21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/15


Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit b’rabta mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/08)

Avviż tar-Renju Unit ta’ Ċiklu Straordinarju ta’ offerta ta’ Ħruġ ta’ Liċenzji Offshore

OIL AND GAS AUTHORITY (OGA)

The Petroleum Act 1998

Ċiklu Straordinarju ta’ Offerta ta’ Ħruġ ta’ Liċenzji Offshore

1.

L-awtorità taż-żejt u l-gass (Oil and Gas Authority/OGA) tistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal-Liċenzji għall-Produzzjoni ta’ Idrokarburi f’żoni speċifiċi tal-Blata Kontinentali tar-Renju Unit.

2.

Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi l-listi u l-mapep taż-żoni inklużi fl-offerta flimkien ma’ gwida dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fis-sit web tal-OGA (ara hawn taħt).

3.

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati, skont il-każ, abbażi tat-termini tar-Regolamenti applikabbli: il-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations tal-1995 (S.I. 1995 No. 1434), il-Petroleum Licensing (Applications) Regulations tal-2015 (SI 2015 No. 766) u l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015 (SI 2015 No. 385). Fl-1 ta’ Ottubru 2016, il-funzjonijiet tas-Segretarju tal-Istat f’dan ir-rigward ġew ittrasferiti lill-OGA bis-saħħa tal-Energy (Transfer of Functions, Consequential Amendments and Revocation) Regulations tal-2016 (http://www.legislation.gov.uk/uksi/2016/912/pdfs/uksi_2016), li jipprevedu li kulma jsir (jew li għandu effett daqslikieku sar) mis-Segretarju tal-Istat jew b’rabta miegħu fir-rigward ta’ dawn il-funzjonijiet trasferiti, issa għandu effett, sakemm ikun meħtieġ biex jitkompla l-effett ta’ dan wara l-1 ta’ Ottubru 2016, daqslikieku sar mill-OGA jew b’rabta magħha. Id-determinazzjonijiet se jsiru fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix komprensiv, effiċjenti u sikur sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspetti ambjentali.

Qafas “Innovattiv”

4.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji se jitqiesu fid-dawl tal-approċċ innovattiv adottat għall-Programmi ta’ Ħidma tal-Perjodu Inizjali (“Programmi ta’ Ħidma”) għal-liċenzji. Dawn il-Programmi ta’ Ħidma se jinkorporaw il-kombinament flessibbli ta’ mhux aktar minn tliet Fażijiet (A, B u C) fil-Perjodu Inizjali. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-Programmi ta’ Ħidma għall-blokka(blokok) li għalihom qed issir l-applikazzjoni jkunu xierqa għall-isfidi ġeotekniċi u ta’ tipi oħra li jridu jiġu indirizzati f’żona partikolari, filwaqt li jiġu ottimizzati l-fatturi elenkati fil-Paragrafu 3. Il-flessibbiltà li qed tingħata mill-kombinament ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet tippermetti wkoll li l-applikanti jfasslu Programm ta’ Ħidma xieraq għall-pjanijiet u għar-rekwiżiti partikolari tagħhom.

5.

Il-Fażi A tal-Programm ta’ Ħidma tinkludi perjodu li fih se jitwettqu Studji Ġeotekniċi u Riproċessar Ġeofiżiku tad-Data; Il-Fażi B tal-Programm ta’ Ħidma se tkun perjodu fejn se tinġabar data Siżmika Ġdida; Il-Fażi C tal-Programm ta’ Ħidma se tkun għat-tħaffir esploratorju u/jew ta’ evalwazzjoni. L-applikanti jistgħu jiddeċiedu l-kombinament tal-Fażijiet, jekk isirux it-tliet Fażijiet kollha, direttament il-Fażi B segwita mill-Fażi C, direttament il-Fażi C, inkella l-Fażi A direttament għall-Fażi C.

6.

Il-Fażi A u l-Fażi B mhumiex obbligatorji u jistgħu ma jkunux xierqa f’ċirkostanzi partikolari, iżda kull applikazzjoni trid tipproponi Fażi C, ħlief meta l-applikant jaħseb li ma tkun meħtieġa l-ebda esplorazzjoni u jipproponi li jmur direttament għall-iżvilupp (jiġifieri “direttament għat-Tieni Perjodu”). F’dan il-każ, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet isiru skont il-gwida disponibbli fuq is-sit web tal-OGA.

7.

Il-liċenzji mogħtija f’dan iċ-ċiklu jista’ jkollhom Perjodu Inizjali ta’ mhux aktar minn disa’ snin. It-tul ta’ żmien tal-liċenzja u l-fażijiet se jeħtieġu ġustifikazzjoni fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma propost, u se jkunu s-suġġett ta’ diskussjoni fil-waqt tal-applikazzjoni.

8.

L-applikazzjonijiet li l-fażi tal-bidu tagħhom hija l-Fażi A jew B se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant;

(b)

Il-kapaċità teknika tal-applikant li se tiġi vvalutata parzjalment skont kif muri mill-kwalità tal-analiżi relatata mal-blokka;

(c)

Il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li se jkunu permessi skont il-liċenzja, inkluża l-kwalità tal-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li għaliha qed issir l-applikazzjoni;

(d)

Il-kapaċità tas-sikurezza u dik ambjentali. Skont l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015, id-detenturi prospettivi kollha tal-liċenzji offshore, jiġifieri inkluż is-sħab kollha fi grupp ta’ applikanti, iridu jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom tas-sikurezza u dik ambjentali bħala sostenn għall-applikazzjoni għal-liċenzja. Gwida ulterjuri fir-rigward tar-rekwiżiti kollha tas-sikurezza u dawk ambjentali tinsab fuq http://www.hse.gov.uk/osdr/assets/docs/appendix-c.pdf; kif ukoll

(e)

Meta l-applikant ikollu jew kellu liċenzja mogħtija skont l-Att tal-Petroleum tal-1998, jew ittrattata daqslikieku ngħatat skontu, kull nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

9.

Il-liċenzji b’Fażi B għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żmien biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa l-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. Għal-liċenzji b’Fażi A iżda bl-ebda Fażi B, il-liċenzja se tispeċifika wkoll perjodu biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa lill-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma.

10.

L-applikazzjonijiet fejn il-Fażi tal-bidu hija l-Fażi C se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità finanzjarja tiegħu biex iwettaq l-attivitajiet li se jkunu permessi bil-liċenzja waqt il-Perjodu Inizjali, inkluż il-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona fil-blokka;

(b)

Il-kapaċità teknika tal-operatur propost għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet u b’mod partikolari l-operazzjonijiet ta’ tħaffir;

(c)

Il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi bil-liċenzja, inkluż il-kwalità tal-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li għaliha qed issir l-applikazzjoni;

(d)

Il-kapaċità tas-sikurezza u dik ambjentali. Skont l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015, id-detenturi prospettivi kollha tal-liċenzji offshore, jiġifieri inkluż is-sħab kollha fi grupp ta’ applikanti, iridu jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom tas-sikurezza u dik ambjentali bħala sostenn għall-applikazzjoni għal-liċenzja. Gwida addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti kollha tas-sikurezza u dawk ambjentali tinsab fuq http://www.hse.gov.uk/osdr/assets/docs/appendix-c.pdf; kif ukoll

(e)

Meta l-applikant ikollu jew kellu liċenzja mogħtija jew ġie ttrattat daqslikieku ngħatatlu skont l-Att dwar il-Petroleum tal-1998, kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ responsabbiltà muri mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

Gwida

11.

Gwida addizzjonalii tinsab fuq is-sit web tal-OGA: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/

Offerti għal-Liċenzji

12.

Sakemm ma tkunx meħtieġa Valutazzjoni Xierqa għal xi Blokka partikolari (ara l-Paragrafu 15 hawn isfel), kull offerta mill-OGA ta’ liċenzja f’konformità ma’ din l-istedina, se ssir fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż.

13.

L-OGA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe kost imġarrab mill-applikant waqt il-kunsiderazzjoni tal-applikazjoni tiegħu jew waqt li jkun qed jagħmilha.

Valutazzjonijiet Ambjentali

14.

Is-Segretarju tal-Istat wettaq Stima (Valutazzjoni) Ambjentali Strateġika (Strategic Environmental Assessment/SEA) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’dan il-Ċiklu. Is-sejbiet ta’ dik il-SEA jinsabu fuq is-sit web gov.uk tal-SEA għall-enerġija offshore:

https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process

15.

Il-liċenzji skont din l-istedina se jiġu offruti biss jekk, skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):

(a)

l-attivitajiet li għandhom jitwettqu bil-liċenzja aktarx mhux se jkollhom effett sinifikanti fuq il-ġestjoni ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK) jew ta’ Żona Speċjali ta’ Protezzjoni (ŻSP), jew jekk

(b)

Valutazzjoni Xierqa tkun aċċertat li l-attivitajiet mhux se jkollhom effetti negattivi fuq l-integrità ta’ ŻSKs jew ŻSPs bħal dawn; jew

(c)

f’każ fejn l-attivitajiet jiġu vvalutati li x’aktarx jikkawżaw effetti negattivi bħal dawn, diment li

(i)

ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku prevalenti għall-għoti tal-liċenzja,

(ii)

jittieħdu miżuri xierqa ta’ kumpens, u

(iii)

ma hemmx soluzzjonijiet alternattivi.

16.

Kuntatt:

Duncan Bruce

Oil and Gas Authority

21 Bloomsbury Street

London WC1B 3HF

UNITED KINGDOM

Tel. +44 3000671675

Is-sit web tal-OGA: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/