|
23.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/4 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
(2019/C 318/07)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Godefroid BIZIMANA (nru. 1), li jidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b’dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. Din il-persuna hija b’dan infurmata li tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel it-28 ta’ Settembru 2019, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Email: sanctions@consilium.europa.eu |