16.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/2


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2019/C 140/02)

L-attenzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Amjad Abbas (nru 7), il-Brigadier Ġeneral Mohammed Bilal (nru 14), il-Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes (nru 31), is-Sur Nizar al-Asaad (nru 36), is-Sur Ali Douba (nru 41), il-Maġġur Ġeneral Ali Barakat (nru 78), il-Maġġur Ġeneral Talal Makhluf (nru 79), is-Sur Mohamed Heikmat (nru 104), il-Brigadier Ġeneral Burhan Qadour (nru 128), il-Maġġur Ġeneral Hussam Luqa (nru 139), is-Sur Ahmed al-Jarroucheh (nru 144.), Dr Hazwan Al Wez (nru 160), is-Sur Bishr Riyad Yazigi (nru 188), is-Sur Hilal Hilal (nru 211), is-Sur Ahmad Sheik Abdul-Qader (nru 214), Dr Ghassan Omar Khalaf (nru 215), is-Sur Khayr al-Din al-Sayyed (nru 216), is-Sur Atef Naddaf (nru 217), is-Sur Hussein Makhlouf (nru 218), is-Sur Ali Ghanem (nru 220), is-Sur Mohammed al-Ahmed (nru 222), is-Sur Ali Hamoud (nru 223), is-Sur Mohammed Zuhair Kharboutli (nru 224), is-Sur Maamoun Hamdan (no 225), is-Sur Nabil al-Hasan (nru 226), is-Sur Abdullah al-Gharbi (nru 228), is-Sur Abdullah Abdullah (nru 229), is-Sa Salwa Abdullah (nru 230), is-Sur Rafe’a Abu Sa’ad (nru 231), is-Sa Wafiqa Hosni (nru 232), is-Sa Rima Al-Qadiri (nru 233), is-Sur Duraid Durgham (nru 234), is-Sur Ali Wanus (nru 243), is-Sur Mohamed Mazen Ali Yousef (nru 258), il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun (nru 275), is-Sur Mohammad Rami Radwan Martini (nru 276), is-Sur Imad Muwaffaq al-Azab (nru 277), is-Sur Bassam Bashir Ibrahim (nru 278), is-Sur Suhail Mohammad Abdullatif (nru 279), is-Sur Iyad Mohammad al-Khatib (nru 280) u s-Sur Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba (nru 281) persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill beħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-24 ta’ April 2019, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu rċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sas-7 ta’ Mejju 2019.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.