IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.3.2020
COM(2020) 109 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq
Perjodu ta’ rapportar 2015-2016
Werrej
1.INTRODUZZJONI
2.ID-DIRETTIVA 2000/30/KE
3.DATA KKOMUNIKATA MILL-ISTATI MEMBRI
4.KONTENUT TAL-ISPEZZJONI
5.DATA STATISTIKA
5.1. Volumi ta’ spezzjonijiet
5.2. Oriġini tal-vetturi spezzjonati
5.3.Volumi ta’ projbizzjonijiet
5.4.Oriġini tal-vetturi pprojbiti
5.5.Vetturi pprojbiti skont il-kategorija tal-vettura u għal kull Stat Membru ta’ reġistrazzjoni
5.6.Tipi ta’ nuqqasijiet irrappurtati mill-Istati Membri
6.TIPI TA’ PENALI
7.KONKLUŻJONIJIET FIL-QOSOR
7.1Spezzjonijiet
7.2Projbizzjonijiet
7.3Nuqqasijiet
1.INTRODUZZJONI
Fl-interess tas-sikurezza fit-toroq, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-kompetizzjoni ġusta, il-leġiżlazzjoni Ewropea tipprevedi sensiela ta’ miżuri biex tiżgura li l-vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fit-toroq Ewropej ikunu f’kundizzjoni teknika xierqa. Dawn jinkludu:
·ir-regoli tal-ammissjoni għall-okkupazzjoni, li jirrikjedu li l-operaturi tat-trasport ikollhom kapaċità finanzjarja suffiċjenti biex tiġi żgurata l-manutenzjoni xierqa tal-vetturi (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009);
·it-testijiet perjodiċi tal-kondizzjoni tal-vetturi għat-triq, li jridu jitwettqu fl-Istati Membri għal vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom, bi frekwenza minima stabbilita fil-livell Ewropew (id-Direttiva 2009/40/KE);
·l-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq — is-suġġett ta’ dan ir-rapport — li jiżguraw li l-vetturi kummerċjali jintużaw biss jekk issirilhom manutenzjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà stradali teknika (id-Direttiva 2000/30/KE).
Skont id-Direttiva 2000/30/KE, il-vetturi kummerċjali, inklużi l-vetturi bil-mutur u t-trejlers u s-semitrejlers tagħhom, li jiċċirkolaw fl-Istati Membri huma soġġetti għal spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq li għandhom l-għan li jtejbu s-sikurezza fit-toroq u jħarsu l-ambjent.
L-Artikolu 6 jistipula li, kull sentejn, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data miġbura għas-sentejn ta’ qabel li tirrigwarda:
·l-għadd ta’ vetturi kummerċjali kkontrollati, miġbura f’seba’ kategoriji ta’ vetturi u mqassma ukoll skont il-pajjiż ta’ reġistrazzjoni;
·l-elementi kkontrollati skont id-Direttiva; u
·n-nuqqasijiet misjuba.
Wara li tkun inġabret din id-data, id-Direttiva 2000/30/KE tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva, ibbażat fuq id-data riċevuta mill-Istati Membri, flimkien ma’ sommarju tar-riżultati miksuba. Dan tal-aħħar huwa s-suġġett ta’ dan ir-rapport. Id-Direttiva 2000/30/KE tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament Ewropew l-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tagħha.
Id-Direttiva 2000/30/KE tistabbilixxi disa’ oqsma differenti (ara t-Taqsima 4 ta’ hawn taħt) fl-ambitu ta’ spezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq. Waqt spezzjoni, jekk joħroġ biċ-ċar li vettura kummerċjali tippreżenta riskju serju għall-okkupanti tagħha jew għal utenti oħrajn tat-triq, l-użu ta’ dik il-vettura jista’ jiġi pprojbit sakemm jiġi rettifikat kwalunkwe nuqqas perikoluż misjub. Barra minn hekk, wara li titwettaq spezzjoni ta’ vettura, kull nuqqas identifikat irid jiġi ddokumentat f’rapport ta’ spezzjoni mogħti lis-sewwieq.
Fl-2014, bħala parti mill-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill irrevedew ir-regoli u l-proċeduri għall-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq tal-vetturi kummerċjali. Fit-3 ta’ April 2014, ġiet adottata d-Direttiva 2014/47/UE (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Direttiva 2014/47/UE”). Din ġiet applikata mill-20 ta’ Mejju 2018. Id-Direttiva 2014/47/UE introduċiet, fost l-oħrajn, żewġ tipi ta’ spezzjonijiet, jiġifieri l-ispezzjonijiet inizjali u spezzjonijiet aktar dettaljati, u li l-għadd totali ta’ spezzjonijiet inizjali mal-ġenb tat-triq fl-UE għal sena kalendarja jkollu jikkorrispondi għal mill-inqas 5 % tal-għadd totali ta’ dawn il-vetturi rreġistrati fl-Istati Membri. Sabiex tintlaħaq din il-mira, kull Stat Membru għandu jagħmel sforz biex iwettaq għadd xieraq ta’ spezzjonijiet mal-ġenb tat-triq li jkunu proporzjonati mal-għadd totali ta’ tali vetturi rreġistrati fit-territorju tiegħu. L-ewwel obbligu ta’ rapportar meta din il-mira tiġi skrutinizzata se jkun il-31 ta’ Marzu 2021 għas-snin 2019-2020 rispettivament.
2.ID-DIRETTIVA 2000/30/KE
Skont id-Direttiva 2009/40/KE dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq, il-vetturi li jintużaw għal finijiet kummerċjali jridu jiġu ttestjati kull sena. Madankollu, peress li t-test annwali jitqies bħala mhux suffiċjenti biex jiġi ggarantit li dawn il-vetturi jibqgħu f’kundizzjoni tajba għat-triq bejn testijiet tal-affidabbiltà stradali suċċessivi, hija meħtieġa miżura ta’ sikurezza fit-toroq biex jitwettqu wkoll l-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq bħala miżura ta’ infurzar.
Spezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq tfisser eżaminazzjoni għal għarrieda fuq vettura kummerċjali li tiċċirkola fit-territorju ta’ Stat Membru. L-ispezzjoni titwettaq prinċipalment fuq awtostradi pubbliċi jew mill-awtoritajiet jew inkella minn entità oħra li taġixxi taħt is-superviżjoni tagħhom.
L-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq kollha jridu jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż fejn hija rreġistrata jew fejn tkun bdiet topera l-vettura kummerċjali. L-attivitajiet ta’ spezzjoni jridu jitwettqu wkoll b’tali mod li jnaqqsu l-ispejjeż u d-dewmien għas-sewwieqa u għall-operaturi.
Jenħtieġ li jiġi adottat approċċ immirat għall-għażla tal-vetturi kummerċjali soġġetti għall-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq, billi tingħata importanza partikolari lill-identifikazzjoni ta’ vetturi li aktarx ikunu l-aktar li jeħtieġu l-manutenzjoni.
Is-soltu l-ispezzjonijiet mal-ġenb tat-triq isiru b’approċċ li jsir f’passi. L-ewwel issir valutazzjoni viżiva tal-kundizzjoni ta’ manutenzjoni li fiha tinsab il-vettura meta din tkun wieqfa, flimkien ma’ verifika ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni relatata ma’ spezzjoni reċenti mal-ġenb tat-triq (jekk applikabbli) u dwar it-test tal-kondizzjoni tal-vettura għat-triq. Tista’ ssir ukoll spezzjoni dettaljata fuq il-post jew f’ċentru tat-testijiet fil-viċinanza, għal irregolaritajiet abbażi tal-lista ta’ elementi tad-Direttiva 2000/30/KE. F’każ ta’ spezzjoni dettaljata, l-eżitu jrid jiġi ddokumentat f’rapport ta’ spezzjoni mal-ġenb tat-triq li jsegwi l-mudell stabbilit fid-Direttiva. Din l-informazzjoni tipprovdi l-bażi għall-informazzjoni li l-Istati Membri huma meħtieġa jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea.
L-użu ta’ vettura kummerċjali li jkollha nuqqasijiet perikolużi li jistgħu jkunu ta’ riskju serju għas-sikurezza fit-toroq jista’ jiġi sospiż sakemm dawn in-nuqqasijiet jiġu rettifikati. Barra minn hekk, vetturi barranin b’nuqqasijiet serji jridu jiġu nnotifikati lill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni biex jingħata segwitu xieraq.
Id-Direttiva 2000/30/KE, kif emendata – li kienet tapplika sad-19 ta’ Mejju 2018 – stabbiliet għadd ta’ kundizzjonijiet għall-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-UE. Id-Direttiva 2010/47/UE emendat il-kategoriji tal-vetturi u l-lista tal-elementi ta’ spezzjoni fl-Anness I mill-1 ta’ Jannar 2012.
Qabel l-emenda, il-vetturi fir-rapport tal-ispezzjoni mal-ġenb tat-triq (l-Anness I) ġew definiti skont il-klassijiet, eż. trakk b’diversi karrijiet (road train) li kien ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur għall-ġarr ta’ merkanzija b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati (il-kategoriji N2 u N3) akkoppjata ma’ trejler (il-kategoriji O3 u O4). Fl-istess ħin, il-vetturi tal-kategorija N2 kellhom jiġu indikati taħt “vettura kummerċjali ħafifa”, il-vetturi tal-kategorija N3 taħt “trakk”, filwaqt li l-vetturi tal-kategoriji O3 u O4 kellhom jiġu indikati taħt “trejler” u “semitrejler”.
Madankollu, waħda mill-emendi introdotti bid-Direttiva 2010/47/UE introduċiet mod differenti ta’ raggruppament tal-vetturi, billi d-deżinjazzjoni tal-kategorija tagħhom tintuża skont il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. B’riżultat ta’ dan, vettura li setgħet ġiet indikata fi klassijiet differenti issa tista’ tiġi indikata biss f’kategorija waħda ta’ vetturi. Barra minn hekk, il-vettura tal-irmonk u t-trejler iridu jiġu indikati separatament. Meta jitqies li l-vettura tal-irmonk u t-trejler jistgħu jiġu rreġistrati fi Stati Membri differenti, dawn il-klassifikazzjonijiet reveduti jipprovdu informazzjoni aktar preċiża, filwaqt li jtejbu wkoll is-sitwazzjoni għall-Istati Membri f’sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li Stat Membru ieħor jiġi nnotifikat jekk jinstabu nuqqasijiet serji f’vettura rreġistrata f’dak l-Istat Membru.
3.DATA KKOMUNIKATA MILL-ISTATI MEMBRI
Dan huwa s-sitt rapport dwar kif id-Direttiva 2000/30/KE ġiet applikata fl-Istati Membri u jkopri s-snin kalendarji 2015-2016. Id-data ta’ skadenza biex l-Istati Membri jippreżentaw id-data tagħhom lill-Kummissjoni għal dan il-perjodu ta’ rapportar kienet il-31 ta’ Marzu 2017.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-obbligu ta’ rapportar, u skont il-prattika preċedenti, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ informazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta’ Jannar 2017. Mehmuż ma’ dik l-ittra kien hemm mudell (żviluppat flimkien mill-esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri), u l-Istati Membri ġew imħeġġa jużawh biex jippreżentaw ir-rapporti tagħhom.
Imbagħad, fil-bidu ta’ Marzu 2017, inħarġet komunikazzjoni ta’ tfakkira li tinforma lill-Istati Membri li d-data ta’ skadenza biex jippreżentaw il-prospetti tagħhom kienet qiegħda toqrob malajr. Kull Stat Membru uża l-mudell biex jippreżenta d-data tiegħu b’mod elettroniku. Dan intlaqa’ tajjeb peress li ssimplifika l-kompitu tal-ġbir tad-data.
Madankollu, mhux l-Istati Membri kollha rrispettaw id-data ta’ skadenza biex jippreżentaw id-data tagħhom. Xi pajjiżi (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja u Franza) kienu kemxejn tard, filwaqt li oħrajn (Malta u n-Netherlands) ma jippreżentawx id-data tagħhom sa Jannar u Marzu 2018 rispettivament.
Ħdax-il Stat Membru, jiġifieri l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja u r-Rumanija ppreżentaw ukoll data dwar vetturi rreġistrati barra mill-UE li ġew ikklassifikati skont il-pajjiż ta’ reġistrazzjoni; filwaqt li tnejn oħra, jiġifieri l-Belġju u l-Italja pprovdew iċ-ċifri totali għall-għadd ta’ vetturi mhux tal-UE li ġew spezzjonati.
Ċipru pprovda biss data dwar vetturi domestiċi. Fil-bidu, l-Irlanda għamlet l-istess iżda sussegwentement ippreżentat l-istess sett ta’ data revedut, li kien jinkludi dettalji dwar il-vetturi spezzjonati li ġew irreġistrati fi Stati Membri oħra.
Fl-aħħar nett, tlettax-il Stat Membru, jiġifieri l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Greċja, Franza, l-Irlanda, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit, ipprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali b’rabta mal-kodiċijiet tan-nuqqasijiet fl-elementi spezzjonati (eż. (1) tagħmir tal-ibbrejkjar; 1.1.8. akkoppjamenti għall-brejkijiet tat-trejlers). Dawn id-dettalji ġew introdotti bid-Direttiva 2010/47/UE li emendat l-Anness I tad-Direttiva 2000/30/KE mill-1 ta’ Jannar 2012, madankollu mhuwiex obbligatorju li dan is-saff addizzjonali ta’ dettall jiġi pprovdut.
Wara l-ewwel analiżi tar-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni kkuntattjat lil diversi Stati Membri biex tifhem ir-raġunijiet potenzjali ta’ xi riżultati jew bidliet impressjonanti meta mqabbla mal-perjodu preċedenti. Skont l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri, hemm għadd ta’ ċirkostanzi li kellhom effett negattiv fuq l-ammont u l-kwalità tal-ispezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq. Dawn iċ-ċirkostanzi, fost l-oħrajn, kienu r-riorganizzazzjoni jew id-deċentralizzazzjoni tal-kompetenzi li wasslu għal perjodi fejn l-ispezzjonijiet ma twettqux, restrizzjonijiet finanzjarji li wasslu għal nuqqasijiet ta’ persunal, għal ammont limitat ta’ spezzjonijiet u għal aċċess limitat għat-tagħmir. L-iskambji mal-Istati Membri wrew ukoll li hemm differenzi sinifikanti fil-fehim u fit-twettiq tal-ġbir tad-data u fir-rapportar, li jistgħu jikkontribwixxu wkoll għad-differenzi. Mill-20 ta’ Mejju 2018, dawn id-differenzi jaf jonqsu meta jitqies li d-Direttiva 2014/47/UE introduċiet aktar armonizzazzjoni fil-metodi tat-testijiet, fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet, fl-użu tat-tagħmir tat-testijiet u fir-rekwiżiti tar-rapportar. L-ewwel rapport ibbażat fuq id-Direttiva 2014/47/UE se jkopri l-perjodu 2019-2020 u l-Istati Membri se jkollhom jippreżentaw ir-rapporti nazzjonali tagħhom sal-31 ta’ Marzu 2021.
4.KONTENUT TAL-ISPEZZJONI
Bħala minimu, id-data relatata mal-oqsma ta’ spezzjoni deskritti fil-punt 10 tal-mudell tar-rapport inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 2000/30/KE trid tintbagħat lill-Kummissjoni. Dawn l-oqsma huma:
·l-identifikazzjoni;
·it-tagħmir tal-ibbrejkjar;
·l-istering;
·il-viżibbiltà;
·it-tagħmir tat-tidwil u s-sistema tal-elettriku;
·il-fusijiet, ir-roti, it-tajers, is-sospensjoni;
·ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi;
·tagħmir ieħor, inkluż it-takografu u r-regolatur tal-veloċità eċċessiva;
·fastidji, inklużi l-emissjonijiet u t-tixrid tal-fjuwil u/jew taż-żejt.
Sabiex jiffaċilita r-reġistrazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati mill-ispetturi f’dawn l-oqsma, ir-rapport tal-ispezzjoni jenħtieġ li jinkludi lista sħiħa ta’ elementi tal-ispezzjoni fuq in-naħa ta’ wara tiegħu. L-ispetturi jridu jimmarkaw fuq ir-rapport (permezz ta’ kodiċijiet predefiniti) kwalunkwe qasam fejn ikunu identifikaw xi nuqqasijiet u jagħtu kopja ta’ dan ir-rapport lis-sewwieq tal-vettura ladarba jkunu temmew l-ispezzjoni tagħhom.
Jekk l-ispettur iqis li kwalunkwe nuqqas identifikat jista’ jirrappreżenta riskju għas-sigurtà b’tali mod li, b’mod partikolari fir-rigward tal-brejkijiet, ikunu ġġustifikati aktar kontrolli, l-ispettur jista’ jordna li l-vettura tiġi eżaminata b’mod aktar dettaljat f’faċilità magħżula għall-kontroll tekniku ta’ vettura fil-viċinanza.
Barra minn hekk, jekk matul l-ispezzjoni joħroġ biċ-ċar li vettura kummerċjali tippreżenta riskju serju għall-okkupanti tagħha jew għal utenti oħra tat-triq, l-użu ta’ dik il-vettura jista’ jiġi pprojbit sakemm kwalunkwe nuqqas perikoluż identifikat jiġi rettifikat.
5.DATA STATISTIKA
5.1. Volumi ta’ spezzjonijiet
Meta mqabbel mal-2013-2014, ġew spezzjonati 534 473 vettura inqas milli fl-2015-2016, li jfisser tnaqqis ta’ 9,6 %. It-Tabella 1 ta’ hawn taħt tipprovdi analiżi skont kull Stat Membru.
Fl-2011-2012, ġew spezzjonati 8 145 984 vettura, filwaqt li fil-perjodu 2013-2014, twettqu 5 584 164 kontroll, jiġifieri 2 561 820 inqas. Fl-2015-2016, jista’ jiġi osservat tnaqqis ulterjuri ta’ madwar 10 % u l-ispezzjonijiet kienu jammontaw għal 5 029 763.
Tabella 1: Volumi ta’ Spezzjonijiet – Tqabbil bejn l-2013-14 u l-2015-16
|
Stat Membru (SM) ta’ Rapportar
|
Vetturi Spezzjonati fil-Perjodu 2013-2014
|
Vetturi Spezzjonati fil-Perjodu 2015-2016
|
Differenza bejn il-Perjodi 2013-2014 u 2015-2016
|
% tad-Differenza bejn il-Perjodi 2013-2014 u 2015-2016
|
|
L-Awstrija
|
48 884
|
42 438
|
-6 446
|
-13,2 %
|
|
Il-Belġju
|
18 073
|
9 693
|
-8 380
|
-46,4 %
|
|
Il-Bulgarija
|
321 325
|
250 516
|
-70 809
|
-22,0 %
|
|
Il-Kroazja
|
39 608
|
39 204
|
-404
|
-1,0 %
|
|
Ċipru
|
1 174
|
6 214
|
5 040
|
429,3 %
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
136 981
|
88 389
|
-48 592
|
-35,5 %
|
|
Id-Danimarka
|
2 081
|
3 753
|
1 672
|
80,3 %
|
|
L-Estonja
|
1 689
|
2 768
|
1 079
|
63,9 %
|
|
Il-Finlandja
|
11 152
|
8 390
|
-2 762
|
-24,8 %
|
|
Franza
|
1 053 692
|
996 892
|
-56 800
|
-5,4 %
|
|
Il-Ġermanja
|
1 600 728
|
1 620 465
|
19 737
|
1,2 %
|
|
Il-Greċja
|
16 816
|
5 395
|
-11 421
|
-67,9 %
|
|
L-Ungerija
|
216 504
|
195 905
|
-20 599
|
-9,5 %
|
|
L-Irlanda
|
12 939
|
29 840
|
16 901
|
130,6 %
|
|
L-Italja
|
15 147
|
5 514
|
-9 633
|
-63,6 %
|
|
Il-Latvja
|
6 101
|
8 652
|
2 551
|
41,8 %
|
|
Il-Litwanja
|
79 860
|
70 586
|
-9 274
|
-11,6 %
|
|
Il-Lussemburgu
|
726
|
398
|
-328
|
-45,2 %
|
|
Malta
|
4 012
|
6 943
|
2 931
|
73,1 %
|
|
In-Netherlands
|
8 860
|
6 709
|
-2 151
|
-24,3 %
|
|
Il-Polonja
|
888 111
|
627 384
|
-260 727
|
-29,4 %
|
|
Il-Portugall
|
631
|
1 522
|
891
|
141,2 %
|
|
Ir-Rumanija
|
8 135
|
13 144
|
5 009
|
61,6 %
|
|
Is-Slovakkja
|
16 211
|
18 760
|
2 549
|
15,7 %
|
|
Is-Slovenja
|
5 113
|
4 945
|
-168
|
-3,3 %
|
|
Spanja
|
723 250
|
654 392
|
-68 858
|
-9,5 %
|
|
L-Iżvezja
|
53 527
|
45 417
|
-8 110
|
-15,2 %
|
|
Ir-Renju Unit
|
292 838
|
265 535
|
-27 303
|
-9,3 %
|
|
Totali
|
5 584 164
|
5 029 763
|
-554 401
|
-9,9 %
|
Tmintax-il Stat Membru wettqu inqas spezzjonijiet matul il-perjodu 2015-2016 meta mqabbel mal-perjodu 2013-2014. It-tnaqqis perċentwali varja minn 1 % fil-każ tal-Kroazja għal tnaqqis ta’ 68 % fil-każ tal-Greċja. Stati Membri oħra li rreġistraw tnaqqis sinifikanti kienu l-Italja (64 %), il-Belġju (46 %), il-Lussemburgu (45 %) u r-Repubblika Ċeka (35 %). Ir-raġunijiet għat-tnaqqis skont l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Istati Membri huma restrizzjonijiet finanzjarji u nuqqas ta’ riżorsi umani jew riorganizzazzjoni tal-kompetenzi. Barra minn hekk, bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fil-proċeduri amministrattivi interni affettwaw ukoll l-attivitajiet tal-infurzar.
Min-naħa l-oħra, għaxar Stati Membri rreġistraw żidiet fl-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa matul il-perjodu 2015-2016. Iż-żidiet perċentwali varjaw minn 1,2 % fil-każ tal-Ġermanja għal 122 % fil-każ tal-Irlanda, 141 % fil-każ tal-Portugall u 429 % fil-każ ta’ Ċipru. Madankollu, fir-rigward ta’ Ċipru, huwa rikonoxxut li kien qed jaħdem b’linja bażi baxxa fir-rigward tal-prospetti tiegħu għall-perjodu ta’ rapportar 2013-2014. Għalhekk, iż-żieda perċentwali hija relattiva. Fil-każ tal-Irlanda, iż-żieda hija minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Irlandiżi żiedu l-għadd ta’ spetturi li jwettqu spezzjonijiet tekniċi mal-ġenb tat-triq.
5.2. Oriġini tal-vetturi spezzjonati
It-Tabella 2 ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn l-oriġini tal-vetturi kkontrollati mill-Istati Membri. Kif issemma qabel, Ċipru biss ma ppreżenta l-ebda data b’rabta mal-kontrolli fuq vetturi rreġistrati barra l-pajjiż, jiġifieri rreġistrati jew fi Stat Membru ieħor jew barra mill-UE. Sebgħa u għoxrin Stat Membru rrappurtaw data dwar kontrolli mwettqa fuq vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor, u minn dawn tlettax-il Stat Membru wettqu wkoll kontrolli fuq vetturi rreġistrati barra mill-UE.
Xi punti ewlenin li jridu jiġu nnutati mid-data murija fit-Tabella 2 huma li 62 % tal-ispezzjonijiet imwettqa matul il-perjodu 2015-2016 saru fuq vetturi domestiċi, 33 % saru fuq vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor u 5 % saru fuq vetturi rreġistrati barra mill-UE.
Punti oħra ta’ min jinnutahom huma li fil-Lussemburgu, 15,8 % biss tal-ispezzjonijiet twettqu fuq vetturi domestiċi, u filwaqt li 51 % tal-vetturi spezzjonati mill-awtoritajiet Pollakki kienu rreġistrati fil-Polonja, dawn wettqu d-doppju tal-ispezzjonijiet fuq vetturi rreġistrati barra mill-UE milli wettqu fuq dawk minn Stati Membri oħra. Ir-raġunament wara din l-istatistika preżumibbilment għandu x’jaqsam mal-pożizzjonijiet ġeografiċi ta’ dawn l-Istati Membri.
Tabella 2: Oriġini tal-vetturi kkontrollati
|
Stat Membru (SM) ta’ Rapportar
|
Irreġistrati fl-iSM
|
Irreġistrati fi SM ieħor
|
Irreġistrati barra mill-UE
|
Total
|
Vetturi tal-iSM (%)
|
|
L-Awstrija
|
18 672
|
22 188
|
1 578
|
42 438
|
44,0 %
|
|
Il-Belġju
|
2 918
|
6 509
|
266
|
9 693
|
30,1 %
|
|
Il-Bulgarija
|
209 717
|
40 016
|
783
|
250 516
|
83,7 %
|
|
Il-Kroazja
|
24 511
|
4 729
|
9 964
|
39 204
|
62,5 %
|
|
Ċipru
|
6 214
|
0
|
0
|
6 214
|
100,0 %
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
53 949
|
32 370
|
2 070
|
88 389
|
61,0 %
|
|
Id-Danimarka
|
3 175
|
553
|
25
|
3 753
|
84,6 %
|
|
L-Estonja
|
2 581
|
92
|
95
|
2 768
|
93,2 %
|
|
Il-Finlandja
|
6 646
|
1 744
|
0
|
8 390
|
79,2 %
|
|
Franza
|
369 857
|
627 035
|
0
|
996 892
|
37,1 %
|
|
Il-Ġermanja
|
1 055 997
|
525 616
|
38 852
|
1 620 465
|
65,2 %
|
|
Il-Greċja
|
4 465
|
930
|
0
|
5 395
|
82,8 %
|
|
L-Ungerija
|
145 921
|
49 984
|
0
|
195 905
|
74,5 %
|
|
L-Irlanda
|
28 754
|
1 086
|
0
|
29 840
|
96,4 %
|
|
L-Italja
|
4 740
|
756
|
18
|
5 514
|
86,0 %
|
|
Il-Latvja
|
5 739
|
2 913
|
0
|
8 652
|
66,3 %
|
|
Il-Litwanja
|
56 237
|
14 349
|
0
|
70 586
|
79,7 %
|
|
Il-Lussemburgu
|
63
|
311
|
24
|
398
|
15,8 %
|
|
Malta
|
6 924
|
19
|
0
|
6 943
|
99,7 %
|
|
In-Netherlands
|
2 845
|
3 612
|
252
|
6 709
|
42,4 %
|
|
Il-Polonja
|
317 270
|
100 168
|
209 946
|
627 384
|
50,6 %
|
|
Il-Portugall
|
1 435
|
87
|
0
|
1 522
|
94,3 %
|
|
Ir-Rumanija
|
12 018
|
768
|
358
|
13 144
|
91,4 %
|
|
Is-Slovakkja
|
9 761
|
8 999
|
0
|
18 760
|
52,0 %
|
|
Is-Slovenja
|
4 048
|
897
|
0
|
4 945
|
81,9 %
|
|
Spanja
|
592 537
|
61 855
|
0
|
654 392
|
90,5 %
|
|
L-Iżvezja
|
38 336
|
6 986
|
0
|
45 322
|
84,6 %
|
|
Ir-Renju Unit
|
130 661
|
134 874
|
0
|
265 535
|
49,2 %
|
|
Totali
|
3 115 991
|
1 649 446
|
264 231
|
5 029 667
|
62,0 %
|
|
L-Iżvizzera
|
39 813
|
20 034
|
4 492
|
64 339
|
61,9 %
|
|
Totali
|
3 155 804
|
1 669 480
|
268 423
|
5 094 017
|
62 %
|
5.3.Volumi ta’ projbizzjonijiet
Meta mqabbel mal-2013-2014, fl-2015-2016 ġew ipprojbiti 60 112-il vettura aktar, jiġifieri żieda ta’ 17,5 %. It-Tabella 3 ta’ hawn taħt tipprovdi analiżi għal kull Stat Membru. Meta jitqies li fl-istess ħin l-għadd ta’ vetturi kkontrollati naqas b’9,6 % meta mqabbel mal-2013-2014, dan jista’ jindika approċċ aktar immirat waqt l-ispezzjonijiet mal-ġenb tat-triq fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jew f’xi każijiet l-użu ta’ sistema ta’ spezzjoni aktar stretta.
Tabella 3: Projbizzjonijiet – Tqabbil bejn l-2013-14 u l-2015-16
|
Stat Membru (SM) ta’ Rapportar
|
Vetturi Pprojbiti fil-Perjodu 2013-2014
|
Vetturi Pprojbiti fil-Perjodu 2015-2016
|
Differenza bejn il-Perjodi 2013-2014 u 2015-2016
|
% tad-Differenza bejn il-Perjodi 2013-2014 u 2015-2016
|
|
L-Awstrija
|
28 088
|
24 194
|
-3 894
|
-13,9 %
|
|
Il-Belġju
|
997
|
691
|
-306
|
-30,7 %
|
|
Il-Bulgarija
|
5 798
|
1 646
|
-4 152
|
-71,6 %
|
|
Il-Kroazja
|
1 643
|
2 548
|
905
|
55,1 %
|
|
Ċipru
|
1 719
|
1 232
|
-487
|
-28,3 %
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
514
|
375
|
-139
|
-27,0 %
|
|
Id-Danimarka
|
532
|
1 192
|
660
|
124,1 %
|
|
L-Estonja
|
1 513
|
2 636
|
1 123
|
74,2 %
|
|
Il-Finlandja
|
5 840
|
163
|
-5 677
|
-97,2 %
|
|
Franza
|
2 714
|
103 720
|
101 006
|
3721,7 %
|
|
Il-Ġermanja
|
34 269
|
26 768
|
-7 501
|
-21,9 %
|
|
Il-Greċja
|
252
|
71
|
-181
|
-71,8 %
|
|
L-Ungerija
|
5 651
|
8 388
|
2 737
|
48,4 %
|
|
L-Irlanda
|
779
|
1 909
|
1 130
|
145,1 %
|
|
L-Italja
|
6 090
|
2 923
|
-3 167
|
-52,0 %
|
|
Il-Latvja
|
45
|
61
|
16
|
35,6 %
|
|
Il-Litwanja
|
931
|
311
|
-620
|
-66,6 %
|
|
Il-Lussemburgu
|
31
|
12
|
-19
|
-61,3 %
|
|
Malta
|
1 937
|
3 674
|
1 737
|
89,7 %
|
|
In-Netherlands
|
111
|
172
|
61
|
55,0 %
|
|
Il-Polonja
|
32 969
|
38 374
|
5 405
|
16,4 %
|
|
Il-Portugall
|
11
|
776
|
765
|
6 954,5 %
|
|
Ir-Rumanija
|
357
|
3 035
|
2 678
|
850 %
|
|
Is-Slovakkja
|
6 123
|
5 955
|
-168
|
-2,7 %
|
|
Is-Slovenja
|
477
|
109
|
-368
|
-77,1 %
|
|
Spanja
|
83 280
|
57 239
|
-26 041
|
-31,3 %
|
|
L-Iżvezja
|
40 871
|
42 087
|
1 216
|
3,0 %
|
|
Ir-Renju Unit
|
80 283
|
72 886
|
-7 397
|
-9,2 %
|
|
Totali
|
343 825
|
403 937
|
60 112
|
17,5 %
|
Tnax-il Stat Membru rreġistraw żieda fl-għadd ta’ projbizzjonijiet matul il-perjodu ta’ rapportar 2015-16 meta mqabbel mal-perjodu 2013-2014. Iż-żidiet perċentwali varjaw minn 3 % fil-każ tal-Iżvezja għal madwar 6 955 % fil-każ tal-Portugall, għalkemm il-Portugall kien qed jaħdem b’linja bażi baxxa bi 11-il projbizzjoni biss għall-perjodu ta’ rapportar 2013-2014. Stati Membri oħra li rreġistraw żidiet notevoli kienu r-Rumanija (850 %), id-Danimarka (124 %) u Malta (90 %). Iż-żieda impressjonanti ta’ 3 722 % fi Franza hija minħabba għall-fatt li għall-perjodu 2013-2014 Franza ma pprovdietx data dwar it-trejlers (il-kategoriji O3 u O4) u li r-rapport tal-2013-2014 ma kienx ikopri l-firxa sħiħa ta’ awtoritajiet involuti fl-attivitajiet ta’ spezzjoni mal-ġenb tat-triq. Xi żidiet impressjonanti oħra jistgħu jiġu spjegati permezz tal-bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fil-ġbir tad-data u fil-metodoloġija tar-rapportar.
It-tqabbil ta’ dawn iż-żidiet mal-bidla korrispondenti fil-volumi ta’ spezzjonijiet għall-Istati Membri kkonċernati; bl-eċċezzjoni ta’ Franza (li rreġistrat tnaqqis ta’ 3,6 %), ir-Rumanija, Malta, id-Danimarka u l-Portugall irreġistraw żieda fil-volum ta’ spezzjonijiet ta’ 61,6 %, 73,1 %, 80,3 % u 141 % rispettivament.
Min-naħa l-oħra, sittax-il Stat Membru rreġistraw tnaqqis fl-għadd ta’ projbizzjonijiet irreġistrati, b’firxa li tvarja minn 2,7 % fil-każ tas-Slovakkja għal tnaqqis ta’ 97,2 % fil-każ tal-Finlandja, b’dan tal-aħħar ikkawżat minn żbalji fil-metodoloġija tar-rapportar matul l-2013-2014. Huwa interessanti li dan jikkorrispondi għal żieda ta’ 15,7 % fil-volumi ta’ spezzjonijiet fil-każ tas-Slovakkja u tnaqqis ta’ 24,8 % fil-każ tal-Finlandja. Għal darb’oħra, dan jindika bidla fil-politika ta’ spezzjoni, flimkien mal-fatt li forsi l-kundizzjoni tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi qiegħda titjib.
5.4.Oriġini tal-vetturi pprojbiti
It-Tabella 4 ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor id-data ppreżentata mill-Istati Membri u tindika li l-perċentwal ta’ vetturi domestiċi pprojbiti jvarja minn inqas minn 1 % fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Latvja u fil-Litwanja għal aktar minn 50 % fl-Awstrija, fl-Estonja, fl-Italja, f’Malta, fil-Portugall u fl-Iżvezja. L-Estonja għandha rata ta’ projbizzjoni ta’ aktar minn 90 % għall-vetturi domestiċi, u r-raġuni hija l-metodoloġija tal-ġbir tad-data, filwaqt li r-rata kumplessiva ta’ projbizzjoni għall-vetturi domestiċi fl-Istati Membri kollha hija 7,9 %. Ta’ min jinnota li fil-każ tal-Iżvezja, reviżjoni tad-data rrappurtata wriet żball fil-ġbir tad-data u fil-metodoloġija tar-rapportar li ppersista għal żmien itwal, inklużi l-perjodi 2013-2014 u 2015-2016.
Meta jitqiesu d-differenzi fir-rati ta’ projbizzjoni għall-vetturi domestiċi meta mqabbla ma’ dawk barranin, sitt Stati Membri ppreżentaw data li tissuġġerixxi li l-vetturi barranin jissodisfaw standards ogħla ta’ affidabbiltà stradali minħabba rati ogħla ta’ projbizzjoni tal-vetturi domestiċi. Dawn l-Istati Membri b’differenza fir-rata ta’ projbizzjoni ta’ aktar minn 10 % għall-vetturi barranin kienu s-Slovakkja, l-Italja, id-Danimarka, ir-Rumanija, Malta u l-Portugall.
Min-naħa l-oħra, kien hemm ukoll żewġ Stati Membri (ir-Renju Unit u l-Irlanda) fejn ir-rata ta’ projbizzjoni tal-vetturi barranin kienet aktar minn 10 % ogħla mir-rata ta’ projbizzjoni tal-vetturi domestiċi.
Ir-rata medja ta’ projbizzjoni għall-vetturi tal-UE (minbarra dawk domestiċi) fit-28 Stat Membru hija 9,0 %, u għal darb’oħra din tirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbel maċ-ċifra ta’ 10,4 % ikkwotata għall-perjodu ta’ rapportar 2013-2014.
Barra minn hekk, peress li Ċipru ma pprovdiex data fir-rigward tal-ispezzjonijiet imwettqa fuq vetturi barranin, dawn ma setgħux jiġu inklużi fl-analiżi. Sitwazzjoni simili rriżultat ukoll fir-rigward tal-perjodu ta’ rapportar 2013-2014, preżumibbilment minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom.
Tabella 4: Analiżi tal-Projbizzjonijiet – Domestiċi vs. tal-UE
|
|
Vetturi rreġistrati fl-Istat Membru ta’ Rapportar
|
Vetturi rreġistrati fl-UE
(Minbarra l-Istat Membru ta’ Rapportar)
|
|
Stat Membru ta’ Rapportar
|
Għadd ta’ vetturi kkontrollati
|
Għadd ta’ projbizzjonijiet
|
Proporzjon ta’ projbizzjonijiet (%)
|
Għadd ta’ vetturi kkontrollati
|
Għadd ta’ projbizzjonijiet
|
Proporzjon ta’ projbizzjonijiet (%)
|
|
L-Awstrija
|
18 672
|
10 315
|
55,2 %
|
22 188
|
12 882
|
58,1 %
|
|
Il-Belġju
|
2 918
|
269
|
9,2 %
|
6 509
|
404
|
6,2 %
|
|
Il-Bulgarija
|
209 717
|
1 144
|
0,5 %
|
40 016
|
500
|
1,2 %
|
|
Il-Kroazja
|
24 511
|
1 655
|
6,8 %
|
4 729
|
301
|
6,4 %
|
|
Ċipru
|
6 214
|
1 232
|
19,8 %
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
53 949
|
285
|
0,5 %
|
32 370
|
85
|
0,3 %
|
|
Id-Danimarka
|
3 175
|
1 091
|
34,4 %
|
553
|
95
|
17,2 %
|
|
L-Estonja
|
2 581
|
2 465
|
95,5 %
|
92
|
79
|
85,9 %
|
|
Il-Finlandja*
|
6 646
|
130
|
2,0 %
|
1 744
|
33
|
1,9 %
|
|
Franza
|
369 857
|
44 383
|
12,0 %
|
627 035
|
59 337
|
9,5 %
|
|
Il-Ġermanja
|
1 055 997
|
11 278
|
1,1 %
|
525 616
|
14 497
|
2,8 %
|
|
Il-Greċja
|
4 465
|
55
|
1,2 %
|
930
|
16
|
1,7 %
|
|
L-Ungerija
|
145 921
|
6 884
|
4,7 %
|
49 984
|
1 504
|
3,0 %
|
|
L-Irlanda
|
28 754
|
1 716
|
6,0 %
|
1 086
|
193
|
17,8 %
|
|
L-Italja
|
4 740
|
2 616
|
55,2 %
|
756
|
297
|
39,3 %
|
|
Il-Latvja
|
5 739
|
32
|
0,6 %
|
2 913
|
29
|
1,0 %
|
|
Il-Litwanja
|
56 237
|
211
|
0,4 %
|
14 349
|
100
|
0,7 %
|
|
Il-Lussemburgu
|
63
|
3
|
4,8 %
|
311
|
9
|
2,9 %
|
|
Malta
|
6 924
|
3 673
|
53,0 %
|
19
|
1
|
5,3 %
|
|
In-Netherlands
|
2 845
|
41
|
1,4 %
|
3.612
|
127
|
3,5 %
|
|
Il-Polonja
|
317 270
|
30 026
|
9,5 %
|
100 168
|
2 728
|
2,7 %
|
|
Il-Portugall
|
1 435
|
776
|
54,1 %
|
87
|
0
|
0,0 %
|
|
Ir-Rumanija
|
12 018
|
3 741
|
31,1 %
|
768
|
31
|
4,0 %
|
|
Is-Slovakkja
|
9 761
|
3 667
|
37,6 %
|
8 999
|
2 288
|
25,4 %
|
|
Is-Slovenja
|
4 048
|
53
|
1,3 %
|
897
|
56
|
6,2 %
|
|
Spanja
|
592 537
|
54 802
|
9,2 %
|
61 855
|
2 437
|
3,9 %
|
|
L-Iżvezja*
|
38 336
|
1 671
|
4,36 %
|
6 986
|
5 962
|
85,3 %
|
|
Ir-Renju Unit
|
130 661
|
28 735
|
22,0 %
|
134 874
|
44 151
|
32,7 %
|
|
Totali
|
3 116 086
|
247 403
|
7,9 %
|
1 649 446
|
148 142
|
9,0 %
|
|
L-Iżvizzera
|
39 813
|
1 825
|
4,6 %
|
20 034
|
1 733
|
8,7 %
|
|
Totali
|
3 155 899
|
249 228
|
7,9 %
|
1 669 480
|
149 875
|
9 %
|
Kif issemma qabel, tlettax-il Stat Membru ppreżentaw ukoll data b’rabta mal-ispezzjonijiet imwettqa fuq vetturi rreġistrati f’pajjiżi barra mill-UE. Aktar dettalji huma inklużi fit-Tabella 5 ta’ hawn taħt. Ġew ikkontrollati 264 231 vettura mhux tal-UE u dan wassal għall-ħruġ ta’ 8 392 projbizzjoni, jiġifieri proporzjon ta’ projbizzjonijiet ta’ 3,2 %, li jitqabbel ma’ rata ta’ 7,9 % għall-vetturi domestiċi u ta’ 9,0 % għall-vetturi tal-UE (minbarra dawk domestiċi). Bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Italja u tar-Rumanija, ir-rati ta’ projbizzjoni għall-vetturi li mhumiex irreġistrati fl-UE ġeneralment jirriflettu dawk għall-vetturi rreġistrati fl-UE. Dawn l-Istati Membri rrappurtaw tnaqqis fir-rata ta’ projbizzjoni ta’ 5,1 %, 6,8 %, 11 %, 16,4 % u 10,8 % rispettivament favur vetturi rreġistrati fl-UE.
Tabella 5: Analiżi tal-Projbizzjonijiet – Vetturi mhux tal-UE
|
|
Projbizzjonijiet (Vetturi Rreġistrati Barra mill-UE)
|
|
Stat Membru ta’ Rapportar
|
Għadd ta’ Vetturi Mhux tal-UE Kkontrollati
|
Għadd ta’ Vetturi Mhux tal-UE Pprojbiti
|
Proporzjon ta’ Projbizzjonijiet ta’ Vetturi Mhux tal-UE (%)
|
|
L-Awstrija
|
1 578
|
997
|
63,2 %
|
|
Il-Belġju
|
266
|
18
|
6,8 %
|
|
Il-Bulgarija
|
783
|
2
|
0,3 %
|
|
Il-Kroazja
|
9 964
|
592
|
5,9 %
|
|
Ċipru
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
2 070
|
5
|
0,2 %
|
|
Id-Danimarka
|
25
|
6
|
24,0 %
|
|
L-Estonja
|
95
|
92
|
96,8 %
|
|
Finlandja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Franza
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Il-Ġermanja
|
38 852
|
993
|
2,6 %
|
|
Il-Greċja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
L-Ungerija
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
L-Irlanda
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
L-Italja
|
18
|
10
|
55,6 %
|
|
Il-Latvja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Il-Litwanja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Il-Lussemburgu
|
24
|
0
|
0,0 %
|
|
Malta
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
In-Netherlands
|
252
|
4
|
1,6 %
|
|
Il-Polonja
|
209 946
|
5 620
|
2,7 %
|
|
Il-Portugall
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Ir-Rumanija
|
358
|
53
|
14,8 %
|
|
Is-Slovakkja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Is-Slovenja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Spanja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
L-Iżvezja
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Ir-Renju Unit
|
0
|
0
|
Mhux disponibbli
|
|
Totali
|
264 231
|
8 392
|
3,2 %
|
|
L-Iżvizzera
|
44 305
|
2 095
|
4,7 %
|
|
Totali
|
308 536
|
10 488
|
3,4 %
|
5.5.Vetturi pprojbiti skont il-kategorija tal-vettura u għal kull Stat Membru ta’ reġistrazzjoni
L-Anness 1 jagħti ħarsa ġenerali lejn ir-rati ta’ projbizzjoni tal-vetturi għal kull Stat Membru ta’ reġistrazzjoni. Ir-rata medja ta’ projbizzjoni fl-Istati Membri kollha kienet ta’ 8,3 % u l-kategorija N3 (Vetturi Tqal tal-Merkanzija) kienet it-tip ta’ vettura pprojbita l-aktar ta’ spiss, jiġifieri rata ta’ projbizzjoni ta’ 9,6 %.
Il-vetturi fil-kategorija “Oħrajn” ta’ vetturi mhux speċifikati kellhom rata ta’ projbizzjoni ta’ 19,3 %. Madankollu, din il-kategorija x’aktarx tinkludi ħafna tipi ta’ vetturi, jiġifieri vetturi agrikoli (il-kategorija T), trejlers ħfief (il-kategoriji O1 u O2) u vannijiet ħfief (il-kategorija N1) u l-ispezzjoni tagħhom hija bbażata fuq miżuri leġiżlattivi nazzjonali.
Madankollu, mill-20 ta’ Mejju 2018, bid-Direttiva 2014/47/UE l-ispezzjoni tat-tratturi veloċi (li jistgħu jaqbżu l-40 km/h) saret obbligatorja fejn qegħdin jintużaw prinċipalment f’toroq pubbliċi għal finijiet ta’ trasport tal-merkanzija kummerċjali.
Id-differenzi fir-rati ta’ projbizzjoni jistgħu jiġu spjegati bl-applikazzjoni ta’ metodi differenti ta’ għażla, ta’ spezzjoni u ta’ ġbir ta’ data u l-kategorizzazzjoni tan-nuqqasijiet fost l-Istati Membri.
L-Anness 2 juri d-dettalji għal kull kategorija ta’ vettura għal kull Stat Membru tal-ispezzjoni.
5.6.Tipi ta’ nuqqasijiet irrappurtati mill-Istati Membri
L-Anness 3 juri r-rati ta’ nuqqasijiet li nstabu fuq il-vetturi fid-disa’ oqsma ta’ spezzjoni matul spezzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri matul il-perjodu ta’ rapportar 2015-2016.
Matul dan il-perjodu ta’ rapportar, in-nuqqasijiet li ġew identifikati bl-aktar mod frekwenti matul l-ispezzjonijiet jikkonċernaw il-kundizzjoni tal-affidabbiltà stradali:
-
it-tagħmir tat-tidwil u s-sistemi tal-elettriku (23,0 %; 20,9 % fil-perjodu ta’ qabel);
-
il-fusijiet , ir-roti, it-tajers, is-sospensjoni (21,8 %;– 20,6 % fil-perjodu ta’ qabel);
-
tagħmir ieħor, inklużi t-takografu u l-apparat ta’ limitazzjoni tal-ispid (15,5 %; – 17,4 % fil-perjodu ta’ qabel), u
-
it-tagħmir tal-ibbrejkjar (13,9 %;– 18,8 % fil-perjodu ta’ qabel).
Fid-disa’ oqsma ta’ spezzjoni, l-Istati Membri rrappurtaw differenzi konsiderevoli fil-frekwenza ta’ sejbien ta’ nuqqasijiet. Pereżempju, fi Spanja n-nuqqasijiet fil-qasam ta’ spezzjoni “tagħmir ieħor, inkluż it-takografu u l-apparat ta’ limitazzjoni tal-ispid” kienu jikkostitwixxu 86 % tan-nuqqasijiet totali rrappurtati matul il-perjodu ta’ rapportar, filwaqt li n-nuqqasijiet f’dan il-qasam kienu jikkostitwixxu biss 0,6 % tat-total misjub fir-Renju Unit. Għal darb’oħra, ir-raġuni x’aktarx li hija minħabba l-applikazzjoni ta’ metodi differenti tal-ittestjar mill-Istati Membri; forsi flimkien ma’ politika nazzjonali biex tingħata aktar importanza lil qasam ta’ spezzjoni partikolari matul l-ispezzjoni. Madankollu, irid jiġi rikonoxxut li mill-20 ta’ Mejju 2018, id-Direttiva 2014/47/UE introduċiet armonizzazzjoni akbar fil-metodi tal-ittestjar, fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet u fl-użu tat-tagħmir tat-testijiet.
Meta ċ-ċifri jitqabblu ma’ dawk tal-perjodu ta’ qabel, l-aktar tnaqqis sinifikanti għandu x’jaqsam mal-qasam tat-test tat-“tagħmir tal-ibbrejkjar”, jiġifieri n-nuqqasijiet relatati mal-ibbrejkjar ammontaw għal 13,9 % tat-total irreġistrat fl-Istati Membri kollha, jiġifieri tnaqqis mill-20,7 % għall-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel. Madankollu, in-nuqqasijiet li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tat-“tagħmir tat-tidwil u s-sistema tal-elettriku” għadhom l-aktar komuni, u kellhom żieda ta’ 23 % (minn 20,4 % għall-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel). F’termini tal-oqsma ta’ spezzjoni l-oħra, il-bidliet meta mqabbla mal-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel mhumiex daqshekk konsiderevoli biex jikkawżaw xi tħassib serju; jew li jindikaw l-implimentazzjoni ta’ bidliet sinifikanti fil-politika mill-Istati Membri.
F’ħamsa mid-disa’ oqsma ta’ spezzjoni, jiġifieri “l-identifikazzjoni”, “it-tagħmir tal-ibbrejkjar”, “l-istering”, “il-viżibbiltà” u “fastidji, inklużi l-emissjonijiet u t-tixrid tal-fjuwil u/jew taż-żejt”, ir-rati qegħdin jonqsu. Fil-fatt, dawk l-oqsma li kellhom żidiet żgħar matul il-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel, jiġifieri “it-tagħmir tat-tidwil u s-sistema tal-elettriku”, “il-fusijiet, ir-roti, it-tajers u s-sospensjoni”, “ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi”, u “tagħmir ieħor, inkluż it-takografu u l-apparat ta’ limitazzjoni tal-ispid”, kollha żdiedu b’inqas minn 5 %.
Barra minn hekk, fi spezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, tal-Latvja u tal-Lussemburgu, li jinkludu 33,6 %, 33,5 % u 29,6 % tan-nuqqasijiet totali rispettivament, jidher li nstabu aktar nuqqasijiet relatati mat-“tagħmir tal-ibbrejkjar”. Min-naħa l-oħra, il-Greċja ma rrappurtat l-ebda nuqqas f’dan il-qasam ta’ spezzjoni.
Għal nuqqasijiet relatati ma’ “emissjonijiet u tixrid” li, minbarra li huma ta’ periklu għas-sikurezza fit-toroq, għandhom ukoll impatt fuq l-ambjent; wara żieda ta’ 0,9 % (minn 3,2 % għal 4,1 %) fil-perjodu ta’ qabel, kien hemm tnaqqis ta’ 0,4 % (minn 4,1 % għal 3,3 %), jiġifieri n-nuqqasijiet relatati mal-emissjonijiet kienu jammontaw għal 3,3 % tat-total irreġistrat matul dak il-perjodu.
Fl-aħħar nett, kif spjegat fit-Tabella 2, tlettax-il Stat Membru wettqu spezzjonijiet fuq vetturi rreġistrati barra mill-UE. Madankollu, minħabba li l-għadd totali ta’ dawn l-ispezzjonijiet jammonta għal madwar 5 % biss tal-għadd totali tal-ispezzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta’ rapportar, mhux possibbli li wieħed jasal għal xi konklużjoni soda dwar il-kundizzjoni tal-affidabbiltà stradali tagħhom.
Minkejja kollox, għall-kompletezza, l-Anness 4 ta’ dan ir-rapport jinkludi dettalji ulterjuri u jagħti ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ vetturi kkontrollati mill-Istati Membri għal kull pajjiż ta’ reġistrazzjoni, u l-proporzjon ta’ projbizzjonijiet.
6.TIPI TA’ PENALI
Id-Direttiva 2000/30/KE ma tistabbilixxix sistema ta’ penali għal kwalunkwe ksur misjub. Minflok, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu penali, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż fejn tkun ġiet irreġistrata jew fejn tkun bdiet topera l-vettura.
Kif issemma qabel, jekk ikun ovvju li l-vettura kummerċjali tkun ta’ riskju serju għall-okkupanti tagħha jew għal utenti oħra tat-triq, l-awtorità jew l-ispettur li jwettaq l-ispezzjoni teknika għandhom l-awtorizzazzjoni, skont id-Direttiva 2000/30/KE, li jipprojbixxu l-użu tagħha sakemm kwalunkwe nuqqas perikoluż identifikat jiġi rettifikat.
Barra minn hekk, nuqqasijiet serji li jinstabu f’vettura kummerċjali li tappartjeni lil persuna mhux residenti, b’mod partikolari dawk li jwasslu biex l-użu tagħha jiġi pprojbit, iridu jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ġiet irreġistrata.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu sabu n-nuqqas perikoluż jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun irreġistrata biex jieħdu l-miżuri xierqa, bħal li jitolbu li ssir spezzjoni oħra tal-affidabbiltà stradali. Madankollu, jitħalla f’idejn l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni li jwettaq kwalunkwe azzjoni li jqis li tkun xierqa, u fir-rigward tagħha ma jkun meħtieġ l-ebda rapportar.
Fil-prattika, l-impatt finanzjarju fuq operatur assoċjat mal-projbizzjoni ta’ vettura b’nuqqasijiet perikolużi mhuwiex biss il-multa potenzjali imposta mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni. Jista’ jkun hemm spejjeż ulterjuri bħall-ispejjeż għall-irmunkar tal-vettura lejn faċilità ta’ spezzjoni għal spezzjoni “aktar dettaljata”, flimkien mal-ispiża tat-test innifsu u l-ispejjeż ta’ kwalunkwe tiswija meħtieġa biex jiġu rettifikati n-nuqqasijiet. Barra minn hekk, hemm ukoll l-ispiża indiretta għall-operatur minħabba li potenzjalment ma jirnexxilux jikkonforma mal-iskeda.
Fl-aħħar nett, skont id-Direttiva 2014/47/UE, mill-20 ta’ Mejju 2019 l-informazzjoni dwar in-numru u s-severità tan-nuqqasijiet trid tiżdied mas-sistema tal-klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita skont id-Direttiva 2006/22/KE. Vetturi ta’ impriżi bi profil ta’ riskju għoli jistgħu jintgħażlu għal spezzjonijiet mal-ġenb tat-triq b’mod aktar frekwenti.
7.KONKLUŻJONIJIET FIL-QOSOR
Kif ġie nnutat fil-Kapitolu 3 ta’ dan ir-rapport, minħabba d-differenzi żvelati fil-metodu ta’ spezzjoni, fil-ġbir tad-data u fir-rapportar, jenħtieġ li ma ssir l-ebda konklużjoni estensiva bbażata fuq dan ir-rapport u r-riżultati jenħtieġ li jiġu ttrattati b’attenzjoni. Meta wieħed iqis dan kollu, is-sejbiet ewlenin mid-data miġbura għall-perjodu ta’ rapportar 2015-2016 huma dawn li ġejjin:
7.1Spezzjonijiet
Meta mqabbel mal-perjodu ta’ qabel, fejn diġà kien hemm tnaqqis ta’ 31,5 %, l-għadd ta’ vetturi kkontrollati kompla jonqos. Fl-2015-2016, ġew spezzjonati 534 473 vettura inqas, jiġifieri tnaqqis ta’ 9.6 %. Skont l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, dan huwa r-riżultat ikkombinat ta’ tnaqqis fir-riżorsi, riorganizzazzjoni, bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fl-applikazzjoni tar-regoli u f’xi każijiet l-introduzzjoni ta’ approċċ aktar immirat matul l-ispezzjonijiet.
Fi kwalunkwe każ, tmintax-il Stat Membru wettqu inqas spezzjonijiet bi tnaqqis perċentwali li jvarja minn 1 % fil-każ tal-Kroazja għal tnaqqis ta’ 68 % fil-każ tal-Greċja. Min-naħa l-oħra, għaxar Stati Membri rreġistraw żidiet fl-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa b’żidiet perċentwali li jvarjaw minn 1,2 % fil-każ tad-Danimarka għal 429 % fil-każ ta’ Ċipru.
62 % tal-ispezzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta’ rapportar kienu fuq vetturi domestiċi, 33 % kienu fuq vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor u 5 % kienu fuq vetturi rreġistrati barra mill-UE.
Barra minn hekk, il-perċentwal ta’ vetturi domestiċi spezzjonati mit-total ta’ dawk spezzjonati minn kull Stat Membru jibqa’ jvarja sostanzjalment u dan jissuġġerixxi li jistgħu jkunu meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat approċċ aktar ibbilanċjat. Pereżempju, fil-Lussemburgu, fil-Belġju u fi Franza, l-ispezzjonijiet fuq il-vetturi domestiċi ammontaw għal inqas minn 40 % tat-total; filwaqt li s-sitwazzjoni fi Stati Membri oħra ta’ “tranżitu” hija aktar ibbilanċjata.
7.2Projbizzjonijiet
Meta mqabbel mal-perjodu ta’ qabel, ġew ipprojbiti 60 112-il vettura aktar, jiġifieri żieda ta’ 17,5 %. Dan jindika l-bidu ta’ xejra pożittiva potenzjali u jindika li ngħata bidu għall-implimentazzjoni ta’ approċċ aktar immirat.
Tlettax-il Stat Membru rreġistraw żieda fl-għadd ta’ projbizzjonijiet maħruġa b’żidiet li jvarjaw minn 3 % fil-każ tal-Iżvezja għal madwar 7 000 % fil-każ tal-Portugall. Min-naħa l-oħra, ħmistax-il Stat Membru rreġistraw tnaqqis fl-għadd ta’ projbizzjonijiet maħruġa li jvarja minn 2,7 % fil-każ tas-Slovakkja għal tnaqqis ta’ 71,8 % fil-każ tal-Greċja jew 71,6 % fil-każ tal-Bulgarija.
F’termini tal-oriġini tal-vetturi pprojbiti, ir-rata kumplessiva ta’ projbizzjonijiet għall-vetturi domestiċi kienet 7,9 %, filwaqt li għall-vetturi ta’ Stati Membri oħrajn tal-UE kienet 9,0 % u għall-vetturi rreġistrati barra mill-UE kienet 3,2 %. Dan jindika li ġeneralment l-istandards qegħdin jiġu applikati b’mod universali għall-vetturi tal-UE, irrispettivament mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura. Ir-raġuni għaliex ir-rata ta’ projbizzjoni għall-vetturi mhux tal-UE hija aktar baxxa tista’ tkun minħabba l-fatt li l-operaturi qegħdin jagħżlu li jibagħtu l-vetturi l-aktar ġodda u miżmuma aħjar fuq dawk it-traġitti li jinvolvu vvjaġġar fl-UE.
Fl-aħħar nett, ir-rata medja ta’ projbizzjoni għall-vetturi rreġistrati fl-UE madwar l-Istati Membri kollha kienet 8,3 %. Il-vetturi tal-kategorija N3 (Vetturi Tqal tal-Merkanzija) kienu pprojbiti l-aktar ta’ spiss, jiġifieri rata ta’ projbizzjoni ta’ 9,6 %. Il-vetturi rreġistrati f’Malta kienu pprojbiti aktar ta’ spiss b’rata ta’ projbizzjoni ta’ 43,9 %. Min-naħa l-oħra, il-vetturi Ġermaniżi u Bulgari kienu pprojbiti l-inqas ta’ spiss b’rati ta’ projbizzjoni ta’ 1,5 % u 3,7 % rispettivament. Ir-raġunijiet għaliex hemm dawn id-differenzi fir-rati ta’ projbizzjoni jistgħu jkunu minħabba l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ spezzjoni u l-kategorizzazzjoni tan-nuqqasijiet differenti fost l-Istati Membri.
7.3Nuqqasijiet
Iż-żewġ tipi l-aktar frekwenti ta’ nuqqasijiet misjuba matul il-perjodu ta’ rapportar kienu relatati mat-“tagħmir tat-tidwil u s-sistemi tal-elettriku” u l-oqsma ta’ spezzjoni tal-“fusijiet, ir-roti, it-tajers u s-sospensjoni”. Dawn kienu jammontaw għal 23 % u 21,8 % rispettivament tan-nuqqasijiet totali rreġistrati. In-nuqqasijiet relatati mal-“ibbrejkjar” kienu jammontaw għal 13,9 % tat-total irreġistrat fl-Istati Membri kollha, jiġifieri tnaqqis mill-20,7 % għall-perjodu ta’ rapportar ta’ qabel.
Madankollu, għad hemm differenzi sinifikanti fir-rati ta’ projbizzjoni għal kull qasam tat-test fost l-Istati Membri. Pereżempju, in-nuqqasijiet misjuba fi Spanja fil-qasam ta’ spezzjoni “tagħmir ieħor, inkluż it-takografu u l-apparat ta’ limitazzjoni tal-ispid” kienu jikkostitwixxu 86 % tan-nuqqasijiet totali rreġistrati matul il-perjodu ta’ rapportar, filwaqt li n-nuqqasijiet f’dan il-qasam kienu jirrappreżentaw 0,6 % biss tat-total misjub fir-Renju Unit. Għal darb’oħra, ir-raġuni x’aktarx hija minħabba l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ spezzjoni differenti mill-Istati Membri u l-enfasi tal-awtoritajiet fuq ċerti nuqqasijiet. Mill-20 ta’ Mejju 2018, dawn id-differenzi jaf jonqsu meta jitqies li d-Direttiva 2014/47/UE introduċiet aktar armonizzazzjoni fil-metodi tat-testijiet, fil-valutazzjoni tan-nuqqasijiet, fl-użu tat-tagħmir tat-testijiet u fir-rekwiżiti tar-rapportar.