20.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/185


P9_TA(2020)0333

Eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti (COM(2020)0496 – C9-0284/2020 – 2020/0253(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 425/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0496),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0284/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2020 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0217/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0253

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Novembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2020/2131.)