|
2.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Frar 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40528 — Meliá (Holiday Pricing)
Relatur: Franza
(2020/C 182/05)
1.
Il-membri (7 Stati Membri) tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-kuntratti vertikali ta’ Melia ma’ operaturi turistiċi kif deskritti fl-abbozz tad-deċiżjoni jillimitaw il-bejgħ attiv u passiv għall-akkomodazzjoni f’lukanda u jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni fl-għan tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.
2.
Il-membri (7 Stati Membri) tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.
3.
Il-membri (7 Stati Membri) tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) TFUE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.
4.
Il-membri (7 Stati Membri) tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.
5.
Il-membri (7 Stati Membri) tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha bbażata fuq il-punt 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ stabbiliment ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.
6.
Il-membri (7 Stati Membri) tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.