20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/8


Avviż tal-Kummissjoni

Linji Gwida ta’ Rapportar dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, Artikolu 6(1)d tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

(2019/C 428/07)

Nota: Ir-referenzi għad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924) jenħtieġ li jinftiehmu bħala: Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2019/420 (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1)

Fid-dawl tal-Artikolu 28(1)a tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fejn issir referenza għall-Istati Membri, għandu jinftiehem li din tinkludi l-Istati Parteċipanti kif iddefinit fl-Artikolu 4(12) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

Werrej

Linji Gwida ta’ Rapportar dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, Artikolu 6(1)d tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE 9
Introduzzjoni 9
Għan u ambitu 9
Mudell għar-rapport ta’ sinteżi dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri 11
Parti I. Valutazzjoni tar-riskju 11
Parti II. Valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju 17
Parti III. Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw riskji ewlenin b’impatti transfruntieri u, fejn xieraq, riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli 22
Gwida ta’ Akkumpanjament għall-Mudell 25
Parti I. Valutazzjoni tar-riskju 25

1.1

Introduzzjoni 25

1.2

Gwida biex twieġeb il-mistoqsijiet 1-8 tal-Mudell (Parti I) 26
Parti II. Valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju 30

2.1

Introduzzjoni 30

2.2

Gwida biex twieġeb il-mistoqsijiet 9 – 20 tal-Mudell (Parti II) 30
Parti III — Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità għal riskji ewlenin b’impatti transfruntieri u, fejn xieraq, għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli 32

3.1

Introduzzjoni 32

3.2

Gwida biex twieġeb il-mistoqsijiet 21 – 24 tal-Mudell (Parti III) 32
ANNESS 33
Lista mhux eżawrjenti ta’ riskji rilevanti skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-politiki tal-UE 33
Lista mhux eżawrjenti ta’ oqsma trasversali ta’ interess komuni fil-leġiżlazzjoni u/jew il-politiki tal-UE 37

Linji Gwida ta’ Rapportar dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, Artikolu 6(1)d tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Introduzzjoni

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1) dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), kif emendata fil-21 ta’ Marzu 2019 (2), teħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b’sommarji tal-aspetti rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskji tagħhom u l-valutazzjoni tal-kapaċità tagħhom għall-ġestjoni tar-riskji, b’enfasi fuq ir-riskji ewlenin. Din teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin b’impatti transfruntieri, u, fejn xieraq, riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli (3).

Il-Kummissjoni ġiet inkarigata, flimkien mal-Istati Membri, li tiżviluppa linji gwida dwar il-preżentazzjoni tas-sommarju sat-22 ta’ Diċembru 2019 (4).

Dawn il-linji gwida jieħdu l-forma ta’ Mudell, filwaqt li jelenkaw il-mistoqsijiet ewlenin kollha li jridu jiġu indirizzati fis-sommarji nazzjonali, u l-gwida ta’ akkumpanjament għat-tlestija tal-Mudell b’mod xieraq. Dawn il-linji gwida mhumiex vinkolanti u huma mfassla biex jgħinu fil-ġbir fil-qosor tal-aspetti rilevanti ta’:

1.

valutazzjoni tar-riskju, b’enfasi fuq ir-riskji ewlenin,

2.

valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju, b’enfasi fuq ir-riskji ewlenin,

3.

u deskrizzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw ir-riskji ewlenin b’impatti transfruntieri u, fejn xieraq, riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.

Jenħtieġ li s-sommarju tal-elementi rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju u l-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju jiffokaw fuq ir-riskji ewlenin. Hija l-prerogattiva tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-riskji ewlenin. L-Istati Membri huma mitluba jibagħtu s-sommarji tagħhom lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2020. Wara dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jibagħtuhom f’intervalli ta’ tliet snin, u kull meta sseħħ bidla sinifikanti.

B’konformità mal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jikkondividu informazzjoni sensittiva li, jekk tkun żvelata, tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom.

Dawn il-linji gwida jissostitwixxu l-avviż tal-Kummissjoni dwar Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Kapacità ta’ Ġestjoni tar-Riskju (5).

Għan u ambitu

Il-linji gwida huma mfassla biex jiffaċilitaw ir-rapportar mill-Istati Membri, biex jgħinu sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, b’mod partikolari biex:

“jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni kontra d-diżastri bil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti potenzjali tagħhom, billi titħaddan kultura ta’ prevenzjoni u billi tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-protezzjoni ċivili u servizzi rilevanti oħrajn” (6);

tingħata l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5, b’mod partikolari:

(a)

tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta’ għarfien fuq riskji ta’ diżastru, u biex tiffaċilita u tippromwovi aħjar il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inklużi fost l-Istati Membri li jiffaċċjaw riskji komuni;

(b)

tappoġġa u tippromwovi l-attività ta’ valutazzjoni tar-riskju u tfassil ta’ mapep mill-Istati Membri permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal għarfien speċifiku u kompetenza esperta dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni;

(c)

tistabbilixxi u taġġorna regolarment perspettiva ġenerali u mappa transsettorjali tar-riskji ta’ diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem li tista’ tiffaċċja l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta’ politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jaffettwaw il-prevenzjoni tad-diżastri u billi tqis b’mod xieraq l-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;

(d)

tinkoraġġixxi skambju tal-aħjar prattiki fit-tħejjija ta’ sistemi nazzjonali tal-protezzjoni ċivili biex ilaħħqu mal-impatt tat-tibdil fil-klima;

(e)

tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attività ta’ ġestjoni tar-riskju mill-Istati Membri permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal konoxxenza u kompetenza esperta speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni;

(f)

tikkompila u xxerred l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri; torganizza skambju tal-esperjenzi dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju; u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-ippjanar tal-prevenzjoni u l-istat ta’ tħejjija, inkluż permezz ta’ evalwazzjonijiet volontarji bejn il-pari;

(g)

tirrapporta perjodikament, skont l-iskadenzi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 6, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 6;

(h)

tippromwovi l-użu ta’ diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta’ diżastri u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta’ finanzjament;

(i)

tenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni tar-riskji, tappoġġa lill-Istati Membri fis-sensibilizzazzjoni, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-pubbliku, u tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri fil-forniment ta’ informazzjoni pubblika dwar sistemi ta’ twissija, billi tipprovdi gwida dwar dawn is-sistemi, inkluż f’livell transfruntier;

(j)

tippromwovi miżuri ta’ prevenzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 28, permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal għarfien speċifiku u kompetenza esperta dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni; u

(k)

f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni preventiva ta’ appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1);

tingħata l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi u tappoġġa l-prijoritajiet u l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri taħt diversi fondi u strumenti tal-UE;

tingħata għajnuna fit-tfassil ta’ deċiżjonijiet aktar informati dwar kif iridu jiġu prijoritizzati u allokati l-investimenti fil-miżuri ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons.

Kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UCPM (l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE), l-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni b’sommarji tal-valutazzjoni nazzjonali tar-riskju tagħhom (Diċembru 2015 u 2018) u tal-valutazzjonijiet tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju (Awwissu 2018). Il-kontributi li waslu żvelaw li dawn il-valutazzjonijiet ġew ikkompilati fuq il-bażi ta’ varjetà ta’ proċessi u metodoloġiji.

Dawn il-linji gwida jissimplifikaw u jirrazzjonalizzaw b’mod sinifikanti l-proċess ta’ rapportar skont l-Artikolu 6. Huma jibnu fuq l-esperjenza bl-implimentazzjoni prattika ta’ valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju u l-immappjar ta’ riskji ta’ diżastri maġġuri naturali u kkawżati mill-bniedem fl-Istati Membri u fuq ir-rapporti nazzjonali ta’ valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummissjoni. Huma jqisu wkoll id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni preċedenti dwar il-“Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri” (7) u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Kapaċità ta’ Ġestjoni tar-Riskju (8). Huma jqisu r-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, u ma jaffettwawx l-obbligi skont din il-leġiżlazzjoni (9).

MUDELL GĦAR-RAPPORT TA’ SINTEŻI DWAR IL-ĠESTJONI TAR-RISKJU TA’ DIŻASTRI

Parti I. Valutazzjoni tar-riskju

1.

Proċess tal-valutazzjoni tar-riskju

Iddeskrivi kif il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju jidħol fil-qafas ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Agħti dettalji dwar l-aspetti leġiżlattivi, proċedurali u istituzzjonali. Jekk jogħġbok, spjega jekk ir-responsabbiltà għall-valutazzjoni tar-riskju hijiex fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq.


2.

Konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-partijiet ikkonċernati

Iddeskrivi l-firxa tal-awtoritajiet rilevanti u l-partijiet ikkonċernati involuti fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju.

Jekk ikun xieraq: Iddeskrivi n-natura tal-involviment tagħhom, filwaqt li tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom.


3.

Identifikazzjoni tar-riskji ewlenin fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali

Identifika r-riskji ewlenin li jista’ jkollhom impatti negattivi sinifikanti fuq il-bniedem, l-ekonomija, l-ambjent u l-politika/soċjetà (inkluża s-sigurtà).

Mir-riskji ewlenin imsemmija hawn fuq, identifika:

3.1

Kwalunkwe riskju ewlieni li jista’ jkollu impatti negattivi transfruntier sinifikanti, li jiġu mill-pajjiż ġar jew mil-pajjiżi ġirien jew jaffettwawhom.

3.2

Kwalunkwe riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli.

Fejn xieraq:

3.3

Identifika kwalunkwe riskju ewlieni mistenni fil-futur. Dawn jistgħu jinkludu kwalunkwe riskju emerġenti (10) li jista’ jkollu impatti negattivi sinifikanti fuq il-bniedem, l-ekonomija, l-ambjent u l-politika/soċjetà (inklużi l-impatti fuq is-sigurtà).


4.

Identifikazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima

Iddetermina liema mir-riskji ewlenin imsemmija hawn fuq huma direttament marbuta mal-impatti tat-tibdil fil-klima. Jekk jogħġbok qis l-istrateġija u/jew il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u subnazzjonali eżistenti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima (11) jew kwalunkwe valutazzjoni rilevanti tar-riskju tal-klima u tal-vulnerabbiltà għaliha, fejn xieraq.


5.

Analiżi tar-riskju

Iddeskrivi l-iskala tal-livelli ta’ probabbiltà u l-impatt tar-riskji ewlenin identifikati (fil-Q3) inklużi r-riskji ewlenin transfruntieri u r-riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli u, fejn xieraq, riskji futuri u/jew emerġenti.

Uri r-riżultati f’matriċi tar-riskju waħda jew graff/mudell ieħor viżwalizzat ukoll, jekk applikabbli.

Jekk ikun xieraq: Agħti deskrizzjoni tal-metodi, tal-mudelli u tat-tekniki użati sabiex jiġu vvalutati l-probabbiltà u l-impatti tar-riskji jew tax-xenarji tar-riskji differenti.


6.

Immappjar tar-riskju

Iddikjara jekk tfasslux mapep tar-riskju li juru l-firxa ta’ distribuzzjoni mistennija tar-riskji ewlenin kif identifikati fl-istadji tal-identifikazzjoni u l-analiżi (Q3, Q4 u Q5). Jekk iva, inkludihom kif xieraq.


7.

Monitoraġġ u reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju

Agħti deskrizzjoni tas-sistema fis-seħħ għall-monitoraġġ u għar-reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju sabiex jitqiesu żviluppi ġodda.


8.

Komunikazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju

Iddeskrivi l-proċess tal-komunikazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-valutazzjoni nazzjonali tar-riskju. Agħti deskrizzjoni ta’ kif ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju jiġu kondiviżi fost dawk li jfasslu l-politika, diversi awtoritajiet pubbliċi b’tipi differenti ta’ responsabbiltà, livelli differenti ta’ amministrazzjoni, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn. Iddikjara jekk il-pubbliku ġenerali huwiex informat dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u jekk iva, kif, sabiex isiru konxji tar-riskji fil-pajjiż jew fir-reġjun tagħhom u/jew ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati biex jipproteġu lilhom infushom.


Fakultattiv: Prattiki tajbin

Agħti deskrizzjoni tal-prattiki tajbin riċenti rilevanti għall-Mistoqsijiet 1-8.

Parti II. Valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju

9.

Qafas leġiżlattiv, proċedurali u/jew istituzzjonali

Iddeskrivi l-qafas fis-seħħ għall-proċess(i) tal-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju. Iddikjara jekk dan hux ibbażat fuq att legali, pjan strateġiku, pjan ta’ implimentazzjoni jew oqfsa proċedurali oħrajn.

Jekk ikun xieraq: Iddikjara kemm-il darba tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju.

Iddikjara jekk il-valutazzjoni(jiet) tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tintużax/jintużawx għal finijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.


10.

Rwoli u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti

Iddeskrivi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali (kif xieraq), filwaqt li tagħmel distinzjoni bejn il-valutazzjoni tar-riskju, il-prevenzjoni, it-tħejjija, u r-rispons, u billi tiffoka fuq il-ġestjoni tar-riskji ewlenin identifikati.

Iddeskrivi kif il-koordinazzjoni orizzontali (l-approċċ transsettorjali) tiġi żgurata fost dawn l-awtoritajiet kompetenti, billi tiffoka fuq il-ġestjoni tar-riskji ewlenin identifikati.


11.

Ir-rwoli tal-partijiet ikkonċernati rilevanti

Iddikjara jekk il-partijiet ikkonċernati rilevanti humiex informati dwar il-proċess(i) tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri għar-riskji ewlenin identifikati u humiex involuti fihom. Jekk iva, iddeskrivi kif.


12.

Il-proċeduri u l-miżuri fil-livell nazzjonali, subnazzjonali u lokali

Iddeskrivi l-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata kooperazzjoni vertikali bejn l-awtoritajiet nazzjonali, subnazzjonali u lokali involuti fil-proċess(i) tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri għar-riskji ewlenin identifikati.


13.

Il-proċeduri u l-miżuri fil-livell transfruntier, interreġjonali u internazzjonali

Iddeskrivi l-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni fil-livelli transfruntieri, interreġjonali u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri ta’ riskji ewlenin identifikati. Iddeskrivi miżuri fis-seħħ biex jiżguraw il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri għar-riskji ewlenin identifikati.

Jekk ikun xieraq : Iddikjara jekk il-politiki tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri humiex żviluppati b’mod li jqis l-impenji internazzjonali, bħall-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.


14.

Fokus fuq miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima

Iddikjara jekk is-sinerġiji bejn it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima humiex stabbiliti fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali (kif xieraq) għar-riskji ewlenin identifikati li huma marbuta mat-tibdil fil-klima (Q4). Jekk iva, iddeskrivi kif.


15.

Fokus fuq miżuri għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika

Iddikjara jekk hemmx miżuri fis-seħħ għall-ħarsien tal-infrastruttura kritika meqjusa bħala rilevanti għat-tkomplija tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà.


16.

Sors(i) ta’ finanzjament

Iddikjara jekk il-baġit jippermettix l-allokazzjoni flessibbli tar-riżorsi fil-każ ta’ bżonn urġenti u sa liema punt il-fondi għad-diżastri jippromwovu l-azzjoni preventiva.

Iddeskrivi s-sorsi ta’ finanzjament użati (pereżempju l-fondi nazzjonali, subnazzjonali, pubbliċi, privati, inkluża l-assigurazzjoni, il-finanzjament tal-UE u fondi internazzjonali oħrajn) biex tieħu miżuri ta’ prijorità fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri meta tivvaluta u timpedixxi r-riskji ewlenin identifikati u tħejji u tirreaġixxi għalihom.


17.

Infrastruttura, assi u tagħmir

Iddeskrivi xi jsir biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed assi disponibbli biex jittaffa l-impatt tad-diżastri u biex tittieħed reazzjoni fil-pront għad-diżastri assoċjati mar-riskji ewlenin identifikati.


18.

Fokus fuq il-ġbir u l-proċeduri tad-data dwar it-telf mid-diżastri

Iddikjara jekk hemmx sistema fis-seħħ għall-ġbir tad-data dwar it-telf mid-diżastri. Iddeskrivi kif tinġabar id-data dwar ir-riskji ewlenin identifikati.


19.

Fokus fuq tagħmir u proċeduri għal sistemi ta’ twissija bikrija

Iddeskrivi s-sistemi fis-seħħ għad-detezzjoni bikrija tal-perikli u l-monitoraġġ tar-riskji ewlenin identifikati. Iddikjara jekk il-metodoloġiji ta’ tbassir humiex integrati fis-sistema.


20.

Informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riskju għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku

Iddeskrivi kif il-pubbliku huwa informat dwar x’azzjoni għandu jieħu meta jkun qed jiffaċċja r-riskji. Pereżempju, iddikjara jekk hijiex fis-seħħ strateġija biex teduka lill-pubbliku u tqajjem sensibilizzazzjoni. Iddikjara jekk u kif il-gruppi fil-mira huma involuti fid-definizzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskju.


Fakultattiv: Prattiki tajbin

Agħti deskrizzjoni tal-prattiki tajbin riċenti rilevanti għall-Mistoqsijiet 9-20.

Parti III. Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw riskji ewlenin b’impatti transfruntieri u, fejn xieraq, riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli

21.

Riskji ewlenin b’impatti transfruntieri

Elenka r-riskji ewlenin b’impatti transfruntieri.

Għal kull riskju ewlieni b’impatti transfruntieri, jekk jogħġbok imla l-kaxxa li ġejja:

22.

Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità

22.1

Iddeskrivi l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

22.2

Iddeskrivi l-miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

Jekk il-leġiżlazzjoni jew il-politiki tal-UE diġà jeħtieġu rapportar dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw dan ir-riskju, jekk jogħġbok irreferi sempliċement għal kwalunkwe rapport li jkun diġà ntbagħat lill-Kummissjoni.

Fejn xieraq:

23.

Riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli

Elenka kwalunkwe riskju ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.

Għal kull riskju ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, jekk jogħġbok imla l-kaxxa li ġejja:

24.

Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità

24.1

Iddeskrivi l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

24.2

Iddeskrivi l-miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

Jekk il-leġiżlazzjoni jew il-politiki tal-UE diġà jeħtieġu rapportar dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw dan ir-riskju, jekk jogħġbok irreferi sempliċement għal kwalunkwe rapport li jkun diġà ntbagħat lill-Kummissjoni.

GWIDA TA’ AKKUMPANJAMENT GĦALL-MUDELL

Parti I. Valutazzjoni tar-riskju

1.1   Introduzzjoni

L-għan tal-valutazzjoni tar-riskju huwa li tipprovdi kontributi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-ippjanar tal-kapaċità għal dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi dawk mis-settur privat; li tinforma lill-pubbliku dwar ir-riskji; u li timmonitorja u tanalizza r-riskji u l-vulnerabbiltajiet. Il-valutazzjoni b’hekk tipprovdi bażi għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea diġà stabbiliet “Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri” (12) fl-2010 u perjodikament tipprovdi “Overview of natural and man-made disaster risks the European Union may face” (Ħarsa Ġenerali lejn ir-riskji ta’ diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem li tista’ tiffaċċja l-Unjoni Ewropea) (13).

Il-politiki tar-riskju ta’ diżastri fil-livell Ewropew jittrattaw varjetà ta’ suġġetti, inklużi riskji ta’ diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem bħal: nirien tal-foresti, theddid għas-saħħa, pandemiji, riskji industrijali, kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN), sigurtà (ċiberterroriżmu, terroriżmu), u oħrajn. Barra minn hekk, politiki oħrajn huma wkoll rilevanti għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, inklużi l-politiki tat-tibdil fil-klima u dawk ambjentali.

Skont l-Artikolu 4(7) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, “valutazzjoni tar-riskju” tfisser il-proċess transsettorjali globali ta’ identifikazzjoni tar-riskji, analiżi tar-riskji, u evalwazzjoni tar-riskji li jsir fuq livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt. L-evalwazzjoni tar-riskji (14) hija parti importanti mill-valutazzjoni tar-riskju sabiex tappoġġa d-deċiżjonijiet u tiżgura fejn tkun meħtieġa azzjoni addizzjonali. Madankollu, ir-rapportar dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni tar-riskji mhuwiex meħtieġ għall-fini ta’ dawn il-linji gwida, minħabba n-natura politika ta’ dan l-istadju. Jekk il-valutazzjoni tar-riskju diġà tinkludi evalwazzjoni tar-riskji, din tista’ tingħata lill-Kummissjoni.

1.2   Gwida biex twieġeb il-mistoqsijiet 1-8 tal-Mudell (Parti I)

Q1 Proċess tal-valutazzjoni tar-riskju

Iddeskrivi kif il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju jidħol fil-qafas ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Agħti dettalji dwar l-aspetti leġiżlattivi, proċedurali u istituzzjonali. Jekk jogħġbok, spjega jekk ir-responsabbiltà għall-valutazzjoni tar-riskju tinsabx fil-livell nazzjonali u/jew fil-livell subnazzjonali adatt.

Iddikjara jekk hux meħtieġ mil-leġiżlazzjoni jew minn rekwiżiti proċedurali jew istituzzjonali oħrajn (pereżempju dokument ta’ politika partikolari) li ssir valutazzjoni nazzjonali jew subnazzjonali tar-riskju adatta. Semmi l-awtorità ta’ koordinazzjoni responsabbli mit-tmexxija tal-proċess tal-valutazzjoni nazzjonali tar-riskju.

Il-qafas leġiżlattiv/ta’ politika jista’ jappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika tal-pajjiżi biex jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi b’diversi aġenziji biex jikkoordinaw domestikament il-kooperazzjoni dwar l-indirizzar tar-riskji identifikati. Dan itejjeb ukoll il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji/awtoritajiet domestiċi, biex tittejjeb il-kapaċità ta’ pajjiż li jirrispondi għal riskji li qed jevolvu.

Abbażi tal-analiżi tal-UE tar-rapporti tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju nazzjonali mibgħuta lill-Kummissjoni fl-2018, il-maġġoranza tal-Istati Membri rrikonoxxew l-importanza li l-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju jkun ibbażat fuq qafas leġiżlattiv jew proċedurali. Madankollu, xi pajjiżi għandhom oqfsa leġiżlattivi separati għal riskji differenti, li jirriżultaw, pereżempju, minn rekwiżiti leġiżlattivi differenti tal-UE (15).

Q2 Konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-partijiet ikkonċernati

Iddeskrivi l-firxa tal-awtoritajiet rilevanti u l-partijiet ikkonċernati involuti fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju.

Jekk ikun xieraq : Iddeskrivi n-natura tal-involviment tagħhom, filwaqt li tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Meta ssir valutazzjoni tar-riskju, huwa importanti li tiġi involuta firxa ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti fil-proċess. Dan jinkoraġġihom biex jikkontribwixxu għall-proċess tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. L-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jistgħu jinkludu l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali inklużi dawk li ma jikkontribwixxux direttament għall-proċess ta’ valutazzjoni, bħall-akkademja, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u s-settur privat.

Q3 Identifikazzjoni tar-riskji ewlenin fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali

Identifika r-riskji ewlenin (16) li jista’ jkollhom impatti negattivi sinifikanti fuq il-bniedem, l-ekonomija, l-ambjent u l-politika/soċjetà (inkluża s-sigurtà).

Jekk jogħġbok identifika r-riskji ewlenin fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali

Jekk ikun xieraq: Iddeskrivi liema metodi/sorsi tad-data ntużaw biex jiġu identifikati r-riskji ewlenin fil-livell nazzjonali u/jew subnazzjonali adatt. Fejn applikabbli, jekk jogħġbok iddikjara jekk l-identifikazzjoni ta’ riskju kinitx ibbażata fuq xenarju wieħed jew aktar differenti relatati mal-avveniment ewlieni, jew fuq analiżi probabilistika ġenerali fil-livell nazzjonali. Fejn applikabbli, iddikjara jekk ikunx ittieħed approċċ b’ħafna perikli fil-bini ta’ xenarju/mudell tar-riskju u l-identifikazzjoni tar-riskju ta’ riskji ewlenin eżistenti (jiġifieri liema effetti kaskata tad-diżastri kienu meqjusa).

L-identifikazzjoni tar-riskju hija l-proċess li bih jinstabu, jiġu rikonoxxuti u deskritti r-riskji, possibbilment f’termini probabilistiċi. Dan huwa eżerċizzju ta’ skrining u jservi bħala pass preliminari li jwassal għall-istadju ta’ analiżi tar-riskju sussegwenti. L-identifikazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tkun ibbażata kemm jista’ jkun fuq data kwantitattiva (storika u reċenti). Madankollu, ikun rakkomandabbli li jsir użu minn proċessi ta’ bini ta’ xenarji u projezzjonijiet mudell biex jiġu identifikati wkoll riskji futuri. Jenħtieġ li idealment jinstabu soluzzjonijiet alternattivi biex jiġu indirizzati r-riskji li jkunu diffiċli biex jitkejlu jew fejn l-informazzjoni marbuta mar-riskju tkun tista’ tiġi kklassifikata. Xi kultant, f’dan l-istadju jiġu identifikati biss ir-riskji. Dan ifisser l-identifikazzjoni ta’ tipi ta’ avvenimenti li jistgħu jseħħu f’territorju partikolari f’perjodu ta’ żmien partikolari. Madankollu, normalment l-istadju tal-identifikazzjoni tar-riskju diġà jqis il-konsegwenzi (impatti potenzjali) tal-perikli jew tal-okkorrenzi tar-riskji. Id-data dwar l-impatti tista’ tinġabar b’mod kwalitattiv (pereżempju permezz ta’ opinjonijiet esperti, informazzjoni tal-intelligence, tekniki ta’ raġunament induttiv u oħrajn).

Ir-riskji differenti jeħtieġu analiżijiet differenti. Ġeneralment huwa aktar faċli li tiġi stmata l-probabbiltà tal-perikli naturali, minħabba l-preċedenti storiċi tagħhom. Il-probabbiltà tista’ tiġi vvalutata b’mod kwalitattiv (probabbiltà għolja ħafna, għolja, medja, baxxa, baxxa ħafna) jew kwantitattivament (il-perjodu ta’ ritorn, il-probabbiltà tal-okkorrenza f’sena, 5 snin, 100 sena, eċċ.). Għal ċerti riskji, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit kemm ikun probabbli li avveniment iseħħ, u jenħtieġ li jitfittxu stimi alternattivi fejn xieraq. Il-probabbiltà ta’ avveniment jew okkorrenza tar-riskju jenħtieġ li, fejn possibbli, tiġi vvalutata skont il-frekwenza storika tal-avvenimenti fuq skala simili u abbażi tad-data statistika disponibbli rilevanti għal analiżi tas-sewwieqa ewlenin, li jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ tendenzi li qed jaċċelleraw, bħal dawk assoċjati mat-tibdil fil-klima. Pereżempju, data ġeoloġika tista’ tgħin biex testendi l-perjodu ta’ żmien tal-investigazzjoni għal xi riskji (pereżempju vulkani, terremoti, tsunamis).

Il-livell tal-impatt jenħtieġ li jiġi vvalutat b’ mod kwalitattiv u kwantitattiv ukoll (17). L-analiżi tal-impatt jenħtieġ li tiddependi kemm jista’ jkun fuq l-evidenza empirika u l-esperjenza minn data ta’ diżastri tal-passat jew mudelli kwantitattivi ta’ impatt stabbiliti. Fejn possibbli, l-impatti ta’ kull okkorrenza tar-riskju jew periklu jenħtieġ li jiġu vvalutati f’termini ta’ impatti negattivi sinifikanti fuq erba’ kategoriji: l-impatti fuq il-bniedem, l-impatti ekonomiċi, l-impatti ambjentali, l-impatti politiċi/soċjali (inklużi l-impatti fuq is-sigurtà). Il-kategoriji u l-kriterji tal-impatti differenti jistgħu jitqassru kif ġej:

l-impatti fuq il-bniedem, filwaqt li jitqiesu l-fatalitajiet, persuni neqsin, nies feruti u morda, u persuni li jeħtieġu li jiġu evakwati jew li jitilfu l-aċċess għas-servizzi bażiċi. Il-kriterji normalment huma kkwantifikati;

l-impatti ekonomiċi, filwaqt li jitqies it-telf finanzjarju u materjali, kif ukoll it-telf ekonomiku minn diversi setturi tal-ekonomija. Il-kriterji normalment huma kkwantifikati. Meta possibbli, jenħtieġ li jiġi stmat it-telf ekonomiku indirett;

L-impatti ambjentali, filwaqt li jitqies l-impatt fuq ir-riżorsi naturali, żoni protetti u ħabitats (foresti, bijodiversità terrestri, ekosistemi akkwatiċi, ekosistemi tal-baħar, eċċ.), ambjenti naturali u urbani. L-impatti fuq il-wirt kulturali jistgħu jiġu inklużi f’din il-kategorija (18). Il-kriterji normalment huma kwalitattivi, iżda jistgħu jkunu wkoll kwantitattivi, abbażi tal-kost tat-telf jew tal-irkupru, jew ivvalutati kwalitattivament, abbażi tal-firxa tal-ħsara jew taż-żmien meħud biex wieħed jerġa’ lura għall-istat oriġinali;

l-impatti politiċi/soċjali (inkluża s-sigurtà), filwaqt li jitqies it-tfixkil tal-ħajja ta’ kuljum/l-użu ta’ faċilitajiet kritiċi (enerġija, saħħa, edukazzjoni, eċċ.), sigurtà tal-ilma u tal-ikel, inkwiet soċjali, theddid għas-sigurtà soċjali, u l-kapaċità li jiġi ggvernat u kkontrollat il-pajjiż. Xi kultant din il-kategorija tinkludi effetti psikoloġiċi. Il-kriterji normalment huma kwalitattivi.

F’kull kategorija ta’ impatt (uman, ekonomiku, ambjentali, u politiku/soċjali), l-importanza relattiva tal-impatti individwali jenħtieġ li tiġi kklassifikata bl-użu ta’ sett uniku ta’ kriterji li jenfasizzaw l-impatt relattiv applikabbli għal riskji jew xenarji tar-riskji differenti. L-impatt uman jenħtieġ li jitkejjel f’termini tan-numru ta’ persuni affettwati, filwaqt li l-impatt ekonomiku jenħtieġ li jitkejjel fil-munita nazzjonali. L-impatti ambjentali jenħtieġ li, kull meta jkun possibbli, jiġu kkwantifikati f’termini ekonomiċi, iżda jistgħu jiġu kklassifikati wkoll f’termini mhux kwantitattivi, pereżempju (1) limitati/insinifikanti, (2) minuri/sostanzjali, (3) moderati/serji, (4) sinifikanti/serji ħafna, (5) katastrofiċi/diżastrużi. L-impatt politiku/soċjali (inklużi l-impatti fuq is-sigurtà) jista’ jitkejjel ukoll fuq skala kwalitattiva simili. L-analiżi kwantitattiva tista’ tiddefinixxi l-iskala tal-livell tal-impatt (baxx ħafna, baxx, moderat, għoli, jew għoli ħafna) f’termini numeriċi.

Fejn possibbli, il-valutazzjoni tal-impatti jenħtieġ li tkun allinjata mal-għanijiet, mal-miri u mal-linji gwida ta’ rapportar tal-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri (il-Qafas ta’ Sendai) (19).

Dawn l-erba’ kategoriji ta’ impatt jistgħu jitqiesu fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju, flimkien ma’ dan jista’ jkun hemm interdipendenzi b’saħħithom f’ċerti ċirkustanzi, bħan-numru ta’ persuni maqtula u midruba minn bini li jaqa’ b’riżultat ta’ terremoti. Dawn l-erba’ kategoriji ta’ impatt, jistgħu, fejn applikabbli, jitqiesu meta jiġi vvalutat l-impatt ta’ kwalunkwe avveniment jew riskju analizzat, inklużi r-riskji ewlenin identifikati fi Q3, li jinkludu wkoll riskji ewlenin b’impatti transfruntieri, dawk bi probabbiltà baxxa u impatt għoli, u fejn xieraq, riskji ewlenin futuri u emerġenti. L-erba’ kategoriji jistgħu jintużaw ukoll fl-iżvilupp ta’ xenarji tar-riskji u valutazzjonijiet ta’ ħafna riskji (deskritti hawn taħt) fl-istadji tal-identifikazzjoni tar-riskju u tal-analiżi tar-riskju.

Jistgħu jintużaw diversi metodi u tekniki biex jiġu identifikati r-riskji ewlenin (20). Dawn jistgħu jinkludu kriterji tar-riskju, metodi bbażati fuq l-evidenza, rieżamijiet ta’ data ġeoloġika, storika u statistika, listi ta’ kontroll, informazzjoni tal-intelligence, approċċi sistematiċi tat-tim (fejn tim ta’ esperti jsegwi proċess sistematiku biex jidentifika r-riskji permezz ta’ sett strutturat ta’ sejħiet jew mistoqsijiet), u tekniki ta’ raġunament induttiv. Jeżistu tekniki biex il-proċess tal-identifikazzjoni tar-riskju jsir aktar komprensiv (21).

L-analiżi tax-xenarju tar-riskju tista’ tkun utli biex jiġu identifikati riskji ewlenin potenzjali, fejn xieraq, inklużi riskji ewlenin futuri u/jew emerġenti, riskji ewlenin b’impatt transfruntier u riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli. Din toffri wkoll mod kif wieħed jikkomunika dwar kif tista’ tinkiseb stampa ta’ inċertezzi u fatturi futuri li jinfluwenzaw deċiżjonijiet li jridu jittieħdu llum.

L-analiżijiet nazzjonali tar-riskji jistgħu jagħmlu ħilithom biex ma jqisux biss l-analiżi ta’ mudelli/xenarji b’riskju wieħed (jekk dawk ikunu nbnew fil-fażi tal-identifikazzjoni tar-riskju), iżda wkoll xi xenarji jew mudelli b’ħafna riskji.

Approċċ b’ħafna riskji jinvolvi perspettiva ta’ ħafna perikli u ħafna vulnerabbiltajiet. Valutazzjoni ta’ ħafna riskji tinkorpora amplifikazzjonijiet u effetti kaskata possibbli li jirriżultaw minn interazzjoni ma’ riskji oħrajn. Fi kliem ieħor, riskju wieħed jista’ jiżdied permezz ta’ riskju ieħor, jew minħabba li tip ieħor ta’ avveniment ikun biddel b’mod sinifikanti l-vulnerabbiltà jew l-esponiment tas-sistema. Il-perspettiva ta’ ħafna vulnerabbiltajiet tirreferi għall-varjetà ta’ miri sensittivi esposti għar-riskju, bħall-popolazzjoni, is-sistemi tat-trasport u l-infrastruttura, il-bini u l-wirt kulturali. Dawn il-miri potenzjali juru tipi differenti ta’ vulnerabbiltà għall-perikli differenti u jeħtieġu tipi differenti ta’ kapaċitajiet sabiex jiġu evitati u affaċċjati l-perikli.

Analiżi ta’ xenarju b’ħafna riskji normalment tqis l-elementi li ġejjin:

l-identifikazzjoni ta’ xenarji possibbli b’ħafna riskji, li tibda b’avveniment partikolari u tevalwa l-possibbiltà li jistgħu jiġu skattati riskji jew avvenimenti oħrajn.

l-analiżi tal-esponiment u l-vulnerabbiltà għal kull riskju individwali fil-fergħat differenti tax-xenarji, kif ukoll l-interdipendenzi tal-perikli u l-vulnerabbiltajiet.

stima tar-riskju għal kull avveniment negattiv u għal xenarji b’ħafna riskji. Għodod tas-softwer bħas-Sistema ta’ Appoġġ għad-Deċiżjonijiet (DSS) biex jiġu mmappjati xenarji tar-riskji multipli jistgħu jintużaw biex jgħinu juru x-xenarji, jipprovdu informazzjoni dwarhom kif ukoll biex iwettquhom.

Dawn il-linji gwida mhumiex maħsuba biex jippromwovu mod partikolari ta’ kif jiġu ttrattati xenarji jew mudelli b’ħafna riskji; pjuttost, dawn jenfasizzaw xi prattiki tajbin deskritti fil-letteratura, bħall-inċidenti NaTech li jinvolvu t-terremoti, is-sajjetti u l-għargħar.

Q3.1 Identifikazzjoni tar-riskji ewlenin b’impatt transfruntier

Kwalunkwe riskju ewlieni li jista’ jkollu impatti negattivi transfruntieri sinifikanti, li jkun ġej minn jew li jaffettwa l-pajjiż ġar jew il-pajjiżi ġirien.

Fejn applikabbli, iddikjara jekk ġiex applikat approċċ b’ħafna perikli waqt il-bini tax-xenarju u identifika r-riskji ewlenin b’impatti transfruntieri. Pereżempju, indika jekk tqisux l-effetti kaskata tad-diżastri.

L-identifikazzjoni ta’ riskji ewlenin b’impatt transfruntier potenzjali u l-istima tal-impatti rispettivi tagħhom jistgħu jqisu: i) l-impatti li jirriżultaw minn riskji ġġenerati f’pajjiż ġar jew pajjiżi ġirien ii) l-impatti li jirriżultaw f’pajjiż ġar jew pajjiżi ġirien jew iii) l-impatti li jaffettwaw b’mod simultanju żewġ pajjiżi jew aktar. Meta nqisu l-impatti fuq pajjiż ġar jew pajjiżi ġirien, dan ma nagħmluhx biex nivvalutaw l-impatti potenzjali b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv, iżda pjuttost biex nimmaġinaw jekk jistax jirriżulta xi impatt negattiv (pereżempju sħaba ta’ rmied minn vulkan li tinterferixxi mal-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi ġirien).

Q3.2 Identifikazzjoni tar-riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli

Kwalunkwe riskju ewlieni bi probabbiltà baxxa iżda b’impatt għoli.

Fejn applikabbli, indika jekk tqiesx approċċ b’ħafna perikli fil-bini ta’ xenarji u l-identifikazzjoni tar-riskju ta’ riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli. Pereżempju, jekk jogħġbok indika jekk tqisux l-effetti kaskata tad-diżastri.

L-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu l-kriterji għad-definizzjoni tar-riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt kbir fil-kuntest nazzjonali jew subnazzjonali tagħhom. Riskju bi probabbiltà baxxa u impatt għoli jista’ mhux bilfors jitqies bħala riskju ewlieni jekk l-avveniment ikkonċernat aktarx ma jseħħx. Jekk hemmx riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli taħt ir-riskji ewlenin huwa għalhekk dipendenti fuq id-definizzjonijiet tal-Istati Membri ta’ “riskji ewlenin”.

Q3.3 Identifikazzjoni tar-riskji ewlenin futuri u/jew emerġenti

Fejn xieraq, identifika kwalunkwe riskju ewlieni mistenni fil-futur. Dawn jistgħu jinkludu kwalunkwe riskju emerġenti li jista’ jkollu impatti negattivi sinifikanti fuq il-bniedem, l-ekonomija, l-ambjent u l-politika/soċjetà (inklużi l-impatti fuq is-sigurtà).

L-identifikazzjoni tar-riskji ewlenin futuri, inklużi riskji ġodda emerġenti, tista’ tgħin biex tittejjeb il-ġestjoni tar-riskji futuri permezz ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija xierqa. Fil-każ ta’ riskji futuri u emerġenti relatati mat-tibdil fil-klima, il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li, fejn xieraq, tqis il-projezzjonijiet u x-xenarji tat-tibdil fil-klima bbażati fuq ir-rapporti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), jew fuq sorsi xjentifiċi vvalidati oħrajn. Fejn eżistenti, ir-riskji klimatiċi nazzjonali u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà jipprovdu projezzjonijiet rilevanti tal-perikli u r-riskji klimatiċi. Ir-riskji futuri u emerġenti relatati mat-tibdil fil-klima jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-riskji indikati fl-Istrateġija u/jew il-Pjan Nazzjonali ta’ Adattament u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-klima u tal-vulnerabbiltà, fejn dawn ikunu twettqu.

Il-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni “Xjenza għall-Politika Ambjentali” tqis bħala riskji emerġenti (22), riskji li jistgħu jkunu:

riskji ġodda;

il-probabbiltà ta’ ħsara hi diffiċli biex tivvalutaha (b’approċċi tradizzjonali ta’ valutazzjoni u ta’ ġestjoni tar-riskju);

diffiċli li wieħed jipprevedihom, jiġifieri huwa diffiċli li tiġi vvalutata l-probabbiltà li ċerta konsegwenza se sseħħ f’ħin/post/kundizzjoni speċifiċi;

riskji li jirriżultaw minn periklu identifikat ġdid li għalih jista’ jseħħ esponiment sinifikanti, jew minn esponiment sinifikanti ġdid jew miżjud mhux mistenni u/jew suxxettibbiltà għal periklu magħruf;

riskji ġodda jew familjari li jidhru f’kundizzjonijiet ġodda jew mhux familjari.

Id-definizzjonijiet ta’ riskji emerġenti jinkludu wkoll il-kunċett ta’ riskji ġodda li jinħolqu; riskji identifikati/nnotati ġodda; żieda fir-riskju, jew riskju li jsir magħruf jew stabbilit b’mod wiesa’.

Jekk ikun xieraq : Agħti deskrizzjoni tal-metodi, tal-mudelli u tat-tekniki użati għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji futuri u/jew riskji emerġenti u l-impatti potenzjali tagħhom, filwaqt li tqis ix-xenarji u l-projezzjonijiet tar-riskji relatati mat-tibdil fil-klima, l-istrateġija u/jew il-pjan nazzjonali ta’ adattament (23) u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-klima u tal-vulnerabbiltà, jekk ikunu saru tali valutazzjonijiet. Ix-xenarji futuri tal-klima użati u l-projezzjonijiet tagħhom jistgħu jkunu għal żmien qasir (2030); żmien medju (2050) u fit-tul (2100), fejn xieraq.

Approċċ ta’ mmudellar ta’ diversi riskji jista’ jitqies li jaqbad in-natura dinamika u diversi interazzjonijiet tal-proċessi relatati mar-riskju xprunati kemm mit-tibdil fil-klima kif ukoll mill-parametri soċjali, ekonomiċi, ambjentali u demografiċi. Il-bini tax-xenarju huwa wkoll metodu applikat għall-identifikazzjoni ta’ riskji futuri u/jew emerġenti. Dan mhuwiex limitat biss għall-istima tal-impatti futuri tat-tibdil fil-klima.

Fejn applikabbli , indika jekk ikunx ittieħed approċċ b’ħafna perikli fil-bini ta’ xenarji u fl-identifikazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ riskji ewlenin futuri u emerġenti. Jekk jogħġbok, indika wkoll jekk tqisux l-effetti kaskata tad-diżastri.

Q4 Identifikazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima

Iddetermina liema mir-riskji ewlenin imsemmija hawn fuq huma direttament marbuta mal-effetti tat-tibdil fil-klima. Jekk jogħġbok qis l-istrateġija u/jew il-pjan nazzjonali u subnazzjonali eżistenti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima (24) jew kwalunkwe valutazzjoni rilevanti u tar-riskju tal-klima u tal-vulnerabbiltà għaliha, fejn xieraq.

Din il-kwistjoni tista’ tingħaqad mal-identifikazzjoni ta’ riskji ewlenin futuri u/jew emerġenti (Q3.3), jekk applikabbli.

Jekk ikun xieraq: Iddeskrivi liema metodi u sorsi ta’ data ntużaw biex jiġu identifikati r-riskji ewlenin eżistenti li huma jew jistgħu jiġu influwenzati mit-tibdil fil-klima.

Q5 Analiżi tar-riskju

Iddeskrivi l-iskala tal-livelli ta’ probabbiltà u impatt tar-riskji ewlenin identifikati (fil-Q3) inklużi r-riskji ewlenin transfruntieri u r-riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli u, fejn xieraq, riskji futuri u/jew emerġenti.

Uri r-riżultati f’matriċi tar-riskju waħda jew graff/mudell ieħor viżwalizzat ukoll, jekk applikabbli.

Jekk ikun xieraq: Agħti deskrizzjoni tal-metodi, tal-mudelli u tat-tekniki użati sabiex jiġu vvalutati l-probabbiltà u l-impatti tar-riskji jew tax-xenarji tar-riskji differenti.

Ladarba jiġu identifikati r-riskji, il-probabbiltà li dawn jimmaterjalizzaw u s-severità tal-impatti potenzjali tagħhom jitkejlu bl-użu ta’ sett ta’ kategoriji li jkejlu l-fatturi tar-riskju (il-kejl jenħtieġ li idealment ikun kwantitattiv). Il-kategoriji tal-impatt li jistgħu jitqiesu huma umani, ekonomiċi, ambjentali u politiċi/soċjali (inkluża s-sigurtà), kif deskritti fil-Q3. Dan huwa spiss deskritt f’termini tal-“probabbiltà” u l-“impatt” ta’ xenarju jew ta’ okkorrenza tar-riskju. Ir-riżultati ġeneralment ikunu ppreżentati f’matriċi tar-riskju jew f’mapep probabilistiċi.

Matriċi tar-riskju tirrelata d-dimensjoni tal-probabbiltà ma’ dik tal-impatt u hija rappreżentazzjoni grafika ta’ riskji differenti li tippermettilhom li jitqabblu. Matriċi bħal din turi r-riskji multipli identifikati, u b’hekk ikun aktar faċli li jsir paragun. Il-matriċijiet tar-riskju jistgħu jintużaw fl-istadji kollha tal-valutazzjonijiet tar-riskji (għar-riskji preżenti, futuri jew/u emerġenti, transfruntieri u ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli). L-iskali użati għall-probabbiltà u l-impatt normalment ikollhom ħames livelli (il-Figura 1), għalkemm dan jista’ jvarja. Il-kuluri fil-matriċi jistgħu wkoll jiġu assenjati b’mod differenti, skont il-perċezzjoni tar-riskju individwali ta’ pajjiż.

Image 1

Figura 1: Matriċi tar-riskju (simetrika, 5×5)

Għadd ta’ Stati Membri jużaw il-matriċi tar-riskju. Huma jistgħu jqisu li jipproduċu matriċijiet tar-riskju differenti għall-impatt uman, ekonomiku, ambjentali u politiku/soċjali (inkluż l-impatt tas-sigurtà), minħabba li dawn il-kategoriji jitkejlu bi skali distinti u kieku jkun diffiċli li jitqabblu, speċjalment jekk xi wħud jiġu vvalutati kwantitattivament u oħrajn kwalitattivament. Biex tiġi ffaċilitata ħarsa ġenerali aktar komprensiva fil-livell tal-UE, l-Istati Membri jistgħu preferibbilment jużaw matriċi ta’ riskju 5×5, jekk xieraq, b’livelli ta’ skali ta’ impatti u probabbiltà indikati. Fejn possibbli, l-Istati Membri huma mħeġġa jassenjaw meded kwantitattivi għal kull wieħed min-numri minn 1 sa 5.

L-analiżi tar-riskju għandha tqis l-inċertezzi assoċjati mal-analiżi tar-riskji, u tindirizza l-inċertezzi tad-data u tal-mudelli. Analiżi tas-sensittività tinvolvi li jiġu aċċertati d-daqs u l-importanza tal-kobor tar-riskji għall-bidliet fil-parametri tal-inputs individwali.

Meta riskju x’aktarx ikollu konsegwenzi sostanzjali u irriversibbli iżda l-probabbiltà tiegħu ma tistax tiġi vvalutata b’mod preċiż, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jista’ jiġġustifika l-inklużjoni tiegħu fl-analiżi tar-riskju. Dan jikkonċerna b’mod partikolari r-riskji għall-ambjent u s-saħħa (mard tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti). Il-prinċipju ta’ prekawzjoni jista’ jiġi applikat bħala l-ewwel pass lejn il-ġestjoni tar-riskju. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet temporanji abbażi ta’ evidenza kwalitattiva jew inkonklużiva. Fejn jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni, jenħtieġ li jsiru sforzi addizzjonali biex tittejjeb il-bażi tal-evidenza.

Q6 Immappjar tar-riskju

Iddikjara jekk tfasslux mapep tar-riskju li juru l-firxa ta’ distribuzzjoni mistennija tar-riskji ewlenin kif identifikati fl-istadju tal-identifikazzjoni u l-analiżi (Q3, Q4 u Q5). Jekk iva, inkludihom kif xieraq.

Id-distribuzzjoni tar-riskji tvarja minn pajjiż għall-ieħor, minħabba l-okkorrenzi tar-riskji differenti, l-esponiment tan-nies u l-assi u l-vulnerabbiltà mhux ugwali. Il-mapep tar-riskju huma għodda utli għall-identifikazzjoni taż-żoni li jinsabu l-aktar f’riskju madwar il-pajjiż. Jistgħu jiġu prodotti tipi differenti ta’ mapep, skont il-ħtiġijiet nazzjonali jew subnazzjonali: mapep sempliċi ta’ riskji ewlenin, inklużi riskji ewlenin b’impatt transfruntier; riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli; u, fejn xieraq, riskji futuri u/jew emerġenti. Barra minn hekk, jistgħu jitfasslu mapep ta’ telf biex jintwera fejn it-telf potenzjali għal riskju partikolari jkun potenzjalment ogħla, minħabba d-distribuzzjoni tal-esponiment u l-vulnerabbiltà, eċċ.

Idealment, ir-riskji ewlenin differenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati f’mapep separati jew f’mapep tematiċi tar-riskju (pereżempju, ikklassifikati skont ir-riskji ewlenin b’impatt transfruntier, riskji futuri u/jew emerġenti, u riskji ewlenin bi probabbiltà baxxa u impatt għoli). Jekk possibbli, dawn jistgħu juru l-firxa ta’ distribuzzjoni tal-vulnerabbiltà u l-esponiment għad-dannu, u jkunu mmarkati bħala livelli ta’ riskju għoli ħafna, għoli, medju, baxx u baxx ħafna.

Dawn il-mapep tar-riskji jistgħu juru l-firxa ta’ distribuzzjoni tal-aspetti rilevanti kollha li jeħtieġu protezzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, bħal: il-popolazzjoni, l-infrastruttura vitali, bħall-produzzjoni tal-ilma, l-elettriku, il-gass u ż-żejt; it-trasport u d-distribuzzjoni; it-telekomunikazzjonijiet; l-agrikoltura; is-servizzi finanzjarji u ta’ sigurtà; l-isptarijiet; l-iskejjel; żoni u ħabitats ambjentalment protetti (żoni tan-Natura 2000, żoni protetti tal-baħar, parks nazzjonali, foresti, bijodiversità marittima u terrestri, baċiri tax-xmajjar); assi ta’ wirt kulturali (siti arkeoloġiċi, monumenti, parks eċċ.); u attivitajiet ekonomiċi sinifikanti oħra (fabbriki, negozji, faċilitajiet tal-enerġija, produzzjoni agrikola, annimali, żoni turistiċi u negozji), eċċ.

Tali informazzjoni tista’ tinġabar flimkien bl-użu ta’ Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS) jew pjattaformi tal-web. Jekk dan jeżisti, jekk jogħġbok ipprovdi l-link rilevanti kif xieraq.

Q7 Monitoraġġ u reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju

Agħti deskrizzjoni tas-sistema fis-seħħ għall-monitoraġġ u għar-reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju sabiex jitqiesu żviluppi ġodda.

Bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, ir-riskji jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rieżaminati regolarment sabiex jiġi vverifikat li:

is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskji jkunu għadhom validi (inkluża d-data tal-input),

is-suppożizzjonijiet li fuqhom hija bbażata l-valutazzjoni tar-riskju, inkluż il-kuntest estern u intern, ikunu għadhom validi,

ir-riżultati mistennija jkunu qed jinkisbu,

ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju jkunu konformi mal-esperjenza attwali,

it-tekniki tal-valutazzjoni tar-riskju jkunu qed jiġu applikati kif suppost,

it-trattament tar-riskju (miżuri implimentattivi ta’ prevenzjoni tar-riskju u ta’ tħejjija) jkun effettiv.

Q8 Komunikazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju

Iddeskrivi l-proċess tal-komunikazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-valutazzjoni nazzjonali tar-riskju. Deskrizzjoni ta’ kif ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju huma kondiviżi bejn dawk li jfasslu l-politika, diversi awtoritajiet pubbliċi b’tipi differenti ta’ responsabbiltà, livelli differenti ta’ amministrazzjoni, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn. Iddikjara jekk il-pubbliku ġenerali huwiex informat dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u jekk iva, kif, sabiex isiru konxji tar-riskji fil-pajjiż jew fir-reġjun tagħhom u/jew ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati biex jipproteġu lilhom infushom.

Komunikazzjoni adegwata tar-riżultati tippermetti li l-valutazzjonijiet tar-riskji jintużaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. L-għan aħħari tal-komunikazzjoni tar-riskji huwa li n-nies f’riskju jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati biex jipproteġu lilhom infushom, u li titqajjem is-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar ir-riskju. Il-komunikazzjoni tar-riskju tfisser ukoll il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, pariri u opinjonijiet bejn l-esperti u n-nies li qed jiffaċċjaw theddid għas-saħħa tagħhom u/jew għall-benesseri ekonomiku jew soċjali tagħhom. L-atturi li mhumiex governattivi jiddependu wkoll fuq valutazzjonijiet tar-riskji preċiżi. Pereżempju, l-industriji kimiċi spiss jeħtieġu li jkunu informati dwar ir-riskji teknoloġiċi. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-prinċipju tad-dritt għall-għarfien issa mħaddan f’ħafna liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali wasslet biex ħafna proċeduri ta’ valutazzjoni issa jinkludu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Dan l-iżvilupp ħoloq il-ħtieġa ta’ approċċ sistematiku għall-komunikazzjoni tar-riskju fl-implimentazzjoni tal-politika pubblika.

Parti II. Valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju

2.1   Introduzzjoni

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jiddikjara li: “Sabiex jippromwovu approċċ effikaċi u koerenti għall-prevenzjoni tad-diżastri u l-istat ta’ tħejjija għalihom billi jikkondividu informazzjoni mhux sensittiva, (…), u [sabiex jippromwovu l-iskambju tal-aħjar] prattiki fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom: (…) (b) [ikomplu jiżviluppaw il-valutazzjoni] tal-kapaċità tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju f’livell nazzjonali jew f’livell subnazzjonali”.

L-Istati Membri huma mistiedna jivvalutaw, fid-dawl tal-kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva tagħhom, il-kapaċità tagħhom li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskji u ppjanar tal-ġestjoni tar-riskju adegwati u jimplimentaw miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija.

Dawn il-linji gwida jistabbilixxu struttura għal sommarju tal-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kull pajjiż. L-istruttura proposta mhijiex eżawrjenti u teħtieġ li tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta’ kull Stat Membru. Dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jitqies bħala punt ta’ tluq komuni, imfassal biex irawwem fehim kondiviż tal-aspetti li l-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju nazzjonali jenħtieġ li tinkludi. Is-sommarju jenħtieġ li jiffoka fuq ir-riskji ewlenin identifikati fil-Parti I.

2.2   Gwida biex twieġeb il-mistoqsijiet 9 – 20 tal-Mudell (Parti II)

Q9 Qafas leġiżlattiv, proċedurali u/jew istituzzjonali

Iddeskrivi l-qafas fis-seħħ għall-proċess(i) tal-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju. Iddikjara jekk dan hux ibbażat fuq att legali, pjan strateġiku, pjan ta’ implimentazzjoni jew oqfsa proċedurali oħrajn.

Jekk ikun xieraq : Iddikjara kemm-il darba tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju u jekk il-valutazzjoni(jiet) tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tintużax/jintużawx għal finijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

Din il-kwistjoni hija maħsuba biex tiċċara l-kuntest leġiżlattiv, proċedurali u/jew istituzzjonali fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali (skont liema minnhom japplika) li jifformalizza l-proċess(i) tal-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons. Jekk il-qafas leġiżlattiv fis-seħħ ikun l-istess bħal dak deskritt b’reazzjoni għal Q1, tista’ ssir referenza għal tweġibiet mogħtija għal Q1. Jekk ir-risposta tkun differenti mir-risposta għal Q1, l-Istati Membri huma mitluba jispeċifikaw jekk il-proċess(i) tal-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju għandhomx bażi ġuridika jew jekk humiex ibbażati fuq pjan strateġiku, pjan ta’ implimentazzjoni jew oqfsa leġiżlattivi/proċedurali oħrajn, u jekk humiex ibbażati fuq jew isegwu mill-valutazzjoni tar-riskju.

Jekk ikun xieraq : Jekk jogħġbok semmi kwalunkwe pjan prevedibbli għall-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv. Jekk jogħġbok indika kemm-il darba l-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju titwettaq fil-livell nazzjonali jew, jekk xieraq, fil-livell subnazzjonali u/jew iddeskrivi jekk din/dawn il-valutazzjoni(ijiet) tintużax/jintużawx għall-finijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Pereżempju, jekk jogħġbok indika jekk din tidħolx fil-proċess tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju u/jew l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija, u jekk din tintużax biex tgħin biex jinftiehmu l-vulnerabbiltajiet bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju.

Q10 Rwoli u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti

Iddeskrivi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali (kif xieraq), filwaqt li tagħmel distinzjoni bejn il-valutazzjoni tar-riskju, il-prevenzjoni, it-tħejjija, u r-rispons, u billi tiffoka fuq il-ġestjoni tar-riskji ewlenin identifikati.

Iddeskrivi kif il-koordinazzjoni orizzontali (l-approċċ transsettorjali) tiġi żgurata fost dawn l-awtoritajiet kompetenti, billi tiffoka fuq il-ġestjoni tar-riskji ewlenin identifikati.

Għar-riskji ewlenin identifikati, il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni u r-rwoli/responsabbiltajiet tal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti jenħtieġ li jiġu assenjati b’mod ċar għall-istadji kollha taċ-ċiklu ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri (valutazzjoni, prevenzjoni, tħejjija u rispons). Tista’ tiġi inkluża grafika biex tiġi viżwalizzata l-koordinazzjoni orizzontali. Jekk jogħġbok semmi wkoll l-awtorità li għandha r-rwol ta’ punt ta’ kuntatt f’każ ta’ emerġenza 24/7 fil-livell nazzjonali u biex tiddeskrivi kif dan ir-rwol huwa integrat fl-istruttura ta’ ġestjoni ġenerali.

L-Istati Membri jenħtieġ li jispjegaw kif dawn ir-rwoli u r-responsabbiltajiet jiġu infurzati (pereżempju permezz ta’ leġiżlazzjoni u/jew politiki proċedurali) u xi jsir biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti (pereżempju biex jiġu evitati sovrapożizzjonijiet u lakuni bejn l-oqsma ta’ responsabbiltà). Jekk jogħġbok iddeskrivi x’miżuri qegħdin fis-seħħ biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni fost dawn l-awtoritajiet kompetenti fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri (valutazzjoni, prevenzjoni, tħejjija u rispons), u kwalunkwe tagħlim li nkiseb, b’enfasi fuq il-ġestjoni tar-riskji ewlenin.

Meta l-ġestjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti tirrikjedi approċċ transsettorjali (pereżempju L-integrazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, Q14), l-Istati Membri huma mitluba jieħdu nota tal-leġiżlazzjoni u/jew tal-politiki eżistenti tal-UE (ara l-Anness).

Q11 Rwoli tal-partijiet ikkonċernati rilevanti

Iddikjara jekk il-partijiet ikkonċernati rilevanti humiex informati dwar il-proċess(i) tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri għar-riskji ewlenin identifikati u humiex involuti fihom. Jekk iva, iddeskrivi kif.

Il-kapaċità li jiġu ġestiti r-riskji tiddependi dejjem aktar fuq l-involviment ta’ diversi partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, inklużi aġenziji tal-ġestjoni tad-diżastri, servizzi tas-saħħa, unitajiet li jiġġieldu n-nar, forzi tal-pulizija, operaturi tat-trasport/tal-elettriku/tal-komunikazzjoni, organizzazzjonijiet volontarji, ċittadini/voluntiera, sidien privati tal-art, is-settur tal-assigurazzjoni, l-akkademja u istituti ta’ riċerka, il-forzi armati, jew organizzazzjonijiet f’pajjiżi oħrajn (għall-ġestjoni transnazzjonali tar-riskju ta’ diżastri) u l-koperazzjoni ma’ dawn. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikonoxxi li “il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri jimplikaw il-ħtieġa li jitfasslu u jiġu implimentati miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li jinvolvu l-koordinazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ atturi” (25).

Jekk jogħġbok iddikjara jekk din il-kooperazzjoni hijiex żgurata fil-proċess(i) tal-valutazzjoni tar-riskju għar-riskji ewlenin identifikati, il-proċessi tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u kif xieraq, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija. Jekk iva, iddeskrivi kif.

Jekk ikun xieraq : jekk jogħġbok semmi kif il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati huma informati u kif qed tiġi stabbilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni (inklużi t-tagħlimiet miksuba u l-kondiviżjoni tad-data). Tista’ ssir referenza għat-tweġibiet mogħtija għal Q8.

Q12 Proċeduri u miżuri fil-livell nazzjonali, subnazzjonali u lokali

Iddeskrivi l-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata kooperazzjoni vertikali bejn l-awtoritajiet nazzjonali, subnazzjonali u lokali involuti fil-proċess(i) tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri għar-riskji ewlenin identifikati.

L-Istati Membri jenħtieġ li jispjegaw il-proċeduri u l-miżuri biex jiżguraw koordinazzjoni vertikali fost il-livelli nazzjonali, subnazzjonali u lokali għar-riskji ewlenin identifikati.

Il-proċess tal-ippjanar ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija jeħtieġ li jiddefinixxi proċeduri biex jgħinu fit-tnaqqis tar-riskju fil-livell nazzjonali, subnazzjonali u lokali. Kif tinnota l-Premessa 14 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420 (26), l-awtoritajiet reġjonali u lokali jista’ jkollhom rwol preventiv importanti; barra minn hekk, huma l-ewwel li jirreaġixxu għal diżastru, flimkien mal-voluntiera tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri huma mitluba jiddikjaraw liema mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni miftiehma jeżistu, inklużi l-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jgħinu biex tiġi ddefinita l-prijoritizzazzjoni tar-riskji u l-pjanijiet reġjonali, flimkien ma’ kwalunkwe arranġament finanzjarju għall-assistenza.

Jekk ikun xieraq: Jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri li huma fis-seħħ għar-riskji ewlenin identifikati f’diversi livelli ta’ governanza. Dan jista’ jintwera b’tabella li turi r-riskji ewlenin identifikati.

Q13 Proċeduri u miżuri fil-livell transfruntier, interreġjonali u internazzjonali

Iddeskrivi l-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni fil-livelli transfruntieri, interreġjonali u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri ta’ riskji ewlenin identifikati. Iddeskrivi miżuri fis-seħħ biex jiżguraw il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri għar-riskji ewlenin identifikati.

Jekk ikun xieraq: Iddikjara jekk il-politiki tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri humiex żviluppati b’mod li jqis l-impenji internazzjonali, bħall-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Filwaqt li titqies il-kooperazzjoni internazzjonali u r-reviżjoni riċenti tad-Deċiżjoni UCPM Nru 1313/2013/UE (b’mod partikolari l-Premessa 28 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420 (27)),, l-għan ta’ din it-taqsima huwa li jiġi esplorat jekk u kif jiġi żgurat l-impenn fil-livell transfruntier, interreġjonali u internazzjonali.

L-Istati Membri huma mitluba jiddeskrivu jekk hemmx kooperazzjoni transfruntiera (28), interreġjonali u internazzjonali fil-fażi ta’ qabel id-diżastru u, jekk iva, x’forma tieħu (prevenzjoni u tħejjija). Jekk jogħġbok spjega kif din il-kooperazzjoni hija żgurata (pereżempju memoranda ta’ ftehim jew ftehimiet fil-livell tas-servizz). Jekk jogħġbok iddikjara wkoll jekk hemmx xi implimentazzjoni konġunta ta’ miżuri ta’ tħejjija (pereżempju sistemi ta’ twissija bikrija jew sessjonijiet u eżerċizzji ta’ taħriġ konġunti) biex jiġi żgurat rispons rapidu u effettiv għad-diżastri meta jseħħu r-riskji ewlenin identifikati.

Meta l-ġestjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tkun teħtieġ approċċ transsettorjali (pereżempju L-integrazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, Q14), tista’ ssir referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (ara l-Anness).

Il-Qafas Sendai (29) approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU huwa ftehim volontarju mhux vinkolanti, li permezz tiegħu l-gvernijiet nazzjonali impenjaw ruħhom li jevitaw riskju ta’ diżastri ġdid u jnaqqsu r-riskju ta’ diżastri eżistenti billi jnaqqsu l-esponiment u l-vulnerabbiltà filwaqt li jżidu t-tħejjija, li jirriżulta f’reżiljenza ġenerali mtejba. L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (30) adottati fl-2015 minn Summit tan-NU jiddefinixxu 17-il għan (31) għall-iżvilupp sostenibbli. L-implimentazzjoni taż-żewġ aġendi teħtieġ qafas sod ta’ indikaturi sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri. B’mod speċifiku, hemm 38 indikatur biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni tas-7 miri skont il-Qafas ta’ Sendai u 17-il għan u 169 mira qed jiġu ddefiniti biex jinkiseb żvilupp sostenibbli skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

Il-Kummissjoni hija impenjata li timplimenta ż-żewġ aġendi u żviluppat pjanijiet ta’ azzjoni (32) u dokumenti ta’ riflessjoni (33) sabiex issegwi l-progress lejn l-ilħuq ta’ dawk il-miri. Jekk xieraq, l-Istati Membri huma mitluba jiddeskrivu kif il-politiki tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri se jgħinu fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ dawn iż-żewġ aġendi.

Q14 Fokus fuq miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima

Iddikjara jekk is-sinerġiji bejn it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima humiex stabbiliti fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali (kif xieraq) għar-riskji ewlenin identifikati li huma marbuta mat-tibdil fil-klima (Q4). Jekk iva, iddeskrivi kif.

Meta wieħed iqis ir-reviżjoni riċenti tal-leġiżlazzjoni tal-UCPM, jiġifieri l-fatt li “jenħtieġ li l-azzjonijiet kollha jkunu koerenti ma’, u jikkontribwixxu b’mod attiv sabiex jiġu onorati, impenji internazzjonali [bħal] (…) il-Ftehim ta’ Pariġi taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar Tibdil fil-Klima (…)” (34), l-għan ta’ din il-kwistjoni huwa li jiġi esplorat jekk u kif jiġu żgurati s-sinerġiji bejn l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni u tħejjija.

L-adattament għat-tibdil fil-klima jista’ jappoġġa sforzi biex jiġu evitati diżastri relatati mal-klima. Miżuri ta’ adattament kost-effettivi jeħtieġu koordinazzjoni tajba f’diversi livelli ta’ ppjanar u ġestjoni. Skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, l-istrateġiji u l-pjanijiet nazzjonali ta’ adattament huma l-istrument irrakkomandat għal politiki u azzjonijiet ta’ adattament. L-Istati Membri huma mitluba jirreferu għal dawn l-istrateġiji u jiddeskrivu jekk u kif dawn huma integrati mal-ippjanar tal-miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni u tħejjija tar-riskju ta’ diżastri jew viċeversa. Jekk il-ġestjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tirrikjedi approċċ transsettorjali, tista’ ssir referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (ara l-Anness).

Q15 Fokus fuq miżuri għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika

Iddikjara jekk humiex fis-seħħ miżuri biex jipproteġu l-infrastruttura kritika meqjusa bħala rilevanti għat-tkomplija tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà.

Fid-dawl tal-emenda riċenti tad-Deċiżjoni UCPM, b’mod partikolari l-Premessa 8 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420 (35), u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea (36), l-għan ta’ din il-mistoqsija huwa li jiġi esplorat jekk u kif qed jiġu implimentati miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika.

L-Istati Membri huma mitluba jiddikjaraw jekk hemmx fis-seħħ politika għall-infrastruttura kritika. Jekk jogħġbok iddikjara jekk lista tal-infrastruttura kritika nazzjonali rilevanti hijiex kompilata u riveduta regolarment bħala parti minn din il-politika, u jekk humiex identifikati ħtiġijiet ta’ investiment għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika. Jekk il-ġestjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons għall-infrastruttura kritika teħtieġ approċċ transsettorjali, tista’ ssir referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (ara l-Anness).

Q16 Sors(i) ta’ finanzjament

Iddikjara jekk il-baġit jippermettix l-allokazzjoni flessibbli tar-riżorsi fil-każ ta’ bżonn urġenti u sa liema punt il-fondi għad-diżastri jippromwovu l-azzjoni preventiva.

Iddeskrivi s-sorsi ta’ finanzjament użati (pereżempju l-fondi nazzjonali, subnazzjonali, pubbliċi, privati, inkluża l-assigurazzjoni, il-finanzjament tal-UE u fondi internazzjonali oħrajn) biex tieħu miżuri ta’ prijorità fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri meta tivvaluta, timpedixxi, tħejji għal u tirreaġixxi għar-riskji ewlenin identifikati.

Id-diversi forom ta’ appoġġ finanzjarju li l-UE tagħmel disponibbli għall-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija jenħtieġ li jissemmew, jekk jintużaw. Dawn jinkludu l-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Politika Agrikola Komuni, il-programm LIFE (37), il-Fond għas-Sigurtà Interna (38), l-Orizzont 2020 (39), l-għotjiet għall-prevenzjoni u t-tħejjija għal diversi pajjiżi tal-UCPM u l-għotjiet diretti introdotti reċentement. Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali tal-UE (40) jista’ jintuża wkoll għall-finijiet tal-bini ta’ kapaċità u l-iżvilupp ta’ oqfsa u strumenti ta’ politika.

Il-mezzi finanzjarji jenħtieġ li jkunu disponibbli u aċċessibbli malajr f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji u l-ippjanar għalihom. Jekk jogħġbok iddeskrivi kif il-kwistjonijiet baġitarji u legali relatati mal-allokazzjoni flessibbli tar-riżorsi jiġu ttrattati fil-proċess ta’ implimentazzjoni (liema awtoritajiet ta’ ġestjoni huma involuti) u ddikjara jekk hemmx pjanijiet biex jiġi kondiviż il-piż finanzjarju (finanzjament tal-UE jew dak internazzjonali disponibbli). L-istruttura ta’ ġestjoni tas-sorsi ta’ finanzjament tista’ tintwera permezz ta’ grafika.

Jekk jogħġbok iddikjara wkoll jekk xi ftehimiet mal-partijiet ikkonċernati (bħal mis-settur privat, l-assigurazzjoni) humiex qed jiġu mfittxija jew qegħdin fis-seħħ biex ikopru dawn il-kostijiet. Jekk jogħġbok iddikjara jekk hemmx xi fondi jew skemi nazzjonali għad-diżastri (pereżempju fond ta’ emerġenza, mekkaniżmi ta’ trasferiment ta’ riskju finanzjarju), u jekk dawn humiex marbuta mal-impatti tat-tibdil fil-klima, fejn rilevanti.

Q17 L-infrastruttura, l-assi u t-tagħmir

Iddeskrivi xi jsir biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed assi disponibbli biex jittaffa l-impatt tad-diżastri u biex tittieħed reazzjoni fil-pront għad-diżastri assoċjati mar-riskji ewlenin identifikati.

Jekk jogħġbok irrapporta dwar il-kapaċità biex jiġi żgurat li jkunu fis-seħħ infrastruttura, assi u tagħmir adegwati biex jittaffa l-impatt tad-diżastri u biex ikun hemm reazzjoni fil-pront għad-diżastri. Iddikjara jekk hemmx xi proċeduri biex l-assi jinżammu f’“ordni tajba” u aġġornati (permezz ta’ manutenzjoni regolari jew inventarju ta’ assi, pereżempju) għar-riskji ewlenin identifikati.

Jekk ikun xieraq: Jekk jogħġbok iddikjara wkoll jekk il-kapaċitajiet ta’ tħejjija u reazzjoni humiex qed jiġu żviluppati biex jirrispondu għar-riskji individwali, jew jekk humiex qed jiġu żviluppati, irrispettivament mir-riskju, biex jirrispondu primarjament għall-impatt ta’ dawn ir-riskji (pereżempju t-tiftix u s-salvataġġ, l-evakwazzjoni, l-akkomodazzjoni u l-ospitar ta’ persuni midruba u morda).

Q18 Fokus fuq il-ġbir u l-proċeduri tad-data dwar it-telf mid-diżastri

Iddikjara jekk hemmx sistema fis-seħħ għall-ġbir tad-data dwar it-telf mid-diżastri. Iddeskrivi kif tinġabar id-data dwar ir-riskji ewlenin identifikati.

Id-data u l-istatistika huma importanti biex wieħed jifhem l-impatti u l-kostijiet tad-diżastri. Il-ġbir u l-analiżi sistematiċi tad-data jistgħu jintużaw biex jinformaw id-deċiżjonijiet ta’ politika biex jgħinu fit-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri u biex tinbena r-reżiljenza. Il-bażijiet tad-data dwar it-telf mid-diżastri jippermettu lill-maniġers tar-riskju ta’ diżastri jesploraw il-mudelli u t-tendenzi fir-riskju ta’ diżastri abbażi ta’ avvenimenti li seħħew fil-passat. Il-fehim ta’ dawn il-mudelli u t-tendenzi jista’ jgħin biex jiġi antiċipat telf futur minn avvenimenti estensivi (avvenimenti frekwenti) u biex wieħed jifhem jekk il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri hijiex effettiva fit-tnaqqis ta’ dan it-tip ta’ riskju. Fil-livell Ewropew, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka beda jiżviluppa r-Risk Data Hub (41). Il-metodoloġiji użati għall-ġbir tad-data għas-settijiet tad-data relatati mad-diżastri jvarjaw, bħalma jvarjaw ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u r-riżoluzzjoni ta’ din id-data. Fil-livell internazzjonali, qed jiġu żviluppati sforzi simili fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Sendai (42).

Jekk jogħġbok iddikjara liema metodi qegħdin jiġu żviluppati biex tiġi rrapportata l-ħsara (inkluż it-telf uman), u jekk id-data tinġabarx skont it-tip ta’ riskju jew skont it-tip ta’ telf mid-diżastri (ekonomiku, uman, ieħor). Jekk jogħġbok iddikjara: jekk din id-data hijiex kondiviża mal-partijiet ikkonċernati u l-membri tal-pubbliku; jekk il-partijiet ikkonċernati jikkontribwixxux għar-rapportar tal-ħsara u/jew għall-istima tal-kostijiet; jekk l-istanzi ta’ ħsara humiex dokumentati u maħżuna regolarment jew okkażjonalment; liema perjodu ta’ żmien huwa kopert; u jekk dawn ir-rapporti humiex disponibbli għall-pubbliku.

Jekk il-ġestjoni tad-data dwar it-telf mid-diżastri tkun teħtieġ approċċ transsettorjali, inklużi rekwiżiti skont id-Direttiva Inspire (43), tista’ ssir referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (ara l-Anness).

Q19 Fokus fuq tagħmir u proċeduri għal sistemi ta’ twissija bikrija

Iddeskrivi s-sistemi fis-seħħ għad-detezzjoni bikrija tal-perikli u l-monitoraġġ tar-riskji ewlenin identifikati. Iddikjara jekk il-metodoloġiji ta’ tbassir humiex integrati fis-sistema.

It-twissija bikrija hija komponent ewlieni tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri. Din tirreferi għall-ġbir u l-analiżi sistematiċi tal-informazzjoni, sabiex jiġu antiċipati u identifikati riskji emerġenti jew rikorrenti. L-Istati Membri huma mitluba jiddeskrivu s-sistemi fis-seħħ għad-detezzjoni bikrija tal-periklu u l-monitoraġġ tar-riskji ewlenin identifikati u jekk dawn is-sistemi jinkorporawx il-metodoloġiji ta’ tbassir.

Hemm diversi sistemi ta’ twissija bikrija kemm fil-livell globali (pereżempju s-Sistema Globali tat-Twissija u l-Koordinazzjoni għad-Diżastri (44)) kif ukoll fil-livell Ewropew. Is-Servizz ta’ Ġestjoni tal-Emerġenzi ta’ Copernicus (45) jipprovdi informazzjoni għar-rispons ta’ emerġenza fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ diżastri, inklużi perikli meteoroloġiċi, perikli ġeofiżiċi, diżastri magħmula mill-bniedem intenzjonati u aċċidentali u diżastri umanitarji oħrajn. L-informazzjoni tista’ tintuża wkoll għal attivitajiet ta’ prevenzjoni, tħejjija, u rkupru. Dawn jinkludu s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti (European Forest Fire Information System, EFFIS) (46), is-Sistema Ewropea ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar (European Flood Awareness System, EFAS) (47) u l-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa (European Drought Observatory, EDO) (48). Aktar reċentement, l-Iskambju ta’ Informazzjoni Radjoloġika Urġenti tal-Komunità Ewropea (European Community Urgent Radiological Information Exchange, ECURIE) (49)jipprovdi għal notifika u skambju ta’ informazzjoni bikrin fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew ta’ emerġenza nukleari.

L-Istati Membri huma mitluba jiddikjaraw jekk is-sistemi nazzjonali ta’ twissija bikrija humiex konnessi mas-sistemi ta’ twissija bikrija disponibbli fil-livell Ewropew u dak globali, u, jekk iva, b’liema mod. Jekk jogħġbok iddikjara wkoll jekk humiex u, jekk iva, kif inhuma stabbiliti r-rabtiet bejn id-dipartimenti tal-monitoraġġ meteoroloġiku u sismiku, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali (jekk disponibbli), u l-entitajiet nazzjonali ewlenin jew l-istituzzjonijiet akkademiċi li jsegwu d-diżastri b’mod konsistenti. Tista’ ssir referenza għat-tweġibiet mogħtija għal Q18.

Jekk il-ġestjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons għal sistemi ta’ twissija bikrija tkun teħtieġ approċċ transsettorjali (pereżempju sistemi ta’ twissija bikrija għal theddid transfruntier għas-saħħa (50), id-Direttiva dwar l-Għargħar (51)), tista’ ssir referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (ara l-Anness).

Q20 Informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riskju biex titqajjem sensibilizzazzjoni pubblika

Iddeskrivi kif il-pubbliku huwa informat dwar x’azzjoni għandu jieħu meta jkun qed jiffaċċja r-riskji. Pereżempju, iddikjara jekk hemmx strateġija biex il-pubbliku jiġi edukat u titqajjem sensibilizzazzjoni. Iddikjara jekk u kif il-gruppi fil-mira huma involuti fid-definizzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskju.

Iċ-ċittadini jenħtieġ li jkunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija f’żewġ oqsma ta’ prijorità: l-edukazzjoni dwar ir-riskju, u s-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni pubblika, inkluża l-interpretazzjoni korretta tas-sinjali ta’ twissija u t-teħid ta’ passi xierqa biex jitnaqqsu l-vulnerabbiltà u l-esponiment, u biex jiġi protett l-individwu stess. “[I]l-progress fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni pubblika u tal-istat ta’ tħejjija għal diżastri mkejla bil-livell ta’ sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar ir-riskji fir-reġjun tagħhom” (52) huwa indikatur li għandu jintuża fil-monitoraġġ; l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

L-immaniġġjar ta’ riskji kumplessi jeħtieġ sistemi effettivi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ komunitajiet individwali u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi vulnerabbli ħafna (bħal dawk bi sfondi kulturali, soċjali jew edukattivi differenti). Il-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa (radju, televiżjoni), il-midja alternattiva, u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika u ta’ edukazzjoni jistgħu jkunu effettivi biex jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar ir-riskji.

L-Istati Membri huma mitluba jiddikjaraw jekk hemmx regoli u proċeduri li jiżguraw il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, il-komunikazzjoni ma’ dawk li jfasslu l-politika u t-taħriġ tagħhom, il-partijiet ikkonċernati rilevanti, iċ-ċittadini, inklużi gruppi vulnerabbli speċifiċi, biex il-pubbliku jiġi sensibilizzat dwar ir-riskji ewlenin permezz ta’ midja differenti (pereżempju l-midja soċjali, eċċ.). Tista’ ssir referenza għat-tweġibiet mogħtija għal Q9. Jekk jogħġbok iddeskrivi wkoll kif iċ-ċittadini jiġu informati qabel, matul u wara li jseħħ diżastru u jekk ġewx żviluppati prattiki tajbin.

Sistema ta’ “twissija bikrija” trid tipprovdi informazzjoni f’waqtha u effettiva biex jittaffa l-impatt ta’ diżastru fuq il-popolazzjonijiet. Il-messaġġi u s-sinjali ta’ twissija lill-pubbliku jridu jkunu effettivi. Jekk jogħġbok iddeskrivi x’qed isir biex ikun żgurat li l-komunitajiet li qegħdin f’riskju jifhmu sinjali ta’ twissija bikrija u li jkunu konxji mill-passi li jeħtieġu jieħdu biex jipproteġu lilhom infushom. F’żoni b’riskju għoli, jenħtieġ li jkun hemm provi regolari sabiex ikun żgurat stat kostanti ta’ tħejjija. Jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri rilevanti fis-seħħ.

Parti III. Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità għal riskji ewlenin b’impatti transfruntieri u, fejn xieraq, għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli

3.1   Introduzzjoni

Diversi miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija huma ppjanati u implimentati għall-ġestjoni u t-tnaqqis tar-riskji identifikati permezz tal-valutazzjoni nazzjonali jew subnazzjonali tar-riskju adatta. Minħabba li r-riskji ma jiqfux fil-fruntieri, il-ġestjoni transfruntiera tar-riskju ta’ diżastri hija kruċjali biex tiżdied ir-reżiljenza fl-Ewropa kollha.

Id-deskrizzjonijiet tal-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw riskji ewlenin b’impatt transfruntier jenħtieġ li ma jkunux ristretti għal miżuri implimentati u ppjanati mill-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili. Jekk jogħġbok qis ukoll miżuri ta’ prijorità implimentati u ppjanati minn dipartimenti jew korpi rilevanti oħrajn. Barra minn hekk, il-miżuri deskritti jenħtieġ li ma jkunux limitati għal dawk li jirriżultaw minn kooperazzjoni bejn il-pajjiżi (“miżuri transfruntieri”); minflok, dawn jenħtieġ li jinkludu miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità implimentati u ppjanati biex jindirizzaw ir-riskju kollu kemm hu.

Id-deskrizzjonijiet tal-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità jenħtieġ li jinkludu wkoll riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli. Fejn xieraq, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkondividu informazzjoni dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija għal dawk ir-riskji.

3.2   Gwida biex twieġeb il-mistoqsijiet 21–24 tal-Mudell (Parti III)

L-Istati Membri jenħtieġ li jagħżlu xi jqisu bħala riskji ewlenin b’impatti transfruntieri minn fost dawk identifikati fil-Parti I (Valutazzjoni tar-riskju). Skont l-approċċ, ir-riskji ewlenin jistgħu jiġu ddefiniti bħala dawk bi probabbiltà għolja u b’impatt għoli. It-terminu jista’ wkoll jiġi interpretat li jfisser ir-riskji ewlenin evalwati bħala li għandhom impatt u livell ta’ probabbiltà li jistgħu jitqiesu “inaċċettabbli” (“intollerabbli”) u li jenħtieġ li jiġu pprijoritizzati f’termini ta’ trattament tar-riskju. Għal ċerti Stati Membri, xi riskji ewlenin jistgħu għalhekk ikunu “inaċċettabbli” jekk jiġu kklassifikati bħala li għandhom “impatt għoli”, anke jekk il-probabbiltà tagħhom tkun baxxa. Il-gwida mogħtija hawnhekk ma tispeċifikax kif l-Istati Membri jenħtieġ li jinterpretaw il-kunċett ta’ “riskju ewlieni” jew kif jenħtieġ li jindirizzaw il-prijoritizzazzjoni.

Skont ir-rekwiżiti tar-rapportar skont l-Artikolu 6(1)d, jekk jogħġbok identifika liema minn dawn ir-riskji ewlenin għandhom impatti transfruntieri potenzjali. Jekk jogħġbok qis:

l-impatti li jirriżultaw minn riskji ġġenerati f’pajjiż ġar jew pajjiżi ġirien;

l-impatti li jinfirxu f’pajjiż jew pajjiżi ġirien;

l-impatti li jaffettwaw b’mod simultanju żewġ pajjiżi jew aktar.

Q21 Riskji ewlenin b’impatti transfruntieri

Elenka r-riskji ewlenin b’impatti transfruntieri.

Dawn huma r-riskji li għalihom se jiġu rrapportati miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità, ibbażati fuq Q 3.1 tal-Parti I (Valutazzjoni tar-riskju).

Q22 Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità

Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità jistgħu jiġu identifikati mill-impatt pożittiv mistenni li qegħdin ikollhom jew se jkollhom f’termini ta’ tnaqqis tar-riskju (kemm huma effettivi). Miżuri ta’ prijorità jistgħu jkunu wkoll dawk li huma l-aktar urġenti f’termini ta’ indirizzar ta’ ċertu riskju. Dawn jistgħu jinftiehmu bħala “miżuri ewlenin”. Xi kultant dawn jistgħu jkunu ttieħdu wara diżastru partikolarment sever. Kif ġew iddefiniti f’dan il-kuntest il-“miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità”?

Il-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija jistgħu jkunu jew strutturali jew mhux strutturali:

miżuri strutturali: structural measures are any physical construction to reduce or avoid possible impacts of hazards, or the application of engineering techniques or technology to achieve hazard resistance and resilience in structures or systems.” (miżuri strutturali huma kwalunkwe kostruzzjoni fiżika biex jitnaqqsu jew jiġu evitati impatti possibbli ta’ perikli, jew l-applikazzjoni ta’ tekniki jew teknoloġiji tal-inġinerija biex tinkiseb reżistenza għall-perikli u reżiljenza fl-istrutturi jew is-sistemi.) (53) Dawn jistgħu jinkludu rilokazzjoni tal-popolazzjoni, modifika tal-ambjent naturali meta dan ikun iġġustifikat (pereżempju terrazzi tal-għoljiet), soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (pereżempju miżuri għaż-żamma naturali tal-ilma), jew prattiki tal-ġestjoni tal-foresti (pereżempju konverżjoni tal-foresti, waqfien tan-nirien, nirien ikkontrollati);

miżuri mhux strutturali: “non-structural measures are measures not involving physical construction which use knowledge, practice or agreement to reduce disaster risks and impacts, in particular through policies and laws, public awareness raising, training and education” (miżuri mhux strutturali huma miżuri li ma jinvolvux il-kostruzzjoni fiżika li jużaw l-għarfien, il-prattika jew il-ftehim sabiex inaqqsu r-riskji u l-impatti tad-diżastri, b’mod partikolari permezz ta’ politiki u liġijiet, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, it-taħriġ u l-edukazzjoni.) (54)

Il-miżuri jistgħu jkunu jew implimentati jew inkella ppjanati:

miżuri implimentati tfisser miżuri li għaddejjin li attwalment qegħdin inaqqsu r-riskju ta’ diżastri (jew li huma maħsuba li jnaqqsuh);

miżuri ppjanati huma miżuri li żgur se jitwettqu, jew minħabba li l-finanzjament diġà ġie żgurat jew minħabba li huma parti minn pjan jew strateġija approvati u vinkolanti. Jekk xieraq, dawn jistgħu jiġu mqabbla ma’ (iżda jenħtieġ li jiġu ddifferenzjati minn) miżuri li idealment jenħtieġ li jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju (iżda li sa issa ma jkunux ippjanati).

Għal xi riskji, l-Istati Membri diġà qegħdin jirrapportaw dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija skont liġijiet u politiki differenti tal-UE. Jekk ir-rapportar dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità għal dan ir-riskju huwa diġà meħtieġ mil-leġiżlazzjoni jew mill-politiki tal-UE, jekk jogħġbok irreferi għal kwalunkwe rapport diġà mibgħut lill-Kummissjoni (ara l-Anness). Jekk jogħġbok irreferi biss għal dokumenti li jinkludu kemm miżuri ta’ prevenzjoni kif ukoll miżuri ta’ tħejjija — jekk wieħed mill-elementi (iż-żewġ elementi) jkun nieqes (jkunu nieqsa), dawn jenħtieġ li jiġu inklużi taħt il-Mistoqsija 22.1 jew 22.2.

Q22.1 Miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità

Iddeskrivi miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

Bħala parti minn dan, jekk jogħġbok iddeskrivi kemm il-miżuri strutturali kif ukoll dawk mhux strutturali, kif xieraq (ara l-ispjegazzjonijiet ta’ hawn fuq).

Għall-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità, jekk jogħġbok iddeskrivi, fejn applikabbli:

l-awtoritajiet/l-istituzzjonijiet responsabbli;

l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni;

is-sors(i) ta’ finanzjament.

L-elementi ta’ hawn fuq jistgħu jinġabru flimkien għal diversi miżuri, jekk xieraq.

Miżuri ta’ prevenzjoni huma miżuri li jnaqqsu l-esponiment u l-vulnerabbiltà tal-persuni u l-assi għal periklu jew perikli partikolari, u b’hekk jipprevjenu d-diżastri. Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tiddefinixxi l-prevenzjoni bħala: “kwalunkwe azzjoni mmirata biex tnaqqas ir-riskji jew ittaffi l-konsegwenzi avversi ta’ diżastru għall-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali” (55).

Eżempji ta’ miżuri ta’ prevenzjoni “include dams or embankments that eliminate flood risks, land-use regulations that do not permit any settlement in high-risk zones, seismic engineering designs that ensure the survival and function of a critical building in any likely earthquake and immunisation against vaccine-preventable diseases” (jinkludu digi jew spazji li jneħħu r-riskji ta’ għargħar, regolamenti dwar l-użu tal-art li ma jippermettu l-ebda insedjament f’żoni ta’ riskju għoli, disinni tal-inġinerija sismika li jiżguraw is-sopravivenza u l-funzjoni ta’ bini kritiku f’kull terremot probabbli u tilqim kontra mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim) (56).

Q22.2 Miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità

Iddeskrivi miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

Jekk jogħġbok inkludi kemm miżuri strutturali kif ukoll dawk mhux strutturali, kif xieraq (ara l-ispjegazzjonijiet ta’ hawn fuq).

Għall-miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità, jekk jogħġbok iddeskrivi, fejn applikabbli;

l-awtoritajiet/l-istituzzjonijiet responsabbli;

skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni;

sors(i) ta’ finanzjament.

L-elementi ta’ hawn fuq jistgħu jinġabru flimkien għal diversi miżuri jekk xieraq.

Miżuri ta’ tħejjija huma mfassla biex jibnu l-kapaċitajiet meħtieġa biex jiġu ġestiti b’mod effiċjenti t-tipi kollha ta’ emerġenzi. Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tiddefinixxi l-istat ta’ tħejjija bħala: “stat ta’ prontezza u kapaċità bħala riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel ta’ mezzi, strutturi, komunitajiet u organizzazzjonijiet umani u materjali li jippermettilhom jiżguraw reazzjoni rapida u effettiva għal diżastru, miksub b’riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel” (57).

Il-miżuri ta’ tħejjija jistgħu jinftiehmu bħala li jinkludu elementi ta’ rispons għall-kriżijiet/ġestjoni ta’ emerġenza, iżda jenħtieġ li ma jkunux limitati għal rispons għall-kriżijiet/ġestjoni ta’ emerġenza biss. Pereżempju, is-sistemi ta’ twissija bikrija u t-taħriġ u l-eżerċizzji jitqiesu bħala miżuri ta’ tħejjija, madankollu jintużaw u huma fis-seħħ bejn is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza wkoll.

Jekk jogħġbok inkludi informazzjoni għal aktar riskji transfruntieri, kif meħtieġ, billi tikkopja l-mistoqsijiet ta’ hawn fuq.

Fejn xieraq:

Q23 Riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli

Elenka kwalunkwe riskju ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.

Abbażi tar-riskji identifikati fil-Parti I (Valutazzjoni tar-riskju), l-Istati Membri jenħtieġ li, kif xieraq, jidentifikaw ir-riskji li għalihom, huma riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli. Jekk tintuża matriċi tar-riskju, dawn jinsabu fir-rokna ta’ fuq tax-xellug (probabbiltà baxxa b’impatt għoli). Jekk jogħġbok qis ukoll li r-riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli mhux bilfors jaqgħu taħt “riskji ewlenin”. Madankollu, l-Istati Membri huma mħeġġa biex, fejn xieraq, jidentifikaw kwalunkwe riskju ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli u jiddeskrivu miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija biex jindirizzaw dawn ir-riskji.

Q24 Miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità

Jekk jogħġbok ara l-ispjegazzjoni taħt il-Mistoqsija 22.

Jekk riskju ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli partikolari jista’ jiġi kklassifikat ukoll bħala riskju ewlieni b’impatti transfruntieri, jekk jogħġbok irrapporta dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità darba biss, u pprovdi kontroreferenza.

Għal xi riskji, l-Istati Membri diġà qegħdin jirrapportaw dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija skont leġiżlazzjoni u politiki oħrajn tal-UE. Jekk ir-rapportar dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità għal dan ir-riskju huwa diġà meħtieġ mil-leġiżlazzjoni jew mill-politiki tal-UE, tista’ ssir referenza għar-rapporti eżistenti (ara l-Anness).

Jekk jogħġbok irreferi biss għad-dokumenti li jinkludu kemm miżuri ta’ prevenzjoni kif ukoll miżuri ta’ tħejjija — jekk wieħed mill-elementi (iż-żewġ elementi) ikun nieqes (jkunu nieqsa), dawn jenħtieġ li jkunu inklużi taħt il-Mistoqsija 24.1 u/jew 24.2.

Q24.1 Miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità

Iddeskrivi l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

Jekk jogħġbok ara l-ispjegazzjoni taħt il-Mistoqsija 22.1.

Q24.2 Miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità

Iddeskrivi l-miżuri ta’ tħejjija ta’ prijorità eżistenti u kwalunkwe miżura ppjanata.

Jekk jogħġbok ara l-ispjegazzjoni taħt il-Mistoqsija 22.2.

Jekk il-leġiżlazzjoni jew il-politiki tal-UE diġà jeħtieġu rapportar dwar miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija ta’ prijorità li jindirizzaw dan ir-riskju, jekk jogħġbok irreferi sempliċement għal kwalunkwe rapport li jkun diġà ntbagħat lill-Kummissjoni.

Jekk jogħġbok inkludi informazzjoni għal aktar riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, kif meħtieġ, billi tikkopja l-mistoqsijiet ta’ hawn fuq.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2019 (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 1)..

(3)  L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(4)  L-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(5)  Avviż tal-Kummissjoni, Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Kapacità ta’ Ġestjoni tar-Riskju, ((2015/C 261/03) (ĠU C 261, 8.8.2015, p. 5).

(6)  L-Artikolu 3.1(a) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(7)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SEC(2010)1626 final), Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5..

(9)  Ara l-Anness dwar il-Lista mhux eżawrjenti ta’ riskji rilevanti skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-politiki tal-UE u l-Lista mhux eżawrjenti ta’ oqsma trasversali ta’ interess komuni fil-leġiżlazzjoni u/jew il-politiki tal-UE.

(10)  Ara l-Mudell (Q3).

(11)  Links għall-istrateġiji u l-pjanijiet nazzjonali ta’ adattament huma disponibbli fuq is-sit web “Climate Adapt”: https://climate-adapt.eea.europa.eu/countries-regions/countries

(12)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri (SEC(2010)1626 final).

(13)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Overview of natural and man-made disaster risks the European Union may face (Ħarsa Ġenerali lejn ir-riskji ta’ diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem li tista’ tiffaċċja l-Unjoni Ewropea) (SWD (2017) 176).

(14)  L-evalwazzjoni tar-riskji hija l-proċess ta’ tqabbil tar-riżultati tal-analiżi tar-riskji mal-kriterji tar-riskji sabiex jiġi żgurat jekk ir-riskju u/jew id-daqs tiegħu humiex/huwiex aċċettabbli. Il-kriterji tar-riskji huma t-termini ta’ referenza li bihom jiġi evalwat is-sinifikat ta’ riskju. Huma jistgħu jinkludu kostijiet u benefiċċji assoċjati, rekwiżiti legali, fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali, tħassib u partijiet ikkonċernati.

(15)  L-UE tistabbilixxi rekwiżiti leġiżlattivi speċifiċi f’ċerti oqsma, pereżempju d-Direttiva tal-UE dwar l-Għargħar (id-Direttiva 2007/60/KE), id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE), id-Direttiva tal-UE Seveso III (id-Direttiva 2012/18/UE), id-Direttiva tal-UE dwar l-Infrastruttura Kritika (id-Direttiva 2008/114/KE).

(16)  L-Istati Membri huma mitluba jiddefinixxu r-riskji ewlenin eżistenti tagħhom stess fil-livell nazzjonali jew subnazzjonali.

(17)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri (SEC(2010)1626 final).

(18)  Minħabba li hemm approċċi metodoloġiċi differenti, huwa rikonoxxut li l-impatti fuq il-wirt kulturali jistgħu jiġu kklassifikati jew bħala impatti ekonomiċi (jekk kwantitattivi) jew bħala impatti ambjentali (jekk kwalitattivi). L-Istati Membri jenħtieġ li, fejn applikabbli, jiddikjaraw kif l-impatti fuq il-wirt kulturali jkunu ġew ikklassifikati.

(19)  UNDRR, Gwida teknika għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-progress fil-kisba tal-miri globali tal-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri. https://www.preventionweb.net/publications/view/54970

(20)  L-Anness 3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri (SEC(2010)1626 final).

(21)  Rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka dwar Rakkomandazzjonijiet għal Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC114650/jrc114650_nrarecommendations_updatedfinal_online1.pdf

(22)  Xjenza għall-Politika dwar l-Ambjent (2016) L-identifikazzjoni tar-riskji emerġenti għall-politiki ambjentali. Nota Futura 13. Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent, http://ec.europa.eu/science-environment-policy

(23)  L-istrateġiji u l-pjanijiet nazzjonali ta’ adattament huma disponibbli fuq is-sit web “Climate Adapt”: https://climate-adapt.eea.europa.eu/countries-regions/countries

(24)  L-istrateġiji u l-pjanijiet nazzjonali ta’ adattament huma disponibbli fuq is-sit web “Climate Adapt”: https://climate-adapt.eea.europa.eu/countries-regions/countries

(25)  Il-premessa 8 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(26)  Il-premessa 14 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tiddikjara li: “Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri huwa ta’ importanza kbira, u l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tagħhom jenħtieġ li jkunu involuti b’mod xieraq fi kwalunkwe attività ta’ koordinazzjoni u mobilizzazzjoni (…)”.

(27)  Il-premessa 28 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tiddikjara li “(…) jenħtieġ li l-azzjonijiet kollha jkunu koerenti ma’, u jikkontribwixxu b’mod attiv sabiex jiġu onorati, impenji internazzjonali bħall-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015 – 2030, (…) u l-Aġenda tan-NU 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”.

(28)  Il-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija transfruntieri jistgħu jiġu riferiti għal Q22.

(29)  Il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri, 2015-2030: https://www.preventionweb.net/files/43291_sendaiframeworkfordrren.pdf

(30)  Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli: https://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/

(31)  Is-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli huma: 1. l-ebda faqar, 2. l-ebda ġuħ, 3. saħħa tajba u benesseri, 4. edukazzjoni ta’ kwalità, 5. ugwaljanza bejn is-sessi, 6. ilma nadif u sanità, 7. enerġija affordabbli u nadifa, 8. xogħol diċenti u tkabbir ekonomiku, 9. l-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura, 10. inugwaljanzi mnaqqsa, 11. bliet u komunitajiet sostenibbli, 12. konsum u produzzjoni responsabbli, 13. azzjoni klimatika, 14. il-ħajja taħt l-ilma, 15. il-ħajja fuq l-art, 16. il-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, 17. sħubijiet għall-għanijiet.

(32)  Il-Kummissjoni Ewropea, Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030. Approċċ għad-diżastri bbażat fuq ir-riskji għall-politiki kollha tal-UE, (SWD(2016) 205 final/2).

(33)  Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta’ Riflessjoni tal-2019, Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030. https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/rp_sustainable_europe_30-01_en_web.pdf

(34)  Il-premessa 28 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(35)  Il-premessa 8 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(36)  L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (Test b’rilevanża għaż-ŻEE) (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

(37)  LIFE: https://ec.europa.eu/easme/en/life

(38)  Fond għas-Sigurtà Interna: https://ec.europa.eu/home-affairs/financing/fundings/security-and-safeguarding-liberties/internal-security-fund-police_en

(39)  Orizzont 2020: https://ec.europa.eu/programmes/horizon2020/en/h2020-section/secure-societies-%E2%80%93-protecting-freedom-and-security-europe-and-its-citizens

(40)  Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali tal-UE: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/funding-opportunities/funding-programmes/overview-funding-programmes/structural-reform-support-programme-srsp_en

(41)  Risk Data Hub: https://drmkc.jrc.ec.europa.eu/risk-data-hub

(42)  https://sendaimonitor.unisdr.org/

(43)  L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(44)  Is-Sistema Globali tat-Twissija u l-Koordinazzjoni għad-Diżastri: http://www.gdacs.org

(45)  Servizz ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus: https://emergency.copernicus.eu/

(46)  Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti: http://effis.jrc.ec.europa.eu/static/effis_current_situation/public/index.html

(47)  Is-Sistema Ewropea ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Għargħar: https://www.efas.eu

(48)  L-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa http://edo.jrc.ec.europa.eu/edov2/php/index.php?id=1000

(49)  L-għan ġenerali tal-pjattaforma (https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/european-radiological-data-exchange-platform) huwa li tinnotifika u tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku ġenerali matul il-fażi bikrija ta’ aċċident fuq skala kbira bir-rilaxx ta’ radjuattività fl-atmosfera kmieni kemm jista’ jkun u b’mod kemm jista’ jkun estensiv.

(50)  L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.

(51)  L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(52)  L-Artikolu 3(2)d tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(53)  Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2016). Rapport tal-grupp ta’ ħidma ta’ esperti intergovernattiv miftuħ dwar l-indikaturi u t-terminoloġija relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri.

(54)  Ibid.

(55)  L-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.

(56)  Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2016). Rapport tal-grupp ta’ ħidma ta’ esperti intergovernattiv miftuħ dwar l-indikaturi u t-terminoloġija relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri.

(57)  L-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.


ANNESS

Lista mhux eżawrjenti ta’ riskji rilevanti skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-politiki tal-UE

Protezzjoni ta’ infrastruttura kritika

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (Test b’rilevanża għaż-ŻEE) (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

Link addizzjonali: L-infrastruttura kritika

Nixfa, tniġġis tal-ilma

Id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22/12/2000, p. 1). Verżjoni kkonsolidata

Links Addizzjonali:

 

Rapporti ta’ implimentazzjoni u pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara

 

L-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet fl-UE

Għargħar

Id-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (Test b’rilevanża għaż-ŻEE) (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27). Verżjoni kkonsolidata.

Komunikazzjoni dwar Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar: Azzjonijiet favur l-“istat tajjeb” tal-ilma tal-UE u biex jitnaqqsu r-riskji ta’ għargħar — COM/2015/120 final

Links Addizzjonali: Rapporti ta’ implimentazzjoni u pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar

Strateġija għall-foresti

Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti — COM(2013)659 final

Links Addizzjonali: Il-foresti tal-UE u l-politiki relatati mal-foresti

Żvilupp rurali 2014-2020: Fajls tal-pajjiżi

Riskji ġeoloġiċi

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE. Verżjoni kkonsolidata

Links addizzjonali: Eurocodes

Riskji għas-saħħa

Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (Test b’rilevanża għaż-ŻEE) ( ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1). Verżjoni kkonsolidata.

Links addizzjonali:

 

Il-Valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa pubblika ; L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (1)

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (2)

Il-mard tal-Annimali u tal-Pjanti

Ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE). Verżjoni kkonsolidata

Id-Direttiva 2005/65/KE dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE). Verżjoni kkonsolidata

Miżuri għall-kontroll/il-ġlieda ta’:

Il-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE. Verżjoni kkonsolidata

Id-deni Afrikan tal-qżieqeż Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE. Verżjoni kkonsolidata

Il-marda Afrikana taż-żwiemel Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE. Verżjoni kkonsolidata.

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE. Verżjoni kkonsolidata.

Links addizzjonali: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Riskji ta’ inċidenti industrijali

Id-Direttiva 2012/18/UE dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (Test b’rilevanża għaż-ŻEE)

Links addizzjonali:

 

Il-politika dwar l-inċidenti industrijali

 

Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/82/KE fl-Istati Membri

Ir-riskji ta’ sigurtà kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (87/600/Euratom) dwar arranġamenti tal-Komunita għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika

Pjan ta’ azzjoni biex titjieb it-tħejjija kontra riskji ta’ sigurtà kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari — COM/2017/0610 final

Link addizzjonali:

 

L-iżgurar ta’ politika dwar materjali perikolużi

 

Is-Sistema Komunitarja ta’ Skambju ta’ Informazzjoni Radjoloġika Urġenti (ECURIE)

Riskju nukleari u radjoloġiku

Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti. Verżjoni kkonsolidata

Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija — l-Elettriku

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Ir-Regolament (UE) 2019/941 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.)

Reviżjoni tar-regoli u l-prattiki nazzjonali attwali relatati mat-tħejjija għar-riskji fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku

Links addizzjonali:

 

Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

 

Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E)

Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija — il-Gass

Ir-Regolament (UE) 2017/1938 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Id-Direttiva (UE) 2016/1148 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

Links addizzjonali: Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva u Pjanijiet ta’ Emerġenza — 2019

Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

In-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG)

Is-sikurezza offshore taż-żejt u l-gass

Id-Direttiva 2013/30/UE dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (Test b’rilevanża għaż-ŻEE) (ĠU L 178, 28.6.2013,p. 66).

Links addizzjonali: Valutazzjoni tal-impatt u reviżjonijiet

Strateġija marittima

Pjan ta’ Azzjoni għall-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE

Id-Direttiva 2014/89/UE li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu

Links addizzjonali: Ħarsa ġenerali lejn l-ippjanar spazjali marittimu

Riskji relatati mas-sigurtà

Komunikazzjoni bl-isem Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina — COM(2016) 230 final

Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu: reazzjoni tal-Unjoni Ewropea — JOIN/2016/018 final

Pjan ta’ Azzjoni għall-appoġġ tal-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi — COM/2017/0612 final

Links addizzjonali:

 

Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà

 

Rapport dwar is-sitwazzjoni u t-tendenzi tat-terroriżmu fl-UE (TE-SAT 2018)

Aġenzija: Europol

Ċibersigurtà

Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-bini ta’ ċibersigurtà b’saħħitha għall-UE (JOIN/2017/0450 final)

Żewġ proposti leġiżlattivi biex jittejjeb l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika:

Proposta għal Regolament dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali (COM/2018/225 final)

Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali (COM/2018/226 final)

Iċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/553 dwar iċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija (notifikata bid-dokument

Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (SWD/2018/403 final) li tistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni

Links addizzjonali: Rapport: Rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ regoli speċifiċi għas-settur taċ-ċibersigurtà, 2019

Lista mhux eżawrjenti ta’ oqsma trasversali ta’ interess komuni fil-leġiżlazzjoni u/jew il-politiki tal-UE

Wirt kulturali

Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali (COM/2014/0477 final)

Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura (COM/2018/267 final)

Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar il-Wirt Kulturali (SWD(2018) 491 final)

Links addizzjonali: Il-ħarsien tal-wirt kulturali minn diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. Analiżi komparattiva tal-ġestjoni tar-riskju fl-UE

Żoni u ħabitats naturali

Id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent

Rapport dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent

Id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (Test b’rilevanża għaż-ŻEE). Verżjoni kkonsolidata

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa. Verżjoni kkonsolidata

Links Addizzjonali: Kontabilità tas-servizzi tal-ekosistema

Adattament għat-tibdil fil-klima

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika

Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima — COM/2013/0216 final

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima — COM/2018/738 final

Links addizzjonali:

 

Pjanijiet Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima

 

Profili tal-Pajjiżi

 

Tabella ta’ tħejjija għall-adattament

 

Strateġija ta’ adattament — Proċess ta’ evalwazzjoni

 

Proġett PESETA

 

Netwerk Natura 2000 ta’ siti protetti u s-sistema stretta ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet

Responsabbiltà ambjentali

Id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 35, 18.7.2013). Verżjoni kkonsolidata

Link addizzjonali: Responsabbiltà ambjentali

Infrastruttura ekoloġika

L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa — COM/2013/0249 final

Links addizzjonali:

 

L-istrateġija tal-UE dwar l-infrastruttura ekoloġika

 

Is-servizzi tal-ekosistema u l-Infrastruttura Ekoloġika

 

Immappjar u valutazzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom

Migrazzjonijiet

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 1).

Links addizzjonali: Rapport ta’ progress dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM/2019/126 final)

Ġestjoni tad-data

Id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Links addizzjonali:

 

Bażi ta’ għarfien Inspire

 

Speċifikazzjoni tad-data għal żoni ta’ riskju naturali


(1)  Fil-każ ta’ theddida transfruntiera serja għas-saħħa li taqa’ taħt il-mandat tagħha

(2)  Jekk it-theddida tkun a) ta’ oriġini bijoloġika u tkun tikkonsisti f’mard li jittieħed jew reżistenza antimikrobika u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa; jew b) theddid ta’ oriġini mhux magħrufa.