|
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/112 |
P9_TA(2020)0244
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn (COM(2020)0309 – C9-0202/2020 – 2020/0140(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 395/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0309), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2), l-Artikolu 79(2) u (4), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0202/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-22 ta' Settembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0171/2020), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0140
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Ottubru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/1543.)