|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 445/213 |
P9_TA(2020)0338
Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (09644/1/2020 – C9-0376/2020 – 2016/0365(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 445/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09644/1/2020 – C9-0376/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0856), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0242/2020), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0301.