|
11.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima)”
(COM(2020) 563 final — 2020/0036 (COD))
(2021/C 10/15)
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 6.10.2020 Kunsill, 5.10.2020 |
|
Bażi legali |
Artikoli 192(1) u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Opinjoni adottata fil-plenarja |
29.10.2020 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
555 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
209/0/9 |
Fis-17 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999.
Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-Opinjoni tiegħu dwar “Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima” (1), adottata fil-15 ta’ Lulju 2020, iddeċieda, matul il-555 sessjoni plenarja tiegħu tas-27, it-28 u d-29 ta’ Ottubru 2020 (seduta tad-29 ta’ Ottubru 2020), b’209 vot favur u 9 astensjonijiet, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.
Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.
Christa SCHWENG
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew