|
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/15 |
Avviż li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun
(2019/C 410/07)
L-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina (pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv, impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 (1).
Chaozhou Baodayi Porcelain Co., Ltd., kodiċi addizzjonali TARIC (2) B375, kumpanija li tinsab fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda huma soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %, infurmat lill-Kummissjoni li kienet bidlet isimha kif stipulat hawn taħt.
Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju anti-dumping applikata lill-kumpanija skont l-isem li kellha qabel.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla tal-isem ma taffettwa bl-ebda mod il-konstatazzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/1198.
Għaldaqstant, ir-referenzi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1198 għal:
|
Chaozhou Baodayi Porcelain Co., Ltd. |
B375 |
jenħtieġ jinftiehmu bħala referenza għal:
|
Guangdong Baodayi Porcelain Co., Ltd. |
B375 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC B375 li qabel kien attribwit lil Chaozhou Baodayi Porcelain Co., Ltd. għandu japplika għal Guangdong Baodayi Porcelain Co., Ltd.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 ((ĠU L 189, 15.7.2019, p. 8).
(2) It-Tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea.