2.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/3


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1663, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2019/C 331/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni msemmija fl-Artikolu 17(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1) , kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1663 (2), u ddeżinjati fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina d-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (4) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (5) għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiġu pprovduti b’evidenza addizzjonali li fuqha bbaża ruħu l-Kunsill. Huma jistgħu jippreżentaw ukoll talba lill-Kunsill qabel il-15 ta’ Jannar 2020, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 252, 2.10.2019, p. 36.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(5)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.