|
11.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/4 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 307/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 211
Jiddaħħal it-test li ġej:
|
4202 91 80 u 4202 92 19 u 4202 92 98 u 4202 99 00 |
Oħrajn “Dawn is-subintestaturi jinkludu l-hekk imsejħa ‘basktijiet għall-ħwejjeġ’ maħsuba għat-trasport tal-ħwejjeġ. Dawn il-basktijiet huma magħmula minn materjali reżistenti u huma adattati biex jintużaw fit-tul. Huma mgħammra b’manku(ijiet) għall-ġarr. Biex jinġarru b’mod aktar faċli, ġeneralment il-basktijiet ikunu jistgħu jintwew u ż-żewġ nofsijiet tagħhom jinqaflu permezz ta’ buttuni, ganċijiet jew żippijiet. Barra mill-fatt li ġeneralment ikollhom żipp fuq quddiem, tipikament ikunu mgħammra b’għeluq, kompartimenti, bwiet, eċċ. addizzjonali. Madankollu, ‘il-basktijiet għall-ħwejjeġ’ sempliċi li jservu għall-ħżin u/jew għall-protezzjoni u/jew għall-ġarr għal żmien qasir ta’ ħwejjeġ (pereżempju, wara t-tindif fix-xott) huma esklużi (klassifikazzjoni skont il-materjal kostitwenti tagħhom, ġeneralment l-intestatura 3926 jew l-intestatura 6307). Ara wkoll in-nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6307 (6). Ġeneralment, dawn il-basktijiet ma jkunux mgħammra b’mankijiet u s-soltu jkollhom biss żipp fuq quddiem biex jitqiegħdu l-ħwejjeġ u fetħa biex tiddaħħal spalliera.” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).