupp ta’ materjal ta’ gwida dwar it-tħejjija tal-projezzjonijiet li huwa aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Osservazzjoni tad-Dinja msejjaħ “Copernicus” ilu mill-2014 ’l hawn jipprovdi, permezz tas-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Atmosfera prinċipali tiegħu (CAMS), data u informazzjoni kontinwi li jiddeskrivu l-kwalità tal-arja u l-evoluzzjoni tagħha fil-livell nazzjonali u Ewropew.

5.2. L-użu tal-fondi tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-objettivi tad-Direttiva (UE) 2016/2284

Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva, il-Kummissjoni “għandha tagħmel ħilitha biex tiffaċilita l-aċċess [tal-Istati Membri] għal fondi eżistenti tal-Unjoni” sabiex tappoġġa l-kisba tal-objettivi tad-Direttiva. Skont l-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dan l-użu.

Il-finanzjament tal-UE tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-kuntest ta’ diversi programmi ta’ finanzjament matul is-snin, u dawn użawh b’suċċess biex itejbu l-kwalità tal-arja. Dan il-finanzjament jew jappoġġa direttament il-proġetti tal-arja nadifa jew jinkludi b’mod effettiv l-objettivi tal-arja nadifa f’investimenti oħrajn (pereżempju fl-infrastruttura u fl-iżvilupp rurali u reġjonali). Sabiex timmonitorja l-progress tal-Istati Membri fl-użu ta’ dawn il-fondi tal-UE, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija li tivvaluta sa liema punt kull fluss ta’ finanzjament jikkontribwixxi għall-objettivi tal-arja nadifa. Dan il-monitoraġġ se jgħin lill-Istati Membri wkoll jimplimentaw politiki dwar l-arja nadifa.

L-Anness 4 ta’ dan ir-rapport jippreżenta din il-metodoloġija kif ukoll l-ammonti stmati tal-fondi tal-UE li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-arja nadifa. Il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena dwar il-finanzjament tal-arja nadifa fil-qafas tal-abbozz tal-baġit tagħha, għal kull programm ta’ finanzjament rilevanti.

5.3. L-għoti ta’ segwitu għad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Metan

Filwaqt li l-emissjonijiet globali tal-metan fl-UE naqsu bi 17 % bejn l-2005 u l-2017 (bl-istess rata bħall-gassijiet serra globali), l-emissjonijiet tal-metan mis-settur agrikolu naqsu b’1.6 % matul l-istess perjodu (li wassal għal sehem ikbar tas-settur agrikolu) 58 .

Il-proposta tal-Kummissjoni għad-Direttiva (UE) 2016/2284 kienet tinkludi impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan minħabba l-urġenza li jiġu indirizzati l-emissjonijiet minn din is-sustanza niġġiesa kemm mil-lat tal-arja nadifa (minħabba li l-metan huwa prekursur importanti tal-ożonu) kif ukoll mil-lat tal-klima. Madankollu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jneħħu r-referenza għall-metan matul il-proċess tal-adozzjoni tad-Direttiva, u b’hekk din is-sustanza niġġiesa baqgħet ma ġietx irregolata minnha. Wara l-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni li ġiet ippubblikata fi tmiem id-Direttiva. Id-dikjarazzjoni tgħid hekk:

“Il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm każ qawwi tal-kwalità tal-arja biex l-iżvilupp tal-emissjonijiet tal-metan fl-Istati Membri jinżamm taħt rieżami bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu fl-UE u biex jiġi promoss internazzjonalment it-tnaqqis tal-metan. Il-Kummissjoni tikkonferma li […] hija biħsiebha tkompli tivvaluta l-impatt tal-emissjonijiet tal-metan fuq il-ksib tal-għanijiet […] tad-Direttiva NEC u se tikkunsidra miżuri biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet, u fejn adatt, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dak l-għan”. 

Il-Kummissjoni ħadmet fuq din il-valutazzjoni ulterjuri 59 .

Il-Komunikazzjoni dwar il-viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima sal-2050 ivvalutat l-għażliet għal iktar tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan fis-setturi kollha tal-UE 60 . L-analiżi fil-fond li tappoġġaha wriet li għad hemm lok għal iktar tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan fis-setturi kollha kkonċernati, jiġifieri fl-agrikoltura, fl-iskart u fl-ilma mormi, kif ukoll fl-enerġija 61 .

Il-Kummissjoni għadha temmen li l-emissjonijiet tal-metan iridu jibqgħu jiġu mmonitorjati sabiex jiġi limitat il-kontribut tagħhom għall-konċentrazzjonijiet tal-ożonu fl-UE u sabiex dawn jitnaqqsu fil-livell internazzjonali, hekk li l-Unjoni tkun f’pożizzjoni ta’ quddiem nett fl-iżvilupp ta’ sinerġiji biex jiġi miġġieled kemm it-tibdil fil-klima u kemm it-tniġġis tal-arja. Abbażi tal-analiżi mwettqa tul dawn l-aħħar snin u f’konformità mal-Perspettiva dwar l-Arja Nadifa tal-2018, id-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ta’ hawn fuq għadha valida għalkollox.

5.4.Rabtiet internazzjonali

Id-Direttiva (UE) 2016/2284 hija marbuta mill-qrib mal-Konvenzjoni tan-NU/KEE fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira u mal-Protokolli tagħha 62 . Sa fejn hu possibbli, jiġu esplorati s-sinerġiji bejn iż-żewġ reġimi legali u tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejniethom, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rappurtar tal-inventarji u tal-projezzjonijiet tal-emissjonijiet. Ġie żviluppat manwal ta’ gwida konġunt għall-inventarju għal metodoloġija komuni u dan jittejjeb b’mod kontinwu bl-appoġġ tal-EEA. Fil-biċċa l-kbira tagħhom il-Protokoll emendat ta’ Gothenburg għall-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila, li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2019, u d-Direttiva jikkorrispondu ma’ xulxin fir-rigward tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2020 sal-2029. Mill-2020 ’il quddiem, il-Protokoll ta’ Gothenburg se jiġi rieżaminat fil-qafas tal-Konvenzjoni fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira, u dan se jipprovdi opportunità biex jitqies iktar allinjament ta’ dawn iż-żewġ reġimi legali, fosthom fir-rigward tal-iżvilupp ta’ approċċ marbut, pereżempju, mal-emissjonijiet tal-metan u mal-emissjonijiet tal-karbonju l-iswed.

6.Konklużjoni

Il-fatt li l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284 titqiegħed fit-triq it-tajba mill-bidu nett huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat it-tnaqqis f’waqtu tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja, sabiex jingħata kontribut effettiv għat-titjib f’saħħet il-bniedem u f’saħħet l-ekosistema u sabiex tintlaħaq l-ambizzjoni tal-Kummissjoni “ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi” mogħtija fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Għadu kmieni wisq biex wieħed jislet konklużjonijiet definittivi dwar id-distanza tal-Istati Membri mill-mira u mit-trajettorji tal-konformità abbażi tal-emissjonijiet attwali peress li d-data tal-2020 mhux se tkun disponibbli għall-kontroll tal-konformità qabel l-2022. Madankollu, id-data dwar l-emissjonijiet ipprojettati u l-analiżi tal-NAPCPs jindikaw biċ-ċar li hemm bżonn isiru iktar sforzi anke fuq medda qasira taż-żmien.

Peress li l-NAPCPs jiffurmaw strument fundamentali tad-Direttiva, aktar u aktar huwa importanti li dawn jitħejjew fil-ħin u abbażi ta’ data ta’ kwalità tajba, u li dawn jiġu aġġornati meta jkun previst li mhux se jintlaħqu l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, u fi kwalunkwe każ tal-inqas kull erba’ snin. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jridu jkomplu jesploraw miżuri addizzjonali u iktar stretti sabiex jiżguraw tnaqqis ulterjuri u effettiv għalkollox fl-emissjonijiet nazzjonali tagħhom tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja b’mod effiċjenti. F’dan ir-rigward, l-ammonijaka tispikka. Kif kien diġà ġie enfasizzat fl-ewwel Perspettiva dwar l-Arja Nadifa fl-2018, l-emissjonijiet tal-ammonijaka għadhom eċċezzjoni għat-titjib ġenerali osservat s’issa. Is-settur agrikolu se jkollu bżonn jagħmel iktar sforzi biex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tappoġġa l-isforzi nazzjonali f’dan ir-rigward, permezz ta’ għodod finanzjarji u mhux finanzjarji. Għal tal-ewwel, dan se jinkiseb, fost l-oħrajn, billi jiġi mmassimizzat l-użu tal-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni fiċ-ċiklu ta’ pprogrammar li jmiss. Għal tal-aħħar, dan se jsir, fost l-oħrajn, permezz ta’ azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċità u permezz tal-promozzjoni ta’ iktar sinerġiji mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, bħad-Direttiva 91/676/KEE dwar in-Nitrati u d-Direttiva 2010/75/UE dwar l-Emissjonijiet Industrijali. Barra minn hekk, ir-rieżami ta’ din l-aħħar Direttiva se jittratta l-potenzjal li jingħata kontribut ikbar għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, fosthom tal-ammonijaka.

L-implimentazzjoni sħiħa tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-appoġġ estiż mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u mill-programmi ta’ finanzjament rilevanti tal-Unjoni fil-kuntest taċ-ċiklu l-ġdid tal-ipprogrammar se jiffaċilitaw b’mod konsiderevoli l-kisba tal-objettivi tad-Direttiva (UE) 2016/2284. Ħafna inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku se jwasslu għal kobenefiċċji importanti għal implimentazzjoni iktar effiċjenti u iktar rapida tad-Direttiva. L-ewwel u qabel kollox, ambizzjoni klimatika akbar li tissarraf f’żieda fl-effiċjenza enerġetika u fl-iżvilupp ulterjuri ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli mhux kombustibbli se tnaqqas l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja flimkien ma’ dawk tal-gassijiet serra. Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284 se tkun strumentali wkoll sabiex jinkiseb suċċess fit-tranżizzjoni lejn “l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi” prevista fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Minbarra dan ir-rapport, it-tieni Perspettiva dwar l-Arja Nadifa li ġejja, li għandha tiġi ppubblikata iktar tard fl-2020, se tixħet dawl fuq il-kostijiet, il-benefiċċji, is-sinerġiji u l-kompromessi tal-livelli attwali u pprojettati tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u se tenfasizza l-ħtiġijiet potenzjali għal iktar azzjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE.  

(1)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Programm għall-Arja Nadifa għall-Ewropa (COM(2013) 918 final, 18.12.2013).

(2)

Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

(3)

Is-sit web li ġej jagħti iktar dettalji dwar l-ilħiq tal-livelli massimi tal-emissjonijiet tal-2010 min-naħa tal-UE u tal-Istati Membri tagħha: https://www.eea.europa.eu/themes/air/air-pollution-sources-1/national-emission-ceilings/nec-directive-reporting-status-2019 .

(4)

Il-Protokoll tal-1999 għat-Tnaqqis tal-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku għall-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila, kif emendat fl-4 ta’ Mejju 2012 (il-Protokoll emendat ta’ Gothenburg) —  http://www.unece.org/env/lrtap/status/lrtap_s.html .

(5)

Il-Konvenzjoni tal-1979 fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira https://www.unece.org/environmental-policy/conventions/envlrtapwelcome/the-air-convention-and-its-protocols/the-convention-and-its-achievements.html .

(6)

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1) u d-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).

(7)

Is-sit web li ġej jagħti ħarsa ġenerali lejha: https://ec.europa.eu/environment/air/index_en.htm .

(8)

COM(2019) 640 final.

(9)

Peress li dan ir-rapport ikopri l-implimentazzjoni tad-Direttiva sal-bidu tal-2020, ir-Renju Unit huwa inkluż għalkollox fl-analiżi.

(10)

COM(2018) 446 final.

(11)

Ara s-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/implementation.htm .

(12)

Ara s-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/NAPCP.htm . 

(13)

  https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/implementation.htm : Disa’ Stati Membri applikaw għall-ewwel darba għall-aġġustamenti fl-2017. Fl-2018 erba’ Stati Membri applikaw għal aġġustamenti ġodda u fl-2019 u fl-2020 Stat Membru wieħed għamel dan (filwaqt li l-applikazzjonijiet għall-aġġustamenti ta’ qabel ġew ippreżentati mill-ġdid).

(14)

Ara l-valutazzjoni sħiħa fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/NAPCP.htm . 

(15)

Il-Belġju, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

(16)

Il-Bulgarija, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija.

(17)

L-Artikolu 10(2) jirreferi għat-Tabella C tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/2284, li tagħti dettalji dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-projezzjonijiet.

(18)

L-Artikolu 8(5) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 jirreferi għall-Parti 2 tal-Anness IV tagħha, li tiddeskrivi r-rekwiżiti għall-projezzjonijiet.

(19)

Il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja u l-Finlandja.

(20)

Il-Kroazja, Ċipru, in-Netherlands u l-Finlandja.

(21)

L-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(22)

Ara l-Anness 2.

(23)

Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Greċja, Franza, il-Kroazja u n-Netherlands.

(24)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1522 tal-11 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi format komuni għall-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 256, 12.10.2018, p. 87).

(25)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Gwida għall-iżvilupp ta’ Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja fil-qafas tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU C 77, 1.3.2019, p. 1).

(26)

Il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, in-Netherlands, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(27)

Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(28)

Id-data limitu għall-inklużjoni f’dan ir-rapport.

(29)

L-Italja u l-Lussemburgu.

(30)

Il-Greċja u r-Rumanija.

(31)

Il-Greċja, Malta u r-Rumanija.

(32)

Malta.

(33)

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(34)

Il-Belġju, il-Bulgarija, Franza, il-Kroazja, Ċipru, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.

(35)

Id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, Malta, l-Awstrija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

(36)

Iċ-Ċekja u l-Estonja.

(37)

Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

(38)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(39)

Iċ-Ċekja, Ċipru, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(40)

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(41)

Il-Latvja u l-Ungerija mhux qed jitqiesu fl-analiżi tal-PuM minħabba li bagħtu l-NAPCP finali tagħhom tard.

(42)

Is-sit web li ġej jagħti informazzjoni iktar estensiva dwar dan: https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/NAPCP.htm . 

(43)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(44)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri kellhom jibagħtu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019.

(45)

Ara l-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 (b’rabta mas-sinerġiji), il-Parti 1 tal-Anness III tagħha (b’rabta mal-konsistenza fil-prijoritajiet) u l-Parti 2 tal-Anness IV tagħha (b’rabta mal-konsistenza fil-projezzjonijiet). B’mod parallel, ara l-paragrafu 5(1)(i) tat-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999 li jeħtieġ ir-rappurtar tal-impatti pprojettati tal-politiki u tal-miżuri ppjanati dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja rregolati skont id-Direttiva (UE) 2018/2284.

(46)

 L-Istati Membri kollha ħlief Spanja u Franza — ara s-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/energy/topics/energy-strategy/national-energy-climate-plans_mt .

(47)

Il-valutazzjoni sħiħa tinsab fis-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/NAPCP.htm . 

(48)

20 Stat Membru biss bagħtu l-NAPCPs u l-projezzjonijiet tagħhom fil-ħin biex seta’ jiġi analizzat ir-riskju tagħhom ta’ nuqqas ta’ konformità f’dan ir-rapport. Dawn kienu l-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, l-Irlanda, Franza, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(49)

Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Franza, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(50)

Id-Danimarka, il-Kroazja, il-Litwanja, l-Awstrija u s-Slovenja.

(51)

Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja u l-Polonja.

(52)

Spanja u l-Litwanja.

(53)

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-ekosistemi taħt l-Artikolu 9 u l-Anness V tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (Direttiva NEC) (ĠU C 92, 11.3.2019, p. 1).

(54)

  https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/ecosysmonitoring.htm . 

(55)

In-netwerks l-oħrajn li l-Istati Membri jużaw l-iktar għar-rappurtar dwar l-ekosistemi skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 għandhom x’jaqsmu mad-Direttiva dwar il-Ħabitats, mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u mal-Programmi ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali fil-kuntest tal-Konvenzjoni fuq it-tniġġis tal-arja transkonfini fuq distanza kbira.

(56)

Id-Danimarka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru u l-Iżvezja.

(57)

  https://ec.europa.eu/environment/air/clean_air/forum.htm . 

(58)

Sors: l-EEA (https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/data/data-viewers/greenhouse-gases-viewer).

(59)

Bil-pubblikazzjoni ta’ studju dwar ir-rabtiet bejn l-emissjonijiet tal-metan u l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/global-trends-methane-emissions-and-their-impacts-ozone-concentrations u żewġ studji (fosthom wieħed li għadu għaddej) dwar il-potenzjal ulterjuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u dwar l-impatt tal-użu tal-bijometan u tal-idroġenu fuq l-infrastruttura tal-gass.

(60)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pjaneta Nadifa għal kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (COM(2018) 773 final).

(61)

  https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/pages/com_2018_733_analysis_in_support_en_0.pdf (ara b’mod partikulari l-paġni 159 sa 174).

(62)

  https://ec.europa.eu/environment/air/policy/index.htm . 


Brussell, 26.6.2020

COM(2020) 266 final

ANNESSI

tar-

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi


ANNESS I

Il-konformità pprojettata kif irrappurtata mill-Istati Membri fl-2019 bil-politiki u l-miżuri eżistenti (ix-xenarju “b’miżuri”) meta mqabbla mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 sal-2029 u għall-2030 ’il quddiem

Stat Membru

NOx

NMVOC

SO2

NH3

PM2.5

 

2020

2030

2020

2030

2020

2030

2020

2030

2020

2030

L-Awstrija

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Il-Kroazja

Ċipru

Iċ-Ċekja

Id-Danimarka

L-Estonja

Il-Finlandja

Franza

Il-Ġermanja

Il-Greċja

L-Ungerija

L-Irlanda

L-Italja

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

Malta

In-Netherlands

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

Spanja

L-Iżvezja

Ir-Renju Unit

22

10

21

14

27

18

16

9

23

13

6

18

7

14

1

10

12

19

5

15

Sors: https://www.eea.europa.eu/themes/air/air-pollution-sources-1/national-emission-ceilings/nec-directive-reporting-status-2019 , bl-aġġornamenti rilevanti mir-rieżami tal-projezzjonijiet. Dan id-dokument iqis il-preżentazzjoni tard jew il-preżentazzjoni mill-ġdid tal-obbligi tar-rappurtar rilevanti min-naħa tal-Istati Membri u jqabbel il-projezzjonijiet mal-verżjonijiet rilevanti tal-inventarji tal-emissjonijiet.

ANNESS 2

Il-konformità pprojettata kif irrappurtata mill-Istati Membri fl-2019 b’politiki u miżuri addizzjonali (ix-xenarju “b’miżuri addizzjonali”) meta mqabbla mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 sal-2029 u għall-2030 ’il quddiem

Stat Membru

NOx

NMVOC

SO2

NH3

PM2.5

 

2020

2030

2020

2030

2020

2030

2020

2030

2020

2030

L-Awstrija

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Il-Kroazja

Ċipru

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Iċ-Ċekja

Id-Danimarka

L-Estonja

Il-Finlandja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Franza

Il-Ġermanja

Il-Greċja

L-Ungerija

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

L-Irlanda

L-Italja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Malta

In-Netherlands

Il-Polonja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Il-Portugall

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Ir-Rumanija

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Spanja

L-Iżvezja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Ir-Renju Unit

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

14

13

14

13

17

15

12

12

15

14

3

4

3

4

0

2

5

5

2

3

Ix-xenarju “b’miżuri addizzjonali” mhux irrappurtat

11

11

11

11

11

11

11

11

11

11

Sors: Il-kompilazzjoni tal-EEA abbażi tad-data li l-Istati Membri bagħtu fl-2019 skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 u tar-rieżami sussegwenti tagħha. L-Istati Membri li għalihom ma tingħata l-ebda informazzjoni fit-tabella ma rrappurtawx xenarju “b’miżuri addizzjonali”.



ANNESS 3

Valutazzjoni tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet

L-2020 sal-2029

L-2030 u wara dik id-data

SO2

NOx

NMVOC

NH3

PM2.5

SO2

NOx

NMVOC

NH3

PM2.5

L-Awstrija

B

B

M

Għ

B

B

Għ

M

Għ

Għ

Il-Belġju

B

B

B

M

B

B

B

B

M

B

Il-Bulgarija

M

Għ

Għ

Għ

B

B

Għ

Għ

Għ

B

Ċipru

B

M

M

B

M

M

B

M

B

Għ

Iċ-Ċekja

B

Għ

Għ

Għ

B

B

Għ

Għ

Għ

B

Il-Ġermanja

B

B

B

Għ

B

B

M

M

M

M

Id-Danimarka

B

B

B

Għ

Għ

Għ

B

B

Għ

Għ

L-Estonja

M

M

M

Għ

M

B

M

B

Għ

M

Il-Greċja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Spanja

B

B

M

M

B

B

B

Għ

M

M

Il-Finlandja

M

M

M

Għ

M

M

M

Għ

M

M

Franza

M

M

M

Għ

M

M

M

M

Għ

Għ

Il-Kroazja

B

B

M

M

M

B

B

M

M

M

L-Ungerija

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

L-Irlanda

B

B

Għ

Għ

B

M

Għ

Għ

Għ

B

L-Italja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Il-Litwanja

M

Għ

Għ

M

M

M

Għ

Għ

Għ

Għ

Il-Lussemburgu

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Il-Latvja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Malta

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

In-Netherlands

B

Għ

M

Għ

M

M

Għ

M

Għ

Għ

Il-Polonja

Għ

Għ

Għ

Għ

M

Għ

Għ

Għ

Għ

Għ

Il-Portugall

M

Għ

Għ

Għ

M

Għ

Għ

Għ

Għ

Għ

Ir-Rumanija

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

L-Iżvezja

B

B

B

Għ

B

B

Għ

B

Għ

B

Is-Slovenja

M

Għ

M

M

M

Għ

M

Għ

Għ

Għ

Is-Slovakkja

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

Ir-Renju Unit

M

M

M

Għ

Għ

Għ

Għ

Għ

Għ

Għ

Riskju għoli

1

7

6

14

2

5

10

10

14

10

Riskju medju

8

5

10

5

10

6

5

6

5

5

Riskju baxx

11

8

4

1

8

9

5

4

1

5

Mhux ivvalutat

8

8

8

8

8

8

8

8

8

8

Sors: Ir-rieżami tal-projezzjonijiet nazzjonali tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja u l-valutazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja: Rapport orizzontali, Ricardo, l-2020 (li fih hija deskritta wkoll il-metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju) — https://ec.europa.eu/environment/air/reduction/NAPCP.htm . 

Didaskalija:

Għ = riskju għoli

M = riskju medju

B = riskju baxx

-= mhux ivvalutat minħabba li d-data ma ntbagħtitx jew intbagħtet tard

ANNESS 4

Metodoloġija għat-traċċar tan-nefqa fuq l-Arja Nadifa

1)Approċċ ġenerali għat-traċċar tan-nefqa fuq l-Arja Nadifa

a)Il-prinċipji tat-traċċar tan-nefqa fuq l-arja nadifa fl-UE

Sabiex timmonitorja l-progress fl-użu tal-fondi tal-UE min-naħa tal-Istati Membri għall-objettivi tal-arja nadifa, il-Kummissjoni se “tindika” n-nefqa billi tassenja ponderazzjoni speċifika lill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE, li tkun tirrifletti l-punt sa fejn din tikkontribwixxi għall-objettivi tal-arja nadifa.

Dan it-traċċar tan-nefqa fuq l-arja nadifa jibni fuq it-tagħlim meħud mit-traċċar tan-nefqa fuq il-klima u l-bijodiversità li diġà jeżisti fil-Kummissjoni. Huwa jibni wkoll fuq regolamenti proposti tal-programmi li jidentifikaw l-indikaturi ambjentali li għandhom jiġu assenjati għall-finanzjament tal-UE biex tiġi ttraċċata l-kontribuzzjoni ambjentali, b’mod partikulari mill-Fondi ta’ Koeżjoni (l-Anness 1 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) u minn programmi rilevanti oħrajn (pereżempju l-Politika Agrikola Komuni u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa). Għall-kuntrarju tat-traċċar tan-nefqa fuq il-klima, it-traċċar tan-nefqa fuq l-arja nadifa ma għandux x’jaqsam ma’ mira tal-infiq iżda huwa maħsub għall-monitoraġġ tal-finanzjament tal-UE li jikkontribwixxi għall-arja nadifa bil-ħsieb li jiġu implimentati aħjar il-politiki dwar l-arja nadifa fl-Istati Membri.

Il-karatteristiċi ewlenin tat-traċċar tan-nefqa fuq l-arja nadifa huma dawn li ġejjin:

-l-użu ta’ indikaturi ta’ 100 %, ta’ 40 % u ta’ 0 %;

-attenzjoni għall-isforz amministrattiv u għas-sempliċità;

-il-konsistenza tal-indikaturi fost il-programmi (il-fatt li attivitajiet simili jiġu indikati b’mod simili);

-it-trasparenza tal-indikaturi;

-l-indipendenza mill-metodoloġiji l-oħrajn tat-traċċar (għan-nefqa fuq il-klima u fuq il-bijodiversità), hekk li kull euro li jintefaq ikun jista’ jiġi ttraċċat iktar minn darba.

L-arja nadifa, li hija kwistjoni trażversali, mhux biss tibbenefika minn azzjonijiet immirati lejha stess, iżda wkoll minn impatti ġġenerati minn proġetti ffinanzjati mill-UE f’oqsma tal-politika oħrajn bħal dawk immirati lejn suġġetti bħat-trasport sostenibbli, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (pereżempju l-effiċjenza enerġetika), l-effiċjenza fir-riżorsi u s-saħħa.

b)L-indikaturi tal-arja nadifa tal-UE

L-istess bħalma jiġri fil-każ tat-traċċar tan-nefqa fuq il-klima, għall-finijiet tat-traċċar tan-nefqa fuq l-arja nadifa, in-“nefqa” hija ddefinita bħala l-approprjazzjoni ta’ impenn. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati jidentifikaw l-infiq fuq l-arja nadifa kmieni fil-proċess. Il-Kummissjoni mhix se timmonitorja l-approprjazzjonijiet ta’ pagament u/jew il-ħlasijiet indikati għall-arja nadifa.

L-indikaturi tal-arja nadifa tal-UE huma żviluppati abbażi tal-indikaturi kwalitattivi ta’ Rio li l-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD juża biex jidentifika objettivi ambjentali speċifiċi (id-deżertifikazzjoni, il-mitigazzjoni tal-klima, l-adattament għall-klima u l-bijodiversità) għall-proġetti ta’ għajnuna għall-iżvilupp, u jibnu fuq l-esperjenza li nkisbet b’rabta mal-indikaturi ta’ Rio dwar il-Klima li l-UE tuża.

L-indikaturi tal-arja nadifa tal-UE huma mfassla biex jikkwantifikaw in-nefqa li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-arja nadifa. Minħabba l-firxa ta’ proċeduri ta’ implimentazzjoni (pereżempju l-ġestjoni ċentralizzata, l-ġestjoni kondiviża, l-istrumenti finanzjarji, l-implimentazzjoni programmabbli jew minn isfel għal fuq), l-approċċ għall-implimentazzjoni jvarja minn programm għall-ieħor u l-metodoloġija ġiet adattata biex tirrifletti ċ-ċirkustanzi speċifiċi. Għalhekk, l-indikaturi jiġu assenjati fl-iktar livell xieraq skont it-tfassil speċifiku ta’ kull programm baġitarju — fil-livell tal-proġett, tat-tip ta’ intervent, tal-komponent tal-programm jew tal-programm sħiħ.

L-indikaturi huma assenjati bl-approċċ ġenerali:

·100 % għan-nefqa li mistennija tikkontribwixxi b’mod ewlieni għall-objettivi tal-arja nadifa [parità mal-indikatur 2 ta’ Rio tal-OECD];

·40 % għan-nefqa li mistennija tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-objettivi tal-arja nadifa [parità mal-indikatur 1 ta’ Rio tal-OECD];

·0 % għan-nefqa li ma tikkontribwixxix għall-objettivi tal-arja nadifa.

Dan l-approċċ fuq tliet livelli bilfors jagħmel xi approssimazzjonijiet, u huwa wieħed konservattiv: f’każ ta’ dubju u/jew ta’ nuqqas ta’ informazzjoni preċiża, jintgħażel l-indikatur inferjuri.

Dan l-approċċ ġenerali jissarraf fi proċeduri speċifiċi tat-traċċar li jistgħu jvarjaw minn programm għall-ieħor, li jirriflettu d-differenzi fit-tfassil u fil-modi ta’ ġestjoni tagħhom.

c)Rappurtar annwali tad-data

Kull sena l-Kummissjoni se tikkonsolida d-data dwar l-impenji għall-arja nadifa li mistennija jkun hemm għall-programmi kollha. Fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi dwar in-nefqa operazzjonali li jakkumpanjaw l-Abbozz tal-Baġit Annwali, għal kull programm għandha tingħata n-nefqa mistennija fuq l-arja nadifa kull sena.

Kull erba’ snin, il-Kummissjoni se tirrapporta wkoll dwar l-użu tal-fondi tal-UE biex jappoġġaw l-objettivi tad-Direttiva fil-kuntest tar-rapport ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva NEC, u l-ewwel rapport preliminari tagħha b’rabta ma’ dan se tagħmlu fil-kuntest tar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-2020.



2)L-implimentazzjoni tal-approċċ għat-traċċar tan-nefqa fuq l-Arja Nadifa fil-livell tal-programmi

a)Il-programm Orizzont 2020

Azzjoni

Indikatur

Objettiv speċifiku — Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC)

0 (1)

Objettiv speċifiku — It-teknoloġiji futuri u emerġenti

0 (2)

Objettiv speċifiku — L-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA)

0 (1)

Objettiv speċifiku — L-infrastrutturi tar-riċerka

0 (1)

Objettiv speċifiku — It-teknoloġiji abilitanti u industrijali

0 (2)

Objettiv speċifiku — L-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju

0

Objettiv Speċifiku — L-SMEs

0 (2)

Objettiv Speċifiku — Is-saħħa

0

Objettiv Speċifiku — L-ikel

0 (2)

Objettiv Speċifiku — L-enerġija

40

Objettiv Speċifiku — It-trasport

40

Objettiv Speċifiku — Ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima

40

Objettiv Speċifiku — Soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

0

Objettiv Speċifiku — Soċjetajiet Ewropej sikuri

0

Objettiv Speċifiku — It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni

0

Objettiv Speċifiku — Ix-xjenza mas-soċjetà u għaliha

0

Objettiv Speċifiku — L-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

0 (2)

Objettiv Speċifiku — L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

0 (2)

(1) Għall-attivitajiet minn isfel għal fuq bħall-ERC u l-MSCA ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda valur għal dan l-ewwel eżerċizzju. Dan se jkollu jiġi aġġustat (’il fuq) fl-eżerċizzji tat-traċċar fil-ġejjieni. Fil-QFP li jmiss se tkun tista’ tingħata stima iktar preċiża tal-kontribut ta’ dawn l-attivitajiet għall-azzjonijiet dwar il-kwalità tal-arja. Sadanittant, ġie applikat indikatur 0 għal dawn l-attivitajiet.

(2) Għalkemm xi wħud minn dawn il-proġetti jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tal-arja nadifa, qed jiġi applikat indikatur “0” għalihom minħabba li m’hemmx informazzjoni preċiża.

Filwaqt li din it-tabella tagħti indikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-programm Orizzont 2020 għall-finanzjament ta’ attivitajiet li minnhom tibbenefika l-arja nadifa, bil-ħsieb li jiġu żgurati ċifri iktar preċiżi, fil-programm Orizzont Ewropa li jmiss (għall-2021 sal-2027), in-nefqa marbuta mal-arja nadifa se tiġi ttraċċata fil-livell tas-sejħiet għall-proposti jew tal-proġetti permezz tal-formati tar-rappurtar korrispondenti.


b) L-investimenti strateġiċi Ewropej: il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)

L-FEIS 1 huwa inizjattiva li tnediet fl-2015 fil-kuntest tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (il-Pjan ta’ Juncker) sabiex jgħin biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fl-investiment fl-Unjoni Ewropea. Dan il-Fond għandu l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:

·Skont l-FEIS, l-Unjoni tipprovdi garanzija irrevokabbli u mingħajr kundizzjonijiet 2 lill-BEI biex jipprovdi operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli lill-benefiċjarji aħħarin.

·L-FEIS huwa magħmul minn żewġt itwieqi:

I)l-azzjonijiet appoġġati mit-Tieqa għall-Infrastruttura u għall-Innovazzjoni (IIW) jikkonċernaw operazzjonijiet diretti u intermedjati ta’ finanzjament lill-benefiċjarji aħħarin li, skont in-natura u l-ambitu tagħhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tal-arja nadifa. L-operazzjonijiet fil-kuntest tat-Tieqa għall-Infrastruttura u għall-Innovazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019 ġew eżaminati bir-reqqa u kull waħda minnhom ingħatat l-Indikatur ix-xieraq ta’ Rio tal-OECD: ġie attribwit indikatur ta’ 100 % għall-operazzjonijiet li jikkontribwixxu b’mod ewlieni għall-objettivi tal-arja nadifa filwaqt li ġie attribwit indikatur ta’ 40 % għal dawk kollha li mistennija jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal dawk l-objettivi 3 — jiġifieri dawk li jwasslu għall-mitigazzjoni tat-tniġġis tal-arja;

II)it-Tieqa għall-SMEs (SMEW) tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament tas-self u tal-ekwità għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tiġi implimentata mill-FEI. Uħud mill-azzjonijiet appoġġati u mill-benefiċjarji aħħarin jistgħu potenzjalment jappoġġaw l-objettivi tal-arja nadifa. Madankollu, minħabba d-diversità tal-portafolli appoġġati u d-daqs żgħir tat-tranżazzjonijiet individwali, huwa impossibbli li ssir stima tal-kontribuzzjoni għall-objettivi tal-arja nadifa.

·L-appoġġ tal-FEIS jingħata permezz ta’ garanzija baġitarja li tammonta għal EUR 26 biljun. L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inadempjenzi potenzjali 4 tal-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija tal-UE jitħallsu minn fond ta’ garanzija li jikkostitwixxi riżerva ta’ likwidità. Din ir-riżerva ta’ likwidità fil-kuntest tal-Fond ta’ Garanzija tal-UE tammonta għal EUR 9.1 biljun (ammont ipprovdut). Il-kontribuzzjonijiet totali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni jammontaw għal EUR 8.43 biljun u huma kkomplimentati minn EUR 0.675 biljun mid-dħul u mir-ripagamenti.

Filwaqt li tqiesu dawn il-karatteristiċi, saret stima tal-kontribuzzjoni tal-FEIS għall-arja nadifa għall-IIW biss. Għalhekk, l-ammont tal-appoġġ tal-FEIS għall-objettiv tal-arja nadifa ġie kkalkulat bħala s-somma tal-kontribuzzjoni ta’ kull operazzjoni kif iddeterminata mill-indikatur rilevanti fil-31 ta’ Diċembru 2019.



c)L-FNE — Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

L-azzjoni/il-qasam (ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013)

L-azzjoni/il-qasam (COM(2018) 438 final — C8-0255/2018 — 2018/0228(COD) għall-2021 sal-2027)

Indikatur

L-FNE — l-enerġija 5

L-elettriku

L-elettriku

40

Il-gass

Il-gass

40

Il-grilji intelliġenti

Il-grilji intelliġenti

40

In-netwerks tas-CO2

In-netwerks tas-CO2

0

Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

40

L-FNE — it-trasport

Il-mod tat-trasport ferrovjarju: 40 % (inkluża l-ERTMS)

40

Il-mod tat-trasport tal-passaġġi fuq l-ilma interni

40

Il-mod tat-trasport marittimu

40

L-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi (mhux fin-nodi urbani)

40

In-nodi urbani (fosthom l-infrastrutturi, id-diġitalizzazzjoni u l-fjuwils alternattivi)

100

Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

0 6

d) Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK)

Kodiċijiet u oqsma ta’ intervent mogħtija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-2014 sal-2020

Kodiċijiet u oqsma ta’ intervent u koeffiċjent ta’ Rio għall-ambjent mogħtija fid-dokument COM(2018) 375 final għall-2021 sal-2027

Indikatur tal-Arja Nadifa

Kodiċi

Qasam

Kodiċi

Qasam

65

L-infrastruttura tar-riċerka u tal-innovazzjoni, il-proċessi, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni f’intrapriżi li jiffukaw fuq ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u fuq ir-reżistenza għat-tibdil fil-klima

22

Il-proċessi tar-riċerka u tal-innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-impriżi li jiffukaw fuq l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima

40

23

Il-proċessi tar-riċerka u tal-innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi li jiffukaw fuq l-ekonomija ċirkolari

40

068

L-effiċjenza enerġetika u l-proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u l-miżuri ta’ appoġġ

24

L-effiċjenza enerġetika u l-proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u l-miżuri ta’ appoġġ

40

014

Ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-ammont ta’ djar eżistenti, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni u l-miżuri ta’ appoġġ

25

Ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-ammont ta’ djar eżistenti, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni u l-miżuri ta’ appoġġ

40

013

Ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura pubblika, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni u l-miżuri ta’ appoġġ

26

Ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura pubblika, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni u l-miżuri ta’ appoġġ

40

071

L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ intrapriżi li huma speċjalizzati fil-provvista ta’ servizzi li jikkontribwixxu għall-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima (inkluż l-appoġġ għat-tali servizzi)

27

Appoġġ lill-impriżi li jipprovdu servizzi li jikkontribwixxu għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima

40

009

Enerġija rinnovabbli: ir-riħ

28

Enerġija rinnovabbli: ir-riħ

40

010

Enerġija rinnovabbli: ix-xemx

29

Enerġija rinnovabbli: solari

40

31

Enerġija rinnovabbli: tal-baħar

40

012

Enerġija rinnovabbli oħra (inkluża l-enerġija idroelettrika, ġeotermali u tal-baħar) u l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (inkluża l-infrastruttura għall-ħżin, għall-gass bl-elettriku u għall-idroġenu rinnovabbli)

32

Enerġija rinnovabbli oħra (inkluża l-enerġija ġeotermali)

40

015

Sistemi Intelliġenti ta’ Distribuzzjoni tal-Enerġija b’livelli ta’ vultaġġ baxxi u medji (inklużi l-grilji intelliġenti u s-sistemi tal-ICT)

33

Sistemi ta’ Distribuzzjoni tal-Enerġija Intelliġenti b’livelli ta’ vultaġġ medji u baxxi (inklużi l-grilji intelliġenti u s-sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat

40

016

Il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u t-tisħin distrettwali

34

Il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali

40

017

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku (inkluż il-minimizzazzjoni, l-issortjar u l-miżuri ta’ riċiklaġġ)

42

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: il-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni, is-separazzjoni u l-miżuri ta’ riċiklaġġ

40 

069

L-appoġġ għal proċessi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs

47

L-appoġġ għall-proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-SMEs

40

083

Miżuri b’rabta mal-kwalità tal-arja

48

Miżuri għall-kwalità tal-arja u għat-tnaqqis tal-ħsejjes

100

085

Il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità, il-ħarsien tan-natura u l-infrastruttura ekoloġika

50

Il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika

40

63

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: toroq

40

024

Il-ferroviji (TEN-T Ewlieni)

64

Linji ferrovjarji mibnija ġodda - in-netwerk ewlieni TEN-T

40

025

Il-ferroviji (TEN-T komprensiv)

65

Linji ferrovjarji mibnija ġodda - in-netwerk komprensiv TEN-T

40

026

Ferroviji oħra

66

Linji ferrovjarji mibnija ġodda oħra

40

67

Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk ewlieni TEN-T

40

68

Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk komprensiv TEN-T

40

69

Linji ferrovjarji oħra mibnija mill-ġdid jew imtejba

40

70

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: linji ferrovjarji

40

71

Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)

40

027

L-assi mobbli tal-ferrovija

72

Assi ferrovjarji mobbli

40

043

Infrastruttura u l-promozzjoni tat-trasport urban nadif (inkluż tagħmir u vetturi ferrovjarji)

73

Infrastruttura tat-trasport urban nadif

40

74

Materjal fuq ir-roti tat-trasport urban nadif

100

090

Rotot għar-roti u għall-mixi

75

Infrastruttura ċiklistika

100

76

Diġitalizzazzjoni tat-trasport urban

40 

77

Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi

40

035

Trasport multimodali (TEN-T)

78

Trasport multimodali (TEN-T)

40

036

Trasport multimodali

79

Trasport multimodali (mhux urban)

40

84

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: modi oħra ta’ trasport

40

007

Gass naturali

40

008

Gass naturali (TEN-E)

40

023

Miżuri ambjentali mmirati biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u/jew jiġu evitati (inkluż it-trattament u l-ħażna ta’ gass tal-metan u kompostjar)

40

044

Sistemi intelliġenti tat-trasport (inkluż l-introduzzjoni tal-ġestjoni tad-domanda, sistemi ta’ nollijiet, monitoraġġ ta’ kontroll tal-IT u sistemi ta’ informazzjoni)

40

070

Il-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija f’impriżi kbar

40

084

Il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)

40

Kwalunkwe qasam ta’ intervent li ma jidhirx f’din it-tabella ġie mmarkat b’0 għall-finijiet tat-traċċar tan-nefqa fuq l-arja nadifa.

e) Il-Politika Agrikola Komuni

Azzjoni

Indikatur

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 

L-oqsma ta’ prijorità 2A (il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli) 7

0

Il-qasam ta’ prijorità 5B (l-effiċjenza enerġetika)

40

Il-qasam ta’ prijorità 5D (it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mis-settur tal-agrikoltura)

40

L-ewwel pilastru tal-PAK 8

0

f) Il-programm LIFE

Azzjoni

Indikatur

Il-proġetti bl-arja nadifa bħala objettiv ewlieni, bħal dawn li ġejjin:

-il-proġetti integrati għall-arja nadifa (inklużi l-proġetti ta’ assistenza teknika, jekk ikun applikabbli)

-il-proġetti tradizzjonali fil-qasam tal-ambjent u tal-effiċjenza fir-riżorsi li jikkontribwixxu għall-arja nadifa bħala suġġett prijoritarju

-il-proġetti tradizzjonali fil-qasam tal-governanza ambjentali u tal-informazzjoni dwar l-ambjent li jiffukaw fuq l-arja nadifa

-il-proġetti preparatorji li jiffukaw fuq l-arja nadifa

-l-għotjiet operattivi għall-NGOs li jiffukaw fuq l-arja nadifa

100

Il-proġetti li jikkontribwixxu għall-arja nadifa, bħal dawn li ġejjin:

-il-proġetti integrati fil-kuntest tas-sottoprogramm għall-ambjent li jikkontribwixxu għall-arja nadifa (inklużi l-proġetti ta’ assistenza teknika, jekk ikun applikabbli)

-il-proġetti tradizzjonali fil-qasam tal-ambjent u tal-effiċjenza fir-riżorsi li jikkontribwixxu għall-arja nadifa bħala benefiċċju sekondarju

-il-proġetti tradizzjonali fil-qasam tal-governanza ambjentali u tal-informazzjoni dwar l-ambjent li jikkontribwixxu għall-arja nadifa bħala benefiċċju sekondarju

-il-proġetti preparatorji li jikkontribwixxu għall-arja nadifa bħala benefiċċju sekondarju

-il-proġetti integrati fil-kuntest tas-sottoprogramm għall-azzjoni klimatika li jikkontribwixxu għall-arja nadifa (inklużi l-proġetti ta’ assistenza teknika, jekk ikun applikabbli)

-il-proġetti tradizzjonali fil-qasam tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-arja nadifa bħala benefiċċju sekondarju

-il-proġetti tradizzjonali fil-qasam tal-governanza klimatika u tal-informazzjoni dwar il-klima li jikkontribwixxu għall-arja nadifa bħala benefiċċju sekondarju

-l-għotjiet operattivi għall-NGOs li jikkontribwixxu għall-arja nadifa

40

Il-proġetti jew l-attivitajiet li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kategoriji msemmijin hawn fuq

0

Fil-kuntest tal-programm LIFE, l-arja nadifa hija appoġġata minn proġetti tradizzjonali u integrati ddedikati, iżda peress li din hija kwistjoni trażversali, l-arja nadifa tibbenefika wkoll mill-impatti ġġenerati mill-proġetti tal-programm LIFE li jiffukaw b’mod ewlieni fuq suġġetti oħrajn bħall-ilma, l-istorbju u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (pereżempju l-effiċjenza enerġetika).



3) L-ammont ta’ fondi tal-UE ddedikati għall-objettivi tal-arja nadifa skont il-metodoloġija ta’ hawn fuq

Programm

Kontribuzzjoni stmata għall-arja nadifa għall-2014 sal-2020 (f’miljuni ta’ EUR)

Orizzont 2020

4 219

FEIS

819

FNE

8 830

FEŻR

20 458

FK

10 874

FAEŻR

1 138

LIFE

105

TOTAL

46 443

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017.

(2)

Il-Garanzija tal-UE u r-riżorsi relatati fil-Fond ta’ Garanzija tal-UE jkopru portafoll ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment u mhumiex delimitati għal proġetti speċifiċi.

(3)

L-istimi huma bbażati fuq approċċ konservattiv li jqis il-fatt li r-Regolament dwar l-FEIS u d-dokumenti kuntrattwali ma jipprevedux ir-rappurtar u t-traċċar tal-investimenti appoġġati li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-arja nadifa.

(4)

F’każ li ma jkun hemm l-ebda inadempjenza, il-proġetti jibqgħu ggarantiti u appoġġati. Madankollu, ma jkunx hemm ħruġ mill-baġit tal-UE.

(5)

Minħabba l-approċċ konservattiv tal-metodoloġija, jista’ jkun li ġiet issottovalutata l-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet tal-FNE fil-qasam tal-enerġija marbutin mal-elettriku, mal-grilji intelliġenti u mal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għall-objettivi tal-arja nadifa.

(6)

Il-metodoloġija ssegwi approċċ konservattiv: parti mill-azzjonijiet tal-FNE marbutin mal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tinkludi appoġġ għat-tnedija ta’ funzjonalitajiet ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ajruporti li, permezz ta’ ġestjoni iktar effiċjenti tat-traffiku u tal-operazzjonijiet tal-qtugħ, tal-illandjar u tat-taxiing, jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja fl-ajruporti u fl-inħawi ta’ madwarhom.

(7)

Il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli jista’ jkollha effett pożittiv fuq l-arja nadifa. Madankollu, diffiċli ssir distinzjoni bejn l-investimenti għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli li għandhom effett fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka minn investimenti oħrajn, u dawn mhux mistennija jirrappreżentaw perċentwal għoli.

(8)

Wieħed mill-elementi tal-kundizzjonalità, il-Kundizzjoni Agrikola u Ambjentali Tajba numru 6: “il-projbizzjoni li tinħaraq il-qasbija fir-raba’ tal-ħrit biex tinżamm il-materja organika fil-ħamrija”, ikkontribwixxa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-PM-10. Madankollu, minħabba d-diffikultà biex tiġi kkwantifikata l-kontribuzzjoni u l-valur baxx li dan l-element mistenni jkollu fil-valur globali tal-pagamenti diretti, il-kontribuzzjoni hija stabbilita fil-livell ta’ 0 %.