|
11.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 323/18 |
P9_TA(2020)0055
It-tikkettar tat-tajers: effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (14649/2/2019 – C9-0078/2020 – 2018/0148(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 323/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14649/2/2019– C9-0078/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0296), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0094/2020), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, 26.3.2019, P8_TA(2019)0230.