6.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 375/15


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fit-tieni laqgħa fil-15 ta’ Lulju 2019 li jikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-kawża AT.39711 — Qualcomm (predazzjoni)

Relatur: Spanja

(2019/C 375/05)

(1)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jeħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

(2)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-valur reali tal-bejgħ ta’ Qualcomm matul il-perjodu kollu tal-ksur, abbażi ta’ stima tal-bejgħ indirett ta’ Qualcomm lil partijiet terzi fiż-ŻEE, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għall-fini tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa.

(3)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont varjabbli tal-multa stabbilita f’dan il-każ.

(4)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li f’dan il-każ jenħtieġ li jiġi applikat ammont addizzjonali (“tariffa tad-dħul”)

(5)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

(6)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa stabbilita.

(7)   

Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.